22000D0007



Official Journal L 103 , 12/04/2001 P. 0013 - 0015


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 7/2000

tat-28 ta' Jannar 2000

li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) għall-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidrat l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat permezz tal-Protokoll li jaġġusta il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "Il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness VI għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat konġunt taż-Żona Ekonomika Nru 81/1999 tal-25 June 1999 [1];

(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/98 tad-29 June 1998 li jemenda Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, lil persuni li jaħdmu għal rashom u lil membri tal-familji tagħhom li jiċcaqilqu ġewwa l-Komunità u Regolament (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura biex timplimenta Regolament (KEE) Nru 1408/71 bl-iskop li jiġu estiżi ħalli jkopru skemi speċjali għall-uffiċjali [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Punt 1 (Kunsill Regolamenti (KEE) Nru 1408/71) f'L-Anness VI għall-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1. l-inċiż li ġej għandu jiżdied:

"- 398 R 1606: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/98 tad-29 ta' Ġunju 1998 (ĠU L 209, tal-25.7.1998, p. 1).";

2. B'adattament (r), Intestatura "P. ISLANDA", it-test għandu jiġi mibdul"bl-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet ta' l-età bażiċi, supplimentari u skemi speċjali għall-pensjonijiet ta' l-uffiċjali pubbliċi.";

3. B'adattament (t), Intestatura

"P. ISLANDA"

, it-tesy għandu jiġi mibdul kif ġej:

"1. Fejn impjieg jew impjieg għal ras fl-Islanda jintemm u l-kontinġenza tinqala' matul impjieg jew impjieg għal ras fi Stat ieħor li għalih japplika dan ir-Regolament u fejn il-pensjoni ta' diżabilità tas-sigurtà soċjali u l-iskemi ta' pensjoni supplimentari (Fondi ta' pensjoni) fl-Islanda ma tibqax tinkludi l-perjodu ta' bejn il-kontinġenza u l-età pensjonabbli (perjodi future), perjodi ta' assigurazzjoni taħt il-leġislazzjoni ta' Stat ieħor li għaliha japplika dan ir-Regolament għandhom jittieħdu in konsiderazzjni għall-ħtieġa tal-perjodi futuri bħallikieku dawn kienu perjodi ta' assigurazzjoni fl-Islanda.

2. Persuna li tkun koperta bi skema speċjali għall-uffiċjali pubbliċi li huma residenti fl-Islanda u

(a) li għalihom id-dispożizzjonijiet ta' Titolu III, Kapitolu 1, taqsima 2 sa 7 ma japplikawx, u

(b) li mhix intitolata għall-pensjoni Islandika,

għandha tkun obbligata li tħallas l-ispejjeż ta' benefiċċji in kind mogħtija lilu jew lill-membri tal-familja tiegħu fl-Islanda, sakemm il-benefiċċji in kind huma koperti bl-iskema speċjali konċernata u/jew bl-iskema ta' assigurazzjoni personali li tissupplimentaha"

Artikolu 2

Punt 2 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72) f'L-Anness VI għall-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1. l-inċiż li ġej għandu jkun miżjud:

"- 398 R 1606: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/98 tad- 29 ta' Ġunju 1998 (ĠU L 209, tal-25.7.1998, p. 1).";

2. b'adattamenti (a), Intestatura

"R. IN-NORVEĠJA"

, it-test għandu jinbidel b'dan li ġej:

"1. Sosial-og helsedepartementet (Ministeru tas-Saħħa u l-Affarijiet Soċjali), Oslo.

2. Arbeids-og administrasjonsdepartementet (Ministeru tax-Xogħol u Aministrazzjoni Governattiva, Oslo.

3. Barne- og familiedepartementet (Ministeru tat-Tfal u Affarijiet tal-Familja), Oslo.

4. Justisdepartementet (Ministeru tal-Ġustizzja), Oslo.

5. Utenriksdepartementet (Ministeru għall-Affarijiet Barranin), Oslo.";

3. b'adattament (b), Intestatura

"R. IN-NORVEĠJA"

, dan li ġej għandu jiżdied:

"7. Benefiċċji taħt l-att tat-28 ta' Lulju 1949 Nru 26 fuq il-Fond tal-Pensjoni Norveġiż għas-Servizz Pubbliku (lov av 28. juli 1949 nr 26 om Statens Pensjonskasse):

Statens Pensjonskasse (il-Fond tal-Pensjoni Norveġiż tas-Servizz Pubbliku).";

4. b'adattament (c), Intestatura

"Q. LIECHTENSTEIN"

, dan li ġej għandu jiżdied kemm f' punt 2 (Xjuħija u mewt) kif ukoll f'punt 3 (Invalidità):

"(c) Skemi tax-Xogħol għall-uffiċjali pubbliċi:

Stiftungsrat der Pensionskasse für das Staatspersonal (Bord tal-Fondazzjoni ta' l-iSkemi tax-Xogħol għal uffiċjali pubbliċi).";

5. b'adattamenti (c), Intestatura

"R. NORWAY"

, dan li ġej għandu jiżdied:

"4. Benefiċċji taħt l-Att tat-28 ta' Lulju 1949 Nru 26 tal-Fond tal-Pensjoni Norveġiż għas-Servizz Pubbliku (lov av 28. juli 1949 nr 26 om Statens Pensjonskasse):

Statens Pensjonskasse (Fond tal-Pensjoni Norveġiż tas-Servizz Pubbliku).";

6. b'adattament (f), Intestatura

"Q. LIECHTENSTEIN"

, dan li ġej għandu jiżdied kemm f' punt 2 (Xjuħija u mewt) kif ukoll f'point 3 (Invalidità):

"(c) Skemi tax-Xogħol għall-uffiċjali pubbliċi:

Geschäftsleitung der Pensionsversicherung für das Staatspersonal (Maniġment ta' l-Iskema tax-Xogħol għall-Uffiċjali Pubbliċi).";

7. b'adattamenti (f), Intestatura

"R. IN-NORVEĠJA"

, dan li ġej għandu jiddaħħal wara punt 1:

"1a. Benefiċċji taħt l-Att tat-28 ta' Lulju 1949 Nru 26 tal-Fond tal-Pensjoni Norveġiż għas-Servizz Pubbliku (lov av 28. juli 1949 nr 26 om Statens Pensjonskasse):

Statens Pensjonskasse (Fond tal-Pensjoni Norveġiż għas-Servizz Pubbliku).";

8. b'adattament (m), Intestatura

"R. IN-NORVEĠJA"

, dan li ġej għandu jiżdied:

"3. Benefiċċji taħt l-Att tat-28 ta' Lulju 1949 Nru 26 fuq il-Fond tal-Pensjoni Norveġiż għas-Servizz Pubbliku (lov av 28. juli 1949 nr 26 om Statens Pensjonskasse):

Statens Pensjonskasse (Fond tal-Pensjoni Norveġiż għas-Servizz Pubbliku)."

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/98 fl-ilsna Islandiċi u Norveġiżi, li huma annessi għall-verżjonijiet ta' l-ilsna rispettivi ta' din id-Deciżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni Nru għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Jannar 2000, sakemm in-notifikazzjonijiet kollha taħt.

L-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-sezzjoni taż-ŻEE tal-, u fis-Supplimemnt taż-ŻEE għall-, Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Jannar 2000.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

F. Barbaso

[1] ĠU L 296, tat-23.11.2000, p. 37.

[2] ĠU L 209, tal-25.7.1998, p. 1.

[3] L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.

--------------------------------------------------