<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑501/11 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0501</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:522">EU:C:2013:522</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>27</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>27</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20130718">18.7.2013</DATE> – KAWŻA C-501/11 P</P><P>SCHINDLER HOLDING <HT TYPE="ITALIC">ET</HT> vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Akkordji</KEYWORD><KEYWORD>Suq tal-installazzjoni u tal-manteniment tal-liftijiet u tal-eskalejters</KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà tal-kumpannija parent għall-ksur tad-dritt tal-akkordji mwettaq mis-sussidjarja tagħha</KEYWORD><KEYWORD>Kumpannija holding</KEYWORD><KEYWORD>Programm ta’ konformità fi ħdan l-impriża (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Compliance-Programme<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/>)</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet fundamentali</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipji tal-Istat ta’ dritt fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-multi imposti</KEYWORD><KEYWORD>Separazzjoni tal-poteri, prinċipji ta’ legalità, ta’ nuqqas ta’ retroattività, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ responsabbiltà għal aġir illeċitu</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1/2003</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 23(2)</KEYWORD><KEYWORD>Validità</KEYWORD><KEYWORD>Legalità tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni tal-1998</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-501/11 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fis-<DATE ISO="20110927">27 ta’ Settembru 2011</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Schindler Holding Ltd</HT>, stabbilita f’Hergiswil (l-Isvizzera),</P><P><HT TYPE="BOLD">Schindler Management AG</HT>, stabbilita f’Ebikon (l-Isvizzera),</P><P><HT TYPE="BOLD">Schindler SA</HT>, stabbilita fi Brussell (il-Belġju),</P><P><HT TYPE="BOLD">Schindler Sàrl</HT>, stabbilita fil-Lussemburgu (il-Lussemburgu),</P><P><HT TYPE="BOLD">Schindler Liften BV</HT>, stabbilita f’Den Haag (il-Pajjiżi l-Baxxi),</P><P><HT TYPE="BOLD">Schindler Deutschland Holding GmbH</HT>, stabbilita f’Berlin (il-Ġermanja),</P><P>irrappreżentati minn R. Bechtold u W. Bosch, Rechtsanwälte, kif ukoll minn J. Schwarze, Prozessbevollmächtigter,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><P>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</P><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn R. Sauer u C. Hödlmayr, bħala aġenti, assistiti minn A. Böhlke, Rechtsanwalt, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn F. Florindo Gijón u M. Simm, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, A. Rosas (Relatur), E. Juhász, D. Šváby u C. Vajda, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Impellizzeri, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20130117">17 ta’ Jannar 2013</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20130418">18 ta’ April 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Bl-appell tagħhom, Schindler Holding Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Schindler Holding<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), Schindler Management AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Schindler Management<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), Schindler SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Schindler Belġju<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), Schindler Sàrl (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Schindler Lussemburgu<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), Schindler Liften BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Schindler Pajjiżi l-Baxxi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) u Schindler Deutschland Holding GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Schindler Ġermanja<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) (iktar ’il quddiem, flimkien, il-grupp <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Schindler<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) jitolbu l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-<DATE ISO="20110713">13 ta’ Lulju 2011</DATE>, Schindler Holding <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-138/07" PAGE.ECR="II-4819" YEAR="2011">T-138/07, Ġabra