<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-19/18 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0019</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:578">EU:C:2019:578</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20190710">10.7.2019</DATE> – Kawża C‑19/18 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">VG vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għad-danni kontra l-Kummissjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttemm kollaborazzjoni fil-kuntest tan-netwerk Team Europe</KEYWORD><KEYWORD>Kumpens għad-dannu</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni</KEYWORD><KEYWORD>Natura kuntrattwali jew delittwali tat-tilwima</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑19/18 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fil-<DATE ISO="20180105">5 ta’ Jannar 2018</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">VG</HT>, aventi kawża ta’ MS, irrappreżentat minn L. Levi, avocate,</P><PARTY.STATUS>appellant,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn I. Martínez del Peral u C. Ehrbar kif ukoll minn B. Mongin, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L‑Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, C. Toader (Relatur), A. Rosas, L. Bay Larsen u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta ta1-<DATE ISO="20190411">11 ta’ April 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Bl-appell tiegħu, VG, aventi kawża ta’ MS, jitlob l-annullament tad-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-<DATE ISO="20170531">31 ta’ Mejju 2017</DATE>, MS vs Il‑Kummissjoni (T‑17/16, mhux ippubblikat, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>digriet ikkontestat<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:379">EU:T:2017:379</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tiegħu din tal-aħħar ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn MS u li kien intiż sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tikkumpensa d-dannu subit mill-fatt tad-deċiżjoni tagħha li temm il-kollaborazzjoni tiegħu fil-kuntest tan-netwerk Team Europe.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 268 TFUE jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea hi kompetenti li tittratta każijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ kumpens għal danni kif previst fit-tieni u t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 340.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 340 ta’ dan it-trattat huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Ir-responsabbiltà kontrattwali ta’ l-Unjoni għandha tiġi rregolata bil-liġi li tapplika għall-kuntratt in kwistjoni.</ALINEA><ALINEA>Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kontrattwali, l-Unjoni għandha, skond il-prinċipji ġenerali komuni għal sistemi legali ta’ l-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kull dannu kkaġunat mill-istituzzjonijiet tagħha jew mill-impjegati tagħha fit-twettiq ta’ dmirijiethom.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Team Europe huwa netwerk lokali ta’ komunikazzjoni li l-kompitu prinċipali tiegħu huwa li jassisti r-rappreżentazzjonijiet tal-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħhom dwar il-politiki Ewropej fil-livell lokali u li l-membri tiegħu jaġixxu bħala kelliema, moderaturi, animaturi ta’ avvenimenti u esperti fil-komunikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Dawn il-kelliema huma marbuta mal-Kummissjoni permezz ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>ittra ta’ ftehim u ta’ adeżjoni mat-Team Europe<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>. Din l-ittra tipprevedi l-possibbiltà għal kull parti li tirrinunzja, fi kwalunkwe mument, għal dan il-ftehim, bil-miktub, mingħajr kundizzjoni oħra. Il-membri tan-netwerk Team Europe ma humiex renumerati mill-Kummissjoni. Min-naħa l-oħra, skont il-baġit disponibbli, din tipprovdi, mingħajr ħlas, għad-dispożizzjoni tagħhom, servizz ta’ sostenn, ikkostitwit minn laqgħat ta’ koordinazzjoni, seminars ta’ taħriġ, pjattaforma internet tal-komunikazzjoni u għodod ta’ komunikazzjoni, biex tgħinhom fil-kompiti tagħhom bħala kelliema. L-ittra ta’ ftehim u ta’ adeżjoni mat-Team Europe tispeċifika, minbarra dan, li l-membri tan-netwerk Team Europe jaġixxu fuq bażi voluntarja, u li huma jistgħu jaċċettaw ir-rimbors tal-ispejjeż tagħhom jew kumpens raġonevoli min-naħa