<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-753/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0753</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:268">EU:C:2020:268</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20200402">2.4.2020</DATE> – Kawża C‑753/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Stim u SAMI</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20200402">2 ta’ April 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Isvediż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Proprjetà intellettwali</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/29/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(1)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/115/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8(2)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Impriża ta’ kiri ta’ vetturi kollha mgħammra b’radju bħala apparat standard</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑753/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Högsta domstolen (il-Qorti Suprema, l-Isvezja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20181115">15 ta’ Novembru 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20181130">30 ta’ Novembru 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Föreningen Svenska Tonsättares Internationella Musikbyrå u.p.a. (Stim),</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Svenska artisters och musikers intresseorganisation ek. för. (SAMI)</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Fleetmanager Sweden AB,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Nordisk Biluthyrning AB,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, I. Jarukaitis, E. Juhász, M. Ilešič (Relatur) u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20191106">6 ta’ Novembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Föreningen Svenska Tonsättares Internationella Musikbyrå u.p.a. (Stim) u l-iSvenska artisters och musikers intresseorganisation ek. för. (SAMI), minn P. Sande u D. Eklöf, advokater,</P></ITEM><ITEM><P>għal Fleetmanager Sweden AB, minn S. Hallbäck, S. Wendén, J. Åberg u U. Dahlberg, advokater,</P></ITEM><ITEM><P>għal Nordisk Biluthyrning AB, minn J. Åberg, C. Nothnagel u M. Bruder, advokater,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn K. Simonsson, J. Samnadda, E. Ljung Rasmussen u G. Tolstoy, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20200115">15 ta’ Jannar 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l‑informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230), kif ukoll tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="376" PAGE.FIRST="28" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 376, p. 28</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ żewġ tilwimiet bejn Föreningen Svenska Tonsättares Internationella Musikbyrå u.p.a. (Stim) (organizzazzjoni Svediża ta’ ġestjoni tad-drittijiet tal‑kompożituri ta’ xogħlijiet mużikali u tal-edituri tagħhom) u Fleetmanager Sweden AB (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Fleetmanager<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), u bejn Svenska artisters och musikers intresseorganisation ek. för. (SAMI) (organizzazzjoni Svediża ta’ ġestjoni tad-drittijiet relatati tal-artisti) u Nordisk Biluthyrning AB (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>NB<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), rispettivament, dwar il-klassifikazzjoni, mill-perspettiva tad-drittijiet tal-awtur, tal-kiri ta’ vetturi bil-mutur mgħammra b’settijiet tar-radju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intelletwali (WIPO) adottat f’Genève, fl-<DATE ISO="19961220">20 ta’ Diċembru 1996</DATE>, it-Trattat tal-WIPO dwar id-Drittijiet tal-Awtur (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>TDA<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) li ġie approvat f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/278/KE, tas-<DATE ISO="20000316">16 ta’ Marzu 2000</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 33, p. 208), u daħal fis-seħħ, f’dak li jikkonċerna l-Unjoni Ewropea, fl-<DATE ISO="20100314">14 ta’ Marzu 2010</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="032" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 32, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-TDA, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 11(1)(ii), 11bis(1)(i) u (ii), 11ter(1)(ii), 14(1)(ii) u 14bis(1) tal-Konvenzjoni ta’ Berni, awturi ta’ xogħlijiet letterarji u artistiċi għandhom igawdu d-dritt esklużiv għall-awtorizzazzjoni ta’ kull komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xogħlijiet tagħhom, b’mezzi bil-fil jew mingħajr fili, inklużi t-tqegħid għad-disposizzjoni tal-pubbliku tax-xogħlijiet tagħhom b’tali mod li l-membri tal-pubbliku jistgħu ikollhom aċċess għalihom minn post u ħin li huma jagħżlu individwalment.