p. II-4819</REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), li permezz tagħha din il-qorti ċaħdet it-talba tagħhom intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 512 finali, tal-<DATE ISO="20070221">21 ta’ Frar 2007</DATE>, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Kawża COMP/E-1/38.823 — Liftijiet u eskalejters, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), li verżjoni fil-qasir tagħha ġiet ippubblikata fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> tas-<DATE ISO="20080326">26 ta’ Marzu 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="075" PAGE.FIRST="19" DATE.PUB="2008">ĠU 2008 C 75, p. 19</REF.DOC.OJ>), jew, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuqhom.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE>, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [81 KE] u [82 KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205), li ssostitwixxa l-Artikolu 15(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17, tas-<DATE ISO="19620206">6 ta’ Frar 1962</DATE>, L-ewwel Regolament li jimplimenta l-Artikoli [81 KE] u [82 KE] tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 3), jipprovdi fil-paragrafi 2 sa 4 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="023.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-Kummissjoni tista’ b’deċiżjoni timponi multi fuq l-impriża u l-assoċjazzjoni tal-impriża meta, jew b’intenżjoni jew b’negligenza:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jiksru l-Artikolu 81 [KE] jew l-Artikolu 82 [KE], [...]</TXT><P>[...]</P></NP></ITEM></LIST><P>Għal kull impriża u assoċjazzjoni ta’ l-impriża li qed jipparteċipaw fil-ksur, il-multi mhux ser jaqbżu l-10 % tat-total ta’ valur tal-bejgħ fis-sena k[u]mmerċjali preċedenti.</P><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-iffissar ta’ l-ammont tal-multa, għandhom jiġu kkonsidrati kemm il-gravita kif ukoll id-dewmien tal-ksur.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="023.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-multa imposta fuq l-assoċjazzjoni tal-impriża tieħu kont tal-valur ta’ bejgħ tal-membri tagħha u l-assoċjazzjoni mhiex solventi, l-assoċjazzjoni hi obligata li tgħajjat għal kontribuzzjoni mill-membri tagħha biex jkopru l-ammont immultat.</ALINEA><ALINEA>Fejn dawn il-kontribuzzjonijiet ma sarux lill-assoċjazzjoni fi ħdan il-limitu ta’ ħin stipulat mil-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ tirrikjedi pagamenti tal-multa direttament min kwalunkwe persuna fl-impriża fejn il-membri huma rappreżentanti mil-korpi deċiżjonali konċernati ta’ l-assoċjazzjoni.</ALINEA><ALINEA>Wara li l-Kummissjoni rikjesti pagamenti taħt it-tieni, fejn hu neċessarju biex tiżgura li l-pagament tal-multa ssir bis-sħieħ, il-Kummissjoni tista’ tirrikjedi l-pagament tal-bilanċ min kwalunkwe membru ta’ l-assoċjazzjoni li kienu attivi fis-suq li fih sar il-ksur.</ALINEA><ALINEA>Madankollu, il-Kummissjoni mhux ser tirrikjedi pagamenti taħt it-tieni u t-tielet subparagrafu mil-impriżi li juru li ma mplimentawx id-deċiżjoni ta’ ksur ta’ l-assoċjazzjoni u sew jekk ma humiex konxji ta’ l-eżistenza jew li ddistanzjaw ruħhom attivament minnhu qabel ma il-Kummissjoni ma bdiet tinvestiga l-każ.</ALINEA><ALINEA>Il-liabiltà finanzjarja ta’ kull impriża b’rispett tal-pagamenti tal-multi ma teċċedix l-10 % tal-valur tal-bejgħ totali tas-sena kummerċali preċedenti.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Il-Qorti tal-Ġustizzja ħa jkollha ġurisdizzjoni bla limitu għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet fejn il-Kummissjoni waħħlet multa jew perjodu ta’ pagamenti tal-pieni. Hi tista’ tħassar, tnaqqas jew jżid il-multa jew il-perjodu ta’ pagamenti tal-pieni imposti.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Linji ta’ gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi mposti skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 u l-Artikolu 65(5) tat-Trattat KEFA<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 171, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Linji Gwida<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), applikabbli meta ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata, fil-preambolu tiegħu, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Il-prinċipji ndikati [mil-Linji Gwida tal-1998] għandhom jiżguraw t-trasparenza u l-imparzjalità tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, f’għajnejn kemm ta’ l-impriżi kif ukoll tal-Qorti tal-Ġustizzja, waqt li tinżamm id-diskrezzjoni li hi mogħtija lill-Kummissjoni skond il-leġislazzjoni rilevanti biex tistabbilixxi multi fil-limitu ta’ 10 % tal-valur tal-bejgħ totali. Din id-diskrezzjoni għandha, mandankollu, issegwi politika koerenti u mhux diskriminatorja li hi konsistenti ma’ l-għanijiet segwiti fil-penalizazzjoni tal-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni.</ALINEA><ALINEA>Il-metodu l-ġdid li jistabbilixxi l-ammont ta’ multa se jkun ibbażat fuq ir-regoli li ġejjin, li jibdew minn ammont bażiku li jiżdied biex jieħdu f’konsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi aggravati jew imnaqqsa biex jieħdu f’konsiderazzjoni ċirkustanzi li jiskużaw il-gravità.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont il-punt 1 tal-Linji Gwida tal-1998, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>[dan] l-ammont bażiku se jkun stabbilit skond il-gravità u t-tul tal-ksur, li huma l-uniċi kriterji msemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-gravità, il-punt 1, A, tal-Linji Gwida jipprovdi li l-evalwazzjoni tal-kriterju ta’ gravità tal-ksur għandha tieħu inkunsiderazzjoni n-natura proprja tal-ksur, l-impatt konkret tiegħu fuq is-suq meta jkun jista’ jitkejjel u l-estensjoni tas-suq ġeografiku kkonċernat. Il-ksur huwa kklassifikat taħt tliet kategoriji, ksur minuri, ksur serju u ksur serju ħafna.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont il-Linji Gwida tal-1998, il-ksur serju ħafna huwa b’mod partikolari r-restrizzjonijiet orizzontali tat-tip <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>kartell tal-prezzijiet<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> u kwoti ta’ tqassim tas-swieq. L-ammont bażiku tal-multa possibbli huwa ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>aktar minn [EUR] 20 miljun<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont il-punt 2 tal-Linji Gwida tal-1998, l-ammont bażiku tal-multa jista’ jiżdied fil-każ ta’ ċirkustanzi aggravanti bħal, b’mod partikolari, ksur ripetut mill-istess impriża jew mill-istess impriżi għal ksur tal-istess tip. Skont il-punt 3 tal-imsemmija Linji Gwida, dan l-ammont bażiku jista’ jitnaqqas f’każ ta’ ċirkustanzi attenwanti partikolari bħar-rwol esklużivament passiv jew emulattiv ta’ impriża fit-twettiq tal-ksur, in-nuqqas ta’ implementazzjoni fil-prattika tal-ftehim jew il-kooperazzjoni effettiva mill-impriża fil-proċeduri, barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ impożizzjoni jew it-tnaqqis ta’ multi f’każijiet ta’ akkordji [traduzzjoni mhux uffiċjali] (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="207" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="1996">ĠU 1996, C 207, p. 4</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 155, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), applikabbli għall-fatti inkwistjoni, jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li fihom impriżi li jikkooperaw mal-Kummissjoni matul investigazzjoni tagħha fuq akkordju jistgħu jiġu eżentati mill-multa jew jibbenefikaw minn tnaqqis tal-multa li kieku kien ikollhom iħallsu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-deċiżjoni kkontestata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-grupp Schindler huwa wieħed mill-gruppi ewlenin fid-dinja li jipprovdu liftijiet u eskalejters. Il-kumpannija parent tiegħu hija Schindler Holding, stabbilita fl-Isvizzera. Il-grupp Schindler jeżerċita l-attivitajiet tiegħu permezz ta’ sussidjarji nazzjonali. Dawn huma, fost l-oħrajn, Schindler Belġju, Schindler Lussemburgu, Schindler Pajjiżi l-Baxxi u Schindler Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Wara li rċeviet, matul is-Sajf tas-sena 2003, informazzjoni dwar il-possibbli eżistenza ta’ akkordju bejn il-produtturi prinċipali Ewropej tal-liftijiet u tal-eskalejters li jeżerċitaw attivitajiet kummerċjali fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri Kone Belgium SA, Kone GmbH, Kone Luxembourg Sàrl, Kone BV Liften en Roltrappen, Kone Oyj, Otis SA, Otis GmbH &amp; Co. OHG, General Technic-Otis Sàrl, General Technic Sàrl, Otis BV, Otis Elevator Company, United Technologies Corporation, il-grupp Schindler, ThyssenKrupp Liften Ascenseurs NV, ThyssenKrupp Aufzüge GmbH, ThyssenKrupp Fahrtreppen GmbH, ThyssenKrupp Elevator AG, ThyssenKrupp AG, ThyssenKrupp Ascenseurs Luxembourg Sàrl u ThyssenKrupp Liften BV, il-Kummissjoni għamlet verifiki fil-bini ta’ dawn l-impriżi fil-bidu tas-sena 2004. Dawn l-impriżi għamlu talbiet skont l-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002. Bejn ix-xahar ta’ Settembru u x-xahar ta’ Diċembru 2004, il-Kummissjoni bagħtet ukoll talbiet għal informazzjoni lill-impriżi li pparteċipaw fil-ksur fil-Belġju, lil diversi klijenti f’dan l-Istat Membru u lill-assoċjazzjoni Belġjana Agoria.