tal-organizzaturi tal-manifestazzjonijiet li jipparteċipaw fihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>MS kien membru tan-netwerk Team Europe bejn l-<DATE ISO="20110720">20 ta’ Lulju 2011</DATE> u l-<DATE ISO="20130410">10 ta’ April 2013</DATE> skont l-ittra ta’ ftehim u ta’ adeżjoni mat-Team Europe bejn il-partijiet fit-tilwima li kienet ġiet iffirmata f’Pariġi (Franza), fit-<DATE ISO="20110708">8 ta’ Lulju 2011</DATE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>ittra ta’ ftehim<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), mill-Kap tar-Rappreżentanza fi Franza tal-Kummissjoni u f’Montpellier (Franza), fl-<DATE ISO="20110720">20 ta’ Lulju 2011</DATE>, minn MS. Skont din l-ittra, l-adeżjoni tiegħu man-netwerk Team Europe kellha tiskadi fit-<DATE ISO="20140630">30 ta’ Ġunju 2014</DATE>. Fit-<DATE ISO="20130410">10 ta’ April 2013</DATE>, il-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fi Franza informa lill-persuna kkonċernata bit-telefon li ġiet<?PAGE NO="3"?> mitmuma l-kollaborazzjoni tiegħu ma’ dan in-netwerk, fejn din id-deċiżjoni kienet sussegwentement ġiet ikkonfermata b’ittra għar-raġuni li, fil-kuntest tal-attività tiegħu, kien aġixxa b’mod mhux xieraq fir-rigward ta’ parteċipanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Ir-raġuni mogħtija mill-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fi Franza kienet li kien irċieva lment dwar l-aġir ta’ MS mingħand nisa li kienu pparteċipaw f’konferenza jew f’workshop tan-netwerk Team Europe.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u d-digriet ikkontestat</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>B’att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20160111">11 ta’ Jannar 2016</DATE>, MS talab li jibbenefika mill-għajnuna legali, sabiex jippreżenta rikors għad-danni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>B’digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160503">3 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>MS vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑17/16 AJ</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:446">EU:T:2016:446</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-President tal-Qorti Ġenerali aċċetta sabiex jibbenefika mill-għajnuna legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>B’rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid-<DATE ISO="20160719">19 ta’ Lulju 2016</DATE>, MS ippreżenta rikors għad-danni quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>MS talab li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tirrikonoxxi r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-kumpens għad-dannu morali li ssubixxa minħabba l-aġir żbaljat ta’ din l-istituzzjoni, evalwat għal EUR <FT TYPE="NUMBER">20000</FT>;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tippubblika ittra ta’ apoloġija fir-rigward tiegħu u li terġa’ tintegrah fi ħdan in-netwerk Team Europe;</P></ITEM><ITEM><P>titlob il-produzzjoni tad-dokumenti ddikjarati mill-Kummissjoni bħala kunfidenzjali, li fuqhom ibbażat id-deċiżjoni tagħha li ttemm il-kollaborazzjoni tiegħu man-netwerk Team Europe, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat, ippreżentat fis-<DATE ISO="20161006">6 ta’ Ottubru 2016</DATE>, il-Kummissjoni qajmet eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà skont l-Artikolu 130 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u talbet li r-rikorrent fl-ewwel istanza jiġi kkundannat għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tiegħu dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, ippreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20161121">21 ta’ Novembru 2016</DATE>, MS talab lill-Qorti Ġenerali sabiex din tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz tad-digriet ikkontestat, adottat abbażi tal-Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, din tal-aħħar laqgħet l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà. Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li s-suġġett tar-rikors fir-realtà jikkonsisti f’talba għad-danni ta’ natura kuntrattwali. Peress li l-ittra ta’ ftehim ma tinkludix klawżola ta’ arbitraġġ, dik il-qorti ddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>B’digriet tat-<DATE ISO="20171130">30 ta’ Novembru 2017</DATE>, il-Qorti tal-Ġustizzja laqgħet it-talba għal għajnuna legali fformulata mir-rikorrent fl-ewwel istanza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tiegħu, l-appellant jitolb li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-digriet appellat;</P></ITEM><ITEM><P>konsegwentement, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni fuq il-mertu tar-rikors tal-ewwel istanza ppreżentat quddiemha jew, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-kawża hija fi stat li tiġi deċiża, tilqa’ t-talbiet tal-ewwel istanza tiegħu.