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-konferenza diplomatika tal-<DATE ISO="19961220">20 ta’ Diċembru 1996</DATE> adottat dikjarazzjonijiet komuni fir-rigward tat-TDA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Id-dikjarazzjoni komuni li tikkonċerna l-Artikolu 8 tal-imsemmi trattat hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Huwa mifhum illi s-sempliċi provvista ta’ faċilitajiet fiżiċi sabiex tkun tista’ sseħħ jew isseħħ komunikazzjoni ma tikkostitwixxix komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens ta’ dan it-trattat jew tal-Konvenzjoni ta’ Bern. […]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2001/29</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-premessa 27 tad-Direttiva 2001/29 hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Is-sempliċi provvista ta’ faċilitajiet fiżiċi biex tkun tista’ iseħħ jew biex iseħħ komunikazzjoni ma twassalx fiha nfisha għal komunikazzjoni fit-tifsira ta’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Id-dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħolijiet u d-dritt li jagħmlu disponibbli għall-pubbliku suġġett ieħor [oġġetti protetti oħra]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awturi bid-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu kull komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xogħolijiet tagħhom, bil-fili jew mezzi mingħajr fili, inklużi li jagħmlu disponibbli lill-pubbliku x-xogħolijiet tagħhom b’mod li membri tal-pubbliku jistgħu jkollhom aċċess għalihom minn post u f’ħin magħżul individwalment minnhom.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jiġu eżawriti bl-ebda att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku jew li jagħmilhom disponibbli għall-pubbliku kif stipulat f’dan l-Artikolu.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2006/115</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2006/115, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Xandir u komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, fil-paragrafu 2 tiegħu jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>L-Istati Membri għandhom jipprovdu dritt biex jiżguraw li jitħallas ħlas uniku ekwu mill-utent, jekk jintuża fonogramm ippubblikat għall-finijiet kummerċjali, jew tintuża riproduzzjoni ta’ dan il-fonogramm, għax‑xandir b’mezzi mingħajr fili jew għal kull komunikazzjoni lill‑pubbliku, u biex jiżguraw li dan il-ħlas jitqassam bejn l-artisti u l‑produtturi tal-fonogramm relevanti. L-Istati Membri jistgħu, fin-nuqqas ta’ ftehim bejn l-artisti u l-produtturi tal-fonogramm, jistipulaw il‑kondizzjonijiet għat-tqassim ta’ dan il-ħlas bejniethom.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Svediż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-upphovrättslagen (1960:279) (il-Liġi Nru 279 tal-1960 dwar id-Drittijiet tal-Awtur, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Liġi tal-1960<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) ittrasponiet id-Direttiva 2001/29 fid-dritt Svediż. L-Artikolu 2 tagħha jirregola d-dritt esklużiv tal-awturi li jirriproduċu x-xogħlijiet tagħhom u li jqiegħduhom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, wara l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> tax-xogħol lill-pubbliku (il-punt 1 tat-tielet paragrafu) jew tar-rappreżentazzjoni tiegħu (il-punt 2 tat-tielet paragrafu).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikoli 45 u 46 tal-Liġi tal-1960 jirregolaw id-drittijiet relatati tal-artisti u tal-produtturi ta’ reġistrazzjonijiet awdjo u ta’ films.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 47 ta’ din il-liġi, li jimplimenta l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115, reġistrazzjonijiet awdjo jistgħu jiġu rrappreżentati b’mod pubbliku jew jiġu kkomunikati lill-pubbliku, ħlief jekk din il-komunikazzjoni titwettaq b’tali mod li l-individwi jkollhom aċċess għar-reġistrazzjoni awdjo minn post u f’ħin li jagħżlu huma stess. Waqt tali użu, il-produtturi u l-artisti li r-rappreżentazzjoni tagħhom hija rreġistrata għandhom dritt għal remunerazzjoni ekwa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fleetmanager u NB huma kumpanniji ta’ kiri ta’ vetturi bil-mutur stabbiliti fl-Isvezja. Huma jipprovdu, b’mod dirett jew permezz ta’ intermedjarji, vetturi għall-kiri, mgħammra b’settijiet tar-radju, b’mod partikolari għal perijodi li ma jaqbżux id-29 jum, liema kiri huwa kkunsidrat bħala kiri għal perijodu qasir skont id-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fit-tilwima bejn Stim u Fleetmanager, imressqa quddiem it-tingsrätt (il-Qorti tal-Ewwel Istanza, l-Isvezja), Stim talbet li din il-kumpannija tiġi kkundannata tħallasha s-somma ta’ <FT TYPE="NUMBER">369450</FT> krona Svediża (SEK) (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">34500</FT>), bl-interessi, għall-ksur tad-drittijiet tal-awtur tagħha. Stim sostniet li, meta qiegħdet għad-dispożizzjoni ta’ terzi, jiġifieri kumpanniji ta’ kiri ta’ vetturi bil-mutur, vetturi mgħammra b’settijiet tar-radju għal kirjiet għal żmien qasir lil klijenti li jkunu individwi, Fleetmanager ikkontribwixxiet għall-ksur tad-drittijiet tal-awtur imwettaq minn dawn il-kumpanniji, li qiegħdu xogħlijiet mużikali għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mingħajr ma kellhom l-awtorizzazzjoni biex jagħmlu dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-qorti tal-ewwel istanza qieset li