20.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 232/2022

tat-23 ta’ Settembru 2022

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/761]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/195 tal-11 ta’ Frar 2022 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 fir-rigward tad-dokument ta’ informazzjoni, iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tal-vettura, l-iskeda tar-riżultati tat-testijiet u ċ-ċertifikati ta’ konformità f’format stampat (1), kif rettifikat permezz tal-ĠU L 89, 17.3.2022, p. 10, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied fil-punt 51a (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683) tal-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“, kif emendat minn:

—

32022 R 0195: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/195 tal-11 ta’ Frar 2022 (ĠU L 31, 14.2.2022, p. 27), kif rettifikat permezz tal-ĠU L 89, 17.3.2022, p. 10.”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2022/195, kif rettifikat permezz tal-ĠU L 89, 17.3.2022, p. 10, bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 52/2022 tat-18 ta’ Marzu 2022 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kristján Andri STEFÁNSSON


(1)   ĠU L 31, 14.2.2022, p. 27.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(2)   ĠU L 182, 7.7.2022, p. 24.