</P></ITEM><ITEM><P>għaldaqstant, tirrikonoxxi r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 268 u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE;</P></ITEM><ITEM><P>tordna l-produzzjoni tad-dokumenti ddikjarati mill-Kummissjoni bħala kunfidenzjali u li jikkostitwixxu s-sostenn meħtieġ għad-deċiżjoni li ttemm il-kollaborazzjoni tiegħu man-netwerk Team Europe;</P></ITEM><ITEM><P>tordna l-kumpens għad-dannu morali li jirriżulta mill-aġir żbaljat tal-Kummissjoni, evalwat <HT TYPE="ITALIC">ex aequo et bono</HT> għal EUR <FT TYPE="NUMBER">20000</FT>;</P></ITEM><ITEM><P>tordna lill-Kummissjoni sabiex tippubblika ittra ta’ apoloġija u li terġa’ tintegrah fi ħdan it-Team Europe, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>B’ittra tal-<DATE ISO="20180221">21 ta’ Frar 2018</DATE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ġiet infurmata bil-mewt ta’ MS fis-<DATE ISO="20180216">16 ta’ Frar 2018</DATE> u bid-deċiżjoni li ħa VG li jkompli l-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fir-replika tiegħu tat-<DATE ISO="20180528">28 ta’ Mejju 2018</DATE>, VG ħassar mill-kap tat-talbiet tiegħu r-reintegrazzjoni fi ħdan in-netwerk Team Europe.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tiegħu, VG iqajjem żewġ aggravji bbażati, minn naħa, fuq żball ta’ liġi fil-klassifikazzjoni ġuridika tal-azzjoni għal kumpens kif ukoll fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, u, min-naħa l-oħra, fuq żball ta’ liġi fil-klassifikazzjoni ġuridika tal-ittra ta’ ftehim, fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif ukoll fuq żnaturament tal-fatti.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel aggravju, meħud kollu kemm hu, u l-ewwel u t-tieni parti tat-tieni aggravju, meħuda flimkien, ibbażati fuq żball ta’ liġi f’dak li jikkonċerna l-klassifikazzjoni tar-rikors u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, f’dak li jikkonċerna l-allegat ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, l-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali, l-ewwel nett, ma spjegatx għalfejn it-talba għal kumpens hija neċessarjament marbuta mal-interpretazzjoni tal-ittra ta’ ftehim, filwaqt li l-aġir ikkritikat f’din it-talba ma huwiex il-ksur tal-kuntratt allegat, iżda l-ksur tad-drittijiet fundamentali ta’ MS fit-trattament tal-ilment imressaq kontrih, b’mod li l-interpretazzjoni ta’din l-ittra la hija neċessarja u lanqas indispensabbli sabiex din it-talba tiġi eżaminata, fis-sens tal-punt 80 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130418">18 ta’ April 2013</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Systran u Systran Luxembourg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑103/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:245">EU:C:2013:245</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Sussegwentement, id-digriet ikkontestat ma jesponix ir-raġunijiet li għalihom il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li t-trattament mill-Kummissjoni tal-ilment imressaq kontra MS huwa neċessarjament marbut mal-interpretazzjoni tal-ittra ta’ ftehim. Din l-ittra ma tinkludix dispożizzjonijiet dwar it-trattament ta’ lmenti eventwali u lanqas obbligu fuq il-Kummissjoni biex timmotiva r-rinunzja għall-kollaborazzjoni ta’ kelliem man-netwerk Team Europe. Id-dispożizzjonijiet legali, fosthom id-drittijiet fundamentali, li l-ksur tagħhom huwa allegat, japplikaw indipendentement mid-dispożizzjonijiet tal-ittra ta’ ftehim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, xi elementi tar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali baqgħu mingħajr tweġiba mill-Qorti Ġenerali, li ma vverifikatx b’mod oġġettiv u globali, fir-rigward tad-diversi elementi li jinsabu fil-proċess, jekk kienx jeżisti kuntest kuntrattwali veru, konformement ma dak li għaldaqstant tirrikjedi s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130418">18 ta’ April 2013</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Systran