l-kiri ta’ vetturi mgħammra b’settijiet tar-radju kien jimplika <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> ta’ xogħlijiet mużikali, fis-sens tal-Liġi tal-1960, u li kien iġġustifikat li jingħata kumpens lill-awturi ta’ dawn ix-xogħlijiet. Madankollu, hija kkonstatat ukoll li Fleetmanager ma kinitx ipparteċipat f’dan il-ksur tad-drittijiet tal-awtur, b’tali mod li r-rikors ta’ Stim ġie miċħud. Din is-sentenza ġiet ikkonfermata fl-appell. Stim ressqet appell fil-kassazzjoni mis-sentenza tal-appell quddiem il-Högsta domstolen (il-Qorti Suprema, l-Isvezja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-tilwima bejn SAMI u NB, NB adixxiet il-Patent- och marknadsdomstolen (il-Qorti tal-Proprjetà Intellettwali u tal-Affarijiet Ekonomiċi, l-Isvezja) b’rikors intiż sabiex jiġi deċiż li ma kinitx obbligata tħallas kontribuzzjonijiet lil SAMI għall-użu ta’ reġistrazzjonijiet awdjo bejn l-<DATE ISO="20150101">1 ta’ Jannar 2015</DATE> u l-<DATE ISO="20161231">31 ta’ Diċembru 2016</DATE> minħabba l-fatt li l-vetturi li hija tikri lil individwi u lil negozjanti huma mgħammra b’sett tar-radju u b’CD player.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti adita qieset li l-Liġi tal-1960 kelha tiġi interpretata b’mod konformi mad-Direttiva 2001/29 u li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-użu ta’ fonogramm imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 kien jikkorrispondi għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29. Hija kkonstatat ukoll li t-tqegħid għad-dispożizzjoni, minn NB, ta’ settijiet tar-radju fil-vetturi tal-kiri kien jagħmilha possibbli li l-persuni li jużaw l-imsemmija vetturi jisimgħu r-reġistrazzjonijiet awdjo u għaldaqstant kellu jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. Barra minn hekk, din il-qorti qieset li l-kriterji l-oħra li jikkostitwixxu l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> kienu ssodisfatti wkoll. Konsegwentement hija qieset li NB kellha tikkumpensa lil SAMI u ċaħdet l-azzjoni mressqa minn NB. Din is-sentenza ġiet annullata fl‑appell mis-Svea hovrätt, Patent- och marknadsöverdomstolen (il-Qorti tal-Appell sedenti fi Stokkolma bħala Qorti tal-Appell tal-Proprjetà Intellettwali u tal-Affarijiet Ekonomiċi, l-Isvezja). SAMI ressqet appell fil-kassazzjoni mis-sentenza fl-appell quddiem il-Högsta domstolen (il‑Qorti Suprema).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Högsta domstolen (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id‑domandi segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>1)</NO.P><TXT>Il-kiri ta’ vetturi mgħammra b’mod standard b’riċetturi tar-radju [b’settijiet tar-radju] għandu l-effett li l-persuna li tikri dawn il-vetturi lil persuni oħra hija utent li jwettaq <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/>, fis-sens tal‑Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 u tal-Artikolu 8(2) tad‑Direttiva 2006/115?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-volum tal-attività ta’ kiri ta’ vetturi kif ukoll it-tul tal-kiri jista’ jkollhom xi effett?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talba għal ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Wara li ġew ippreżentati l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20200206">6 ta’ Frar 2020</DATE> Stim u SAMI talbu li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħhom, huma jsostnu li, hekk kif jirriżulta mill-punti 39, 52 u 53 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ċerti elementi, relatati, essenzjalment, mad-distinzjoni bejn l-isfera privata u l-isfera pubblika għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk hemmx <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, setgħu inftiehmu ħażin. Għaldaqstant huwa possibbli li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex biżżejjed informazzjoni dwar dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 252 TFUE, l-Avukat Ġenerali għandu jippreżenta pubblikament, bl-ikbar imparzjalità u b’indipendenza sħiħa, konklużjonijiet motivati dwar il-kawżi li, skont l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jeħtieġu l-intervent tiegħu. Il-Qorti tal-Ġustizzja la hija marbuta minn dawn il-konklużjonijiet u lanqas mill-motivazzjoni li abbażi tagħha l-Avukat Ġenerali jasal għalihom (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200130">30 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Köln‑Aktienfonds Deka</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑156/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:51">EU:C:2020:51</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li din tista’, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jew fuq proposta tal-Avukat Ġenerali, jew anki fuq talba tal-partijiet, tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali, konformement mal-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, jekk tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed jew li l-kawża għandha tiġi deċiża abbażi ta’ argument li ma ġiex diskuss bejn il-partijiet. Min-naħa l-oħra, l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u r-Regoli tal-Proċedura ma jipprevedux il-possibbiltà li