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni qieset li l-imsemmija impriżi kif ukoll Mitsubishi Elevator Europe BV ipparteċipaw f’erba’ każijiet ta’ ksur uniku, kumpless u kontinwat tal-Artikolu 81(1) KE f’erba’ Stati Membri, meta qasmu bejniethom swieq billi ftiehmu għall-għoti ta’ sejħiet għal offerti u ta’ kuntratti marbuta mal-bejgħ, mal-installazzjoni, mal-manteniment u mal-immodernizzar ta’ liftijiet u ta’ eskalejters. Fir-rigward tal-grupp Schindler, l-ewwel data ta’ bidu ta’ ksur hija dik tal-ksur fil-Ġermanja, jiġifieri l-<DATE ISO="19950801">1 ta’ Awwissu 1995</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, il-grupp Schindler ġie kkundannat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-ksur fil-Belġju msemmi fl-Artikolu 1(1), is-segwenti multi huma imposti:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>[il-grupp] Schindler: Schindler Holding [...] u [Schindler Belġju], <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>: [EUR] 69 300 000; [...]</P></ITEM></LIST><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-ksur fil-Ġermanja msemmi fl-Artikolu 1(2), is-segwenti multi huma imposti:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>[il-grupp] Schindler: Schindler Holding [...] u [Schindler Ġermanja], <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>: [EUR] 21 458 250; [...]</P></ITEM></LIST><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-ksur fil-Lussemburgu msemmi fl-Artikolu 1(3), is-segwenti multi huma imposti:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>[il-grupp] Schindler: Schindler Holding [...] u [Schindler Lussemburgu], <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>: [EUR] 17 820 000; [...]</P></ITEM></LIST><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-ksur fil-Pajjiżi l-Baxxi msemmi fl-Artikolu 1(4), is-segwenti multi huma imposti:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>[il-grupp] Schindler: Schindler Holding u [Schindler Pajjiżi l-Baxxi], <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>: [EUR] 35 169 750.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Is-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>B’rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20070504">4 ta’ Mejju 2007</DATE>, l-appellanti talbu l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata u, sussidjarjament, it-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ġie awtorizzat jintervjeni insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni. Skont in-nota ppreżentata quddiem il-Qorti Ġenerali, huwa intervjena f’dak li jirrigwarda l-eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 li tqajmet mill-appellanti.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20070904">4 ta’ Settembru 2007</DATE>, mibgħuta lill-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20090630">30 ta’ Ġunju 2009</DATE>, il-Kummissjoni rrettifikat l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata, b’tali mod li din ma għadhiex issemmi lil Schindler Management bħala destinatarja. Il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punti 43 u 44 tas-sentenza appellata, li r-rikors safa bla skop u li ma kienx għad hemm lok li tingħata deċiżjoni sa fejn ir-rikors kien jikkonċerna lil din il-kumpannija.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikorsi tagħhom, l-appellanti ppreżentaw tlettax-il motiv, li l-Qorti Ġenerali semmiet kif ġej fil-punt 45 tas-sentenza appellata:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>[...] L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ legalità tal-pieni, minħabba l-fatt li l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 jagħti lill-Kummissjoni setgħa diskrezzjonali illimitata f’dak li jirrigwarda l-kalkolu tal-multi. It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività fl-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-1998 u tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002. It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ legalità tal-pieni u fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma għandhiex kompetenza sabiex tadotta l-Linji Gwida tal-1998. Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-illegalità tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002, minħabba l-ksur tal-prinċipji <HT TYPE="ITALIC">nemo tenetur se ipsum accusare, nemo tenetur se ipsum prodere</HT> [...], tal-prinċipju <HT TYPE="ITALIC">in dubio pro reo</HT> u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ separazzjoni tal-poteri u fuq ir-rekwiżiti ta’ proċedura bbażata fuq ir-rispett tal-prinċipji tal-istat ta’ dritt. Is-sitt motiv huwa bbażat fuq in-natura konfiskatorja tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti. Is-seba’ u t-tmien<?PAGE NO="6"?> motivi huma bbażati fuq ksur tal-Linji Gwida tal-1998 fir-rigward tal-iffissar tal-ammont inizjali tal-multi u fl-evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi attenwanti. Id-disa’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Linji Gwida tal-1998 u tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002 f’dak li jirrigwarda d-determinazzjoni tal-ammont tal-multi għall-ksur imwettaq fil-Belġju, fil-Ġermanja u fil-Lussemburgu. L-għaxar motiv huwa bbażat fuq in-natura sproporzjonata tal-ammont tal-multi. Il-ħdax-il motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas li d-deċiżjoni [kkontestata] tiġi nnotifikata b’mod validu lil Schindler Holding. It-tnax-il motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ responsabbiltà ta’ Schindler Holding. Fl-aħħar nett, it-tlettax-il motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-punti 47 u 48 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali biddlet l-ordni tal-motivi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkunsidrat li diversi lmenti tar-rikorrenti jirrigwardaw il-legalità tad-deċiżjoni [kkontestata] fit-totalità tagħha u għalhekk dawn ser jiġu eżaminati l-ewwel. Dan jgħodd ukoll għall-ilment li r-rikorrenti jagħmlu fil-kuntest tal-ħames motiv tagħhom, li huwa essenzjalment ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (iktar ’ilquddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>). Fost l-ilmenti li jirrigwardaw il-legalità tad-deċiżjoni [kkontestata] fit-totalità tagħha hemm ukoll dawk li tqajjmu fil-kuntest tal-ħdax u t-tnax-il motiv, ibbażati rispettivament fuq l-illegalità tad-deċiżjoni [kkontestata] sa fejn din kienet indirizzata lill-Schindler Holding minħabba nuqqas ta’ notifika valida u fuq l-illegalità tad-deċiżjoni [kkontestata] sa fejn din invokat ir-responsabbiltà <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ta’ Schindler Holding.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>L-ilmenti li jirrigwardaw il-legalità tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni [kkontestata], magħmulin fil-kuntest tal-motivi l-oħra tar-rikors, ser jiġu eżaminati sussegwentement. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali tqis li jkun xieraq li l-ilmenti tar-rikorrenti jiġu eżaminati kif ġej. L-ewwel nett ser jiġu eżaminati l-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba’ motivi, li fil-kuntest tagħhom ir-rikorrenti jqajjmu diversi eċċezzjonijiet ta’ illegalità fir-rigward tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, tal-Linji Gwida tal-1998 u tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002. Wara dan il-Qorti Ġenerali ser teżamina s-sitt motiv, li jgħid li d-deċiżjoni [kkontestata] hija ta’ natura konfiskatorja. Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali ser teżamina s-seba’, it-tmien, id-disa’, l-għaxar u t-tlettax-il motiv, li fil-kuntest tagħhom ir-rikorrenti invokaw diversi lmenti fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multi.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ċaħdet kull wieħed minn dawn il-motivi u r-rikors fl-intier tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>L-appellanti jitolbu, essenzjalment, li tiġi annullata s-sentenza appellata, li tiġi annullata d-deċiżjoni kkontestata, sussidjarjament, li jiġu annullati jew imnaqqsa l-multi, iktar sussidjarjament, li l-kawża tiġi rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali u, fl-aħħar nett, li l-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-appell jiġi miċħud u li l-appellanti jiġu kkundannati għall-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob li l-appell jiġi miċħud f’dak li jirrigwarda l-eċċezzjoni ta’ illegalità fir-rigward tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 u jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi b’mod xieraq fuq l-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Insostenn tat-talbiet tagħhom, l-appellanti jqajmu tlettax-il aggravju.