u Systran Luxembourg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑103/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:245">EU:C:2013:245</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>VG isostni wkoll li l-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha f’dak li jikkonċerna l-klassifikazzjoni tal-ittra ta’ ftehim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, f’dak li jikkonċerna l-allegat żball ta’ liġi li l-Qorti Ġenerali kienet wettqet meta kklassifikat ir-rikors ippreżentat bħala ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>natura kuntrattwali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, VG jallega, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat ikklassifikat l-ittra ta’ ftehim bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, filwaqt li dan huwa pjuttost linji gwida mhux vinkolanti ddefiniti unilateralment mill-Kummissjoni u li jirregolaw il-funzjonament tan-netwerk Team Europe. Il-Kummissjoni ma kienet qatt affermat li r-relazzjoni kienet ta’ natura kuntrattwali, bħalma jafferma l-punt 21 tal-osservazzjonijiet tagħha quddiem l-Ombudsman Ewropew kif ukoll il-punt 15 tad-digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160503">3 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>MS vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑17/16 AJ</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:446">EU:T:2016:446</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tiegħu il-Qorti Ġenerali ddeċidiet dwar it-talba għal għajnuna legali ta’ MS. L-ittra ta’ ftehim kienet sempliċement ġabra fil-qosor tad-drittijiet u tad-dmirijiet li jirregolaw in-netwerk Team Europe, u ma kinitx tikkonċerna dawk li jirregolaw ir-relazzjonijiet partikolari bejn il-Kummissjoni u MS. Din ma tipprevedix sanzjoni f’każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijet li hija tinkludi u lanqas riferiment għad-dritt applikabbli jew għall-qrati li għandhom ġurisdizzjoni, b’mod li l-ittra ta’ ftehim iktar tirreferi għal sempliċi stipulazzjonijiet ta’ aġir u mhux għal rabtiet legali veri bejn il-persuni. Il-Kummissjoni bidlet il-pożizzjoni tagħha tardivament u invokat in-natura kuntrattwali tal-ittra ta’ ftehim. L-intenzjoni komuni tal-partijiet qatt ma kienet li jorbtu lil xulxin reċiprokament abbażi ta’ kuntratt. Issa, l-intenzjoni tal-partijiet hija element determinanti fil-klassifikazzjoni ta’ att bħala li huwa ta’ natura kuntrattwali. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali b’mod partikolari kklassifikat b’mod żbaljat l-ittra ta’ ftehim bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, u kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni qed tipproponi li l-ewwel aggravju u l-ewwel u t-tieni parti tat-tieni aggravju jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li, fir-rigward ta’ kawżi mressqa kontra l-Unjoni li permezz tagħhom ir-responsabbiltà tagħha sabiex tikkumpensa dannu hija kkontestata, it-Trattat FUE jipprevedi tqassim ta’ ġurisdizzjoni bejn il-qrati tal-Unjoni u l-qrati nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 268 TFUE, jirriżulta li t-tilwim dwar tali responsabbiltà jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat liema hija l-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar kawża partikolari mressqa kontra l-Unjoni sabiex din tikkumpensa dannu, għandu jiġi eżaminat jekk din il-kawża għandhiex bħala suġġett ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Unjoni jew ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tagħha (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130418">18 ta’ April 2013</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Systran u Systran Luxembourg</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑103/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:245">EU:C:2013:245</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Biex dan isir, il-qrati tal-Unjoni ma jistgħux sempliċement jibbażaw ruħhom fuq ir-regoli allegati mill-partijiet. Għalhekk, is-sempliċi invokazzjoni ta’ regoli ġuridiċi li ma jirriżultawx minn kuntratt rilevanti għall-każ, iżda li huma imposti fuq il-partijiet ma tistax ikollha bħala konsegwenza li n-natura kuntrattwali tat-tilwima tiġi modifikata u għalhekk li din tal-aħħar tevita l-qorti li jkollha ġurisdizzjoni. Li kieku kien mod ieħor, in-natura tat-tilwima u, għalhekk, il-qorti li għandha ġurisdizzjoni