l-partijiet jippreżentaw osservazzjonijiet bi tweġiba għall-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200130">30 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Köln‑Aktienfonds Deka</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑156/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:51">EU:C:2020:51</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan il-każ, it-talba għal ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali mressqa minn Stim u SAMI hija intiża li tippermettilhom iwieġbu għall-konstatazzjonijiet magħmula mill-Avukat Ġenerali fil-konklużjonijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li hija għandha l-elementi kollha meħtieġa sabiex twieġeb għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju u li l-argumenti kollha rilevanti sabiex tiġi deċiża din il-kawża ġew diskussi bejn il-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Konsegwentement, ma hemmx lok li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 u l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-kiri ta’ vetturi bil-mutur mgħammra b’settijiet tar-radju jikkostitwixxi komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Din il-kwistjoni tqum fil-kuntest ta’ kawżi li jikkonċernaw, minn naħa, l-eżistenza ta’ komunikazzjoni mhux awtorizzata ta’ xogħlijiet mużikali lill-pubbliku, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, minn kumpanniji ta’ kiri ta’ vetturi mgħammra b’settijiet tar-radju kif ukoll, min-naħa l-oħra,<?PAGE NO="6"?> il-possibbiltà għal organu ta’ ġestjoni kollettiva tad-drittijiet relatati tal-artisti li jitlob remunerazzjoni ekwa għal dawn il-kumpanniji meta l-kiri ta’ dawn il-vetturi jwassal għal komunikazzjoni lill-pubbliku, fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, peress li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma esprimiex rieda differenti, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, użata fiż-żewġ dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq, għandha tiġi interpretata bħala li għandha l-istess tifsira (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120315">15 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Phonographic Performance (Ireland)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑162/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:141">EU:C:2012:141</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170216">16 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Verwertungsgesellschaft Rundfunk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑641/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:131">EU:C:2017:131</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-imsemmija espressjoni għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-kunċetti ekwivalenti li jinsabu fit-test tad-dritt internazzjonali, u b’tali mod li hija tibqa’ kompatibbli magħhom, b’teħid inkunsiderazzjoni wkoll tal-kuntest li fih jinsabu tali kunċetti u tal-għan imfittex mid-dispożizzjonijiet konvenzjonali rilevanti fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111004">4 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Football Association Premier League <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑403/08 u C‑429/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:631">EU:C:2011:631</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0189">189</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120315">15 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>SCF</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑135/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:140">EU:C:2012:140</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> jinvolvi żewġ elementi kumulattivi, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>att ta’ komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> ta’ xogħol u l-komunikazzjoni ta’ dan tal-aħħar lil <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170316">16 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>AKM,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑138/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:218">EU:C:2017:218</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180807">7 ta’ Awwissu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Renckhoff</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑161/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:634">EU:C:2018:634</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Nederlands Uitgeversverbond u Groep Algemene Uitgevers</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑263/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1111">EU:C:2019:1111</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk il-kiri ta’ vetturi mgħammra b’settijiet tar-radju jikkostitwixxix att ta’ komunikazzjoni, fis-sens tad-Direttivi 2001/29 u 2006/115, għandha ssir evalwazzjoni individwalizzata, fir-rigward ta’ diversi kriterji komplementari, ta’ natura mhux awtonoma u interdipendenti bejniethom. Barra minn hekk, dawn il-kriterji għandhom jiġu applikati kemm individwalment kif ukoll fl-interazzjoni tagħhom ma’ xulxin, sa fejn huma jistgħu, f’diversi sitwazzjonijiet