jkunu jistgħu jinbidlu skont regoli invokati mill-partijiet, li jmur kontra regoli ta’ ġurisdizzjoni sostantiva tal-qrati differenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130418">18 ta’ April 2013</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Systran u Systran Luxembourg</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑103/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:245">EU:C:2013:245</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qrati tal-Unjoni huma obbligati li jivverifikaw jekk ir-rikors għad-danni li bih huma aditi għandux bħala suġġett talba għad-danni bbażata b’mod oġġettiv u globali fuq drittijiet u fuq obbligi ta’ oriġini kuntrattwali jew ta’ oriġini mhux kuntrattwali. Għal dawn il-finijiet, dawn il-qrati għandhom jivverifikaw, fir-rigward ta’ analiżi tal-elementi differenti tal-proċess, bħal b’mod partikolari d-dispożizzjoni legali allegatament miksura, in-natura tad-dannu invokat, l-aġir ikkritikat kif ukoll ir-relazzjonijiet legali li jeżistu bejn il-partijiet inkwistjoni, jekk jeżistix bejniethom kuntest kuntrattwali veru, marbut mas-suġġett tat-tilwima, li l-eżami ddettaljat tiegħu jirriżulta indispensabbli biex l-imsemmi rikors jiġi deċiż (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130418">18 ta’ April 2013</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Systran u Systran Luxembourg</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑103/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:245">EU:C:2013:245</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jitfakkar li l-obbligu li s-sentenzi jiġu mmotivati li l-Qorti Ġenerali għandha skont l-Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma jimponix fuqha li tipprovdi espożizzjoni li ssegwi b’mod eżawrjenti u kull wieħed mir-raġunamenti artikolati mill-partijiet fit-tilwima. Peress li l-motivazzjoni turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-Qorti Ġenerali, il-motivazzjoni tista’ għalhekk tkun impliċita, bil-kundizzjoni li tippermetti lill-persuni kkonċernati li jkunu jafu r-raġunijiet li għalihom il-miżuri inkwistjoni ttieħdu u lill-Qorti tal-Ġustizzja li jkollha elementi suffiċjenti sabiex teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180530">30 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>L’Oréal vs EUIPO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑519/17 P u C‑522/17 P sa C‑525/17 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:348">EU:C:2018:348</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti Ġenerali kkonstatat, mal-ewwel, fil-punt 34 tad-digriet ikkontestat, li l-ittra ta’ ftehim tiddetermina l-obbligi rispettivi tal-partijiet, it-tul tal-kooperazzjoni kif ukoll il-modalitajiet sabiex din tintemm. B’mod partikolari, din irrilevat li l-punt 5 ta’ din l-ittra jirreferi għal kundizzjonijiet ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>xoljiment<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>. Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, fil-punt 35 ta’ dan id-digriet, li t-talba għal kumpens kienet marbuta mal-interpretazzjoni tal-ittra ta’ ftehim, peress li r-rikorrent fl-ewwel istanza ma kienx irrefera għal atti oħra li l-Kummissjoni hija l-awtur tagħhom. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, fil-punt 36 ta’ dan id-digriet, li l-aġir ikkritikat kellu rabta diretta ma’ relazzjoni kuntrattwali eżistenti, li wassalha sabiex tikkonkludi, fil-punt 37 tad-digret ikkontestat, li t-talba għal kumpens tar-rikorrent fl-ewwel istanza kienet marbuta mal-interpretazzjoni tal-ittra ta’ ftehim u, fil-punt 38 ta’ dan id-digriet, li din l-ittra tagħti natura kuntrattwali lit-tilwima. Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali rrilevat, fil-punt 40 tad-digriet ikkontestat, li l-ittra ta’ ftehim ma kienet tinkludi ebda klawżola ta’ arbitraġġ, b’mod li t-tilwima ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali mmotivat b’mod suffiċjenti fid-dritt li s-suġġett tal-tilwima kien ta’ natura kuntrattwali u li l-kundizzjonijiet li jiddeterminaw il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni ma kinux issodisfatti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hemm lok li jiġi kkunsidrat li ebda wieħed mll-argumenti allegati minn VG ma huwa ta’ natura li juri li dawn il-kunsiderazzjonijiet huma vvizzjati minn żbalji ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-analiżi mwettqa mill-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kontradetta miċ-ċirkustanza li r-rikorrent fl-ewwel istanza rrefera għal ċitazzjoni estratta mill-osservazzjonijiet ifformulati preċedentement mill-Kummissjoni quddiem l-Ombudsman, u riprodotta fil-punt 23 tad-digriet ikkontestat, li skont din il-Kummissjoni kienet indikat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>l-membri tat-Team Europe ma kellhomx relazzjoni kuntrattwali [magħha]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-pożizzjoni espressa preċedentement mill-Kummissjoni quddiem l-Ombudsman mhux neċessarjament hija f’kontradizzjoni ma’ dik li tirriżulta mill-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma minn din l-istituzzjoni quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li din iċ-ċitazzjoni hija inkompleta sa fejn is-sentenza, meħuda fl-intier tagħha, tippreċiża li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>il-membri tat-Team Europe ma għandhomx relazzjoni kuntrattwali mal-Kummissjoni u ma jirċievu l-ebda remunerazzjoni jew sussidju mingħandha<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Anki jekk wieħed jippreżumi li din iċ-ċitazzjoni tista’ tinftiehem bħala li teskludi l-eżistenza ta’ kuntratt ta’ xogħol minħabba li l-ittra ta’ ftehim ma tinkludi ebda remunerazzjoni u ma kienet tipprevedi ebda rabta legali ta’ subordinazzjoni, l-assenza ta’ tali kuntratt bejn il-Kummissjoni u l-membri tan-netwerk Team Europe ma teskludix l-eżistenza ta’ obbligi oħra miftiehma bejniethom, b’tali mod li kienet teżisti bejniethom relazzjoni li madankollu tista’ tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>kuntrattwali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Granarolo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑196/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:559">EU:C:2016:559</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-kunsiderazzjonijiet espressi fid-deċiżjoni tal-Ombudsman tad-<DATE ISO="20151119">19 ta’ Novembru 2015</DATE> jirriżulta li dan irrileva li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma ssegwix ir-relazzjoni kuntrattwali tagħha ma’ espert jew ma’ membru tan-netwerk tiegħu, l-ewwel nett hija għandha, qabel ma tistabbilixxi l-pożizzjoni definittiva tagħha, tagħti lill-persuna kkonċernata l-okkażjoni li tesprimi l-opinjoni tagħha fuq il-miżura prevista<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li s-suġġett tat-tilwima bejn il-partijiet huwa tassew intiż sabiex jikkontesta ċ-ċirkustanzi tal-ksur u iktar partikolarment il-kundizzjonijiet li fihom id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttemm il-kollaborazzjoni ta’ MS man-netwerk Team Europe kienet ingħatat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Iċ-ċirkustanza li l-appellant invoka l-ksur tad-drittijiet fundamentali lanqas ma tista’ tbiddel in-natura tat-tilwima bejn il-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif tfakkar fil-punt 29 ta’ din is-sentenza, u hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll fil-punt 43 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090520">20 ta’ Mejju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Guigard vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑214/08 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:330">EU:C:2009:330</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), is-sempliċi invokazzjoni ta’ regoli ġuridiċi li ma jirriżultawx minn kuntratt, iżda li huma imposti fuq il-partijiet, ma tistax ikollha bħala konsegwenza li n-natura kuntrattwali tat-tilwima tiġi modifikata u għalhekk li din tal-aħħar tevita l-qorti li jkollha ġurisdizzjoni. Li kieku kien mod ieħor, in-natura tat-tilwima u, għalhekk, il-qorti li għandha ġurisdizzjoni jkunu jistgħu jinbidlu skont regoli invokati mill-partijiet, li jmur kontra regoli ta’ ġurisdizzjoni sostantiva tal-qrati differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet korrettament li l-qrati tal-Unjoni ma kellhomx ġurisdizzjoni u mmotivat b’mod suffiċjenti r-raġunijiet li bihom waslet għall-konklużjoni li kien jeżisti kuntest kuntrattwali veru marbut mas-suġġett tat-tilwima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ewwel aggravju, fl-intier tiegħu, kif ukoll l-ewwel u t-tieni parti tat-tieni aggravju, meħuda flimien, għandhom jiġu miċħuda bħala infondati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">It-tielet parti tat-tieni aggravju, ibbażata fuq żnaturament tal-fatti.