konkreti, ikunu preżenti b’intensità varjabbli ħafna (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Brein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑610/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:456">EU:C:2017:456</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fost dawn il-kriterji, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà enfasizzat repetutament ir-rwol indispensabbli tal-utent u n-natura intenzjonali tal-intervent tiegħu. Fil-fatt, dan l-utent iwettaq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>att ta’ komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> meta huwa jintervjeni, b’għarfien sħiħ tal-konsegwenzi tal-imġiba tiegħu, sabiex jagħti lill-klijenti tiegħu aċċess għal xogħol protett, u dan b’mod partikolari meta, fl-assenza ta’ dan l-intervent, dawn il-klijenti ma jkunux jistgħu, jew ikunu jistgħu b’diffikultà, igawdu x-xogħol imxandar (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120315">15 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>SCF</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑135/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:140">EU:C:2012:140</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120315">15 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Phonographic Performance (Ireland)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑162/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:141">EU:C:2012:141</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Brein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑610/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:456">EU:C:2017:456</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Issa, mill-premessa 27 tad-Direttiva 2001/29, li essenzjalment għandha l-istess formulazzjoni tad-dikjarazzjoni komuni li tikkonċerna l-Artikolu 8 tat-TDA, jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>s-sempliċi provvista ta’ faċilitajiet fiżiċi biex tkun tista’ iseħħ jew biex iseħħ komunikazzjoni ma twassalx fiha nfisha għal komunikazzjoni fit-tifsira ta’ din id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>L-istess jgħodd għall-provvista ta’ sett tar-radju integrat f’vettura bil-mutur tal-kiri, li tippermetti li, mingħajr ebda intervent addizzjonali min-naħa tal-kumpannija tal-kiri, jinqabad ix-xandir terrestri fiż-żona li fiha tkun tinsab il-vettura, kif irrileva wkoll, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 32 tal-konklużjonijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Provvista bħal dik imsemmija fil-punt ta’ qabel dan tiddistingwi ruħha mill-atti ta’ komunikazzjoni li permezz tagħhom fornituri ta’ servizzi jittrażmettu deliberatament xogħlijiet protetti lill-klijentela tagħhom, billi jiddistribwixxu sinjal permezz ta’ riċevituri li huma jkunu installaw fl-istabbiliment tagħhom (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160531">31 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Reha Training</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑117/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:379">EU:C:2016:379</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li, meta jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku vetturi mgħammra b’settijiet tar-radju, il-kumpanniji ta’ kiri ta’ vetturi ma jwettqux <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>att ta’ komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> ta’ xogħlijiet protetti lill-pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni ma tistax tiġi kkonstestata mill-argument li l-kumpanniji ta’ kiri ta’ vetturi jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-klijenti tagħhom spazji li Stim u SAMI jikklassifikaw bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, jiġifieri l-parti interna tal-vetturi tal-kiri, li fihom huwa possibbli li fihom jistgħu jinstemgħu xogħlijiet protetti permezz tas-settijiet tar-radju li bihom huma mgħammra dawn il-vetturi. Fil-fatt, il-provvista ta’ tali spazju, bħall-provvista tas-settijiet tar-radju fihom infushom, ma tikkostitwixxix att ta’ komunikazzjoni. Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-kriterju privat jew pubbliku tal-post fejn isseħħ il-komunikazzjoni huwa irrilevanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061207">7 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>SGAE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑306/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:764">EU:C:2006:764</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma hemmx lok li jiġi eżaminat jekk tali tqegħid għad-dispożizzjoni għandux jitqies bħala komunikazzjoni lil <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha ta’ hawn fuq, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 u l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kiri ta’ vetturi bil-mutur mgħammra b’settijiet tar-radju ma jikkostitwixxix komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l‑informazzjoni, kif ukoll l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kiri ta’ vetturi bil-mutur mgħammra b’settijiet tar-radju ma jikkostitwixxix komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>