</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet parti tat-tieni aggravju, l-appellant isostni li, billi qieset li l-ittra ta’ ftehim tikkostitwixxi kuntratt mingħajr ma ddefinixxiet id-dritt applikabbli għal din l-ittra, il-Qorti Ġenerali żnaturatha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkunsidra li din it-tielet parti hija inammissibbli jew, sussidjarjament, infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Artikolu 256(1) TFUE u mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jirriżulta li l-appell huwa limitat għal kwistjonijiet ta’ liġi u li għalhekk il-Qorti Ġenerali hija l-unika li għandha ġurisdizzjoni sabiex tikkonstata u tevalwa l-fatti rilevant kif ukoll il-provi. L-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi ma tikkostitwixxix, bla ħsara għall-każ tal-iżnaturament, kwistjoni ta’ liġi suġġetta, bħala tali, għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell. Tali żnaturament għandu jirriżulta b’mod manifest mill-annessi tal-proċess, mingħajr ma jkun neċessarju li ssir evalwazzjoni ġdida tal-fatti u tal-provi (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190515">15 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>CJ/ECDC</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑170/18 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:410">EU:C:2019:410</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Meta jallega żnaturament tal-provi mill-Qorti Ġenerali, rikorrent għandu, skont l-Artikolu 256 TFUE, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 168(1)(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, jindika b’mod preċiż il-provi li allegatament ġew żnaturati minnha u juri l-iżbalji ta’ analiżi li, fil-fehma tiegħu, wasslu lill-Qorti Ġenerali għal dan l-iżnaturament (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180906">6 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Klein vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑346/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:679">EU:C:2018:679</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0126">126</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-appellant sempliċement jikkritika fil-qosor ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali mingħajr għaldaqstant jistabbilixxi li dan huwa bbażat fuq żnaturament tal-punti ta’ fatt li tressqu quddiemha u li jidher b’mod manifest mill-annessi tal-proċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Minbarra dan, l-appellant jinvoka għall-ewwel darba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzzja l-argument ibbażat fuq assenza ta’ identifikazzjoni tad-dritt applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Issa, tali argument għandu jiġi ddikjarat inammissibbli. Fil-fatt, skont l-Artikolu 170(1) tar-Regoli tal-Proċedura, l-appell ma jistax ibiddel is-suġġett tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali. Il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-appell, hija fil-fatt limitata għall-evalwazzjoni tas-soluzzjoni legali li ngħatat għall-motivi ttrattati fl-ewwel istanza. Konsegwentement, parti ma tistax tqajjem għall-ewwel darba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja motiv li ma qajmitx quddiem il-Qorti Ġenerali, peress li dan ikun ifisser li titħalla tadixxi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li l-kompetenza tagħha fil-qasam ta’ appell hija limitata, tilwima iktar estiża minn dik li tressqet quddiem il-Qorti Ġenerali (digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180110">10 ta’ Jannar 2018</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs RW</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/17 P(R</NO.CASE>), mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:6">EU:C:2018:6</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li t-tielet parti tat-tieni aggravju ma tistax tintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, hemm lok li l-appell jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(1) tal-istess regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1) tagħhom, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li VG tilef, hemm lok li jiġi ordnat ibati l-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L‑Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">VG huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>