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tas-separazzjoni tal-poteri u fuq ir-rekwiżiti ta’ proċedura bbażata fuq l-osservanza tal-prinċipji tal-istat ta’ dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Bl-ewwel aggravju tagħhom, l-appellanti jikkontestaw ir-risposta tal-Qorti Ġenerali għall-motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 6 tal-KEDB, li permezz tiegħu huma kienu qed isostnu li l-proċedura tal-Kummissjoni tikser il-prinċipju tas-separazzjoni tal-poteri u ma tosservax il-prinċipji tal-Istat ta’ dritt applikabbli għal proċeduri kriminali b’mod konformi ma’ din id-dispożizzjoni. Huma jikkontestaw, b’mod partikolari, il-punt 53 tas-sentenza appellata, li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jimponu multi minħabba ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni ma humiex ta’ natura kriminali. Huma jqisu li l-argumenti tal-Qorti Ġenerali ma jiħdux inkunsiderazzjoni l-ammont tal-multi imposti u lanqas id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona li biddel fundamentalment is-sitwazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>L-appellanti jfakkru l-kriterji tas-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem Engel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Pajjiżi l-Baxxi, tat-<DATE ISO="19760608">8 ta’ Ġunju 1976</DATE> (Serje A Nru 22, §§ 80 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>) u jsostnu li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta qieset li setgħet tiġi applikata għall-proċeduri fil-kamp tad-dritt tal-akkordji s-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem Jussila vs Il-Finlandja, tat-<DATE ISO="20061123">23 ta’ Novembru 2006</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Ġabra tas-sentenzi u tad-deċiżjonijiet</HT> 2006-XIV, § 31), li permezz tagħha, għal ċerti kategoriji ta’ ksur li ma humiex parti min-nukleu tad-dritt kriminali, ma huwiex meħtieġ li d-deċiżjoni tiġi adottata minn qorti sakemm ikun previst stħarriġ komplet tal-legalità tad-deċiżjoni. Skont l-appellanti, dawn il-proċeduri jagħmlu parti min-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>nukleu tad-dritt kriminali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, fis-sens ta’ din is-sentenza. Huma jiċċitaw, f’dan ir-rigward, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20101215">15 ta’ Diċembru 2010</DATE>, E.ON Energie vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-141/08" PAGE.ECR="II-5761" YEAR="2010">T-141/08, Ġabra p. II-5761</REF.DOC.ECR>), u l-punt 160 tas-sentenza appellata.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-appellanti jsostnu li l-ġurisprudenza ċċitata mill-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari s-sentenzi tad-<DATE ISO="19801029">29 ta’ Ottubru 1980</DATE>, van Landewyck <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="209/78+210/78+211/78+212/78+213/78+214/78+215/78+218/78" PAGE.ECR="3125" YEAR="1980">209/78 sa 215/78 u 218/78, Ġabra p. 3125</REF.DOC.ECR>, punt 81), kif ukoll tas-<DATE ISO="19830607">7 ta’ Ġunju 1983</DATE>, Musique Diffusion française <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="100/80+101/80+102/80+103/80" PAGE.ECR="1825" YEAR="1983">100/80 sa 103/80, Ġabra p. 1825</REF.DOC.ECR>, punt 7), fejn intqal li l-Kummissjoni ma tistax tiġi deskritta bħala qorti fis-sens tal-Artikolu 6 tal-KEDB, ma għadhiex tgħodd minħabba d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u minħabba l-applikabbiltà diretta tal-KEDB. Skont l-appellanti, is-sanzjoni kellha tkun imposta minn qorti u mhux minn awtorità amministrattiva bħalma hija l-Kummissjoni. F’dan ir-rigward, huma jsostnu li, minħabba l-ammont importanti tas-sanzjonijiet, ma tistax tiġi applikata, f’dan il-każ, il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li tirriżulta mis-sentenzi tagħha Öztürk vs Il-Ġermanja, tal-<DATE ISO="19840221">21 ta’ Frar 1984</DATE> (Serje A Nru 73), u Bendenoun vs Franza, tal-<DATE ISO="19940224">24 ta’ Frar 1994</DATE> (Serje A Nru 284) li tipprovdi, b’mod partikolari fl-ipoteżi ta’ numru kbir ta’ każijiet ta’ ksur, li skont l-appellanti tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>kriminalità minn grupp<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, jew ta’ ksur mhux serju li għandhom jittieħdu passi legali kontrih, tista’ tiġi imposta sanzjoni minn awtorità amministrattiva jekk jista’ jiġi ggarantit stħarriġ ġudizzjarju komplet.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni u l-Kunsill isostnu li l-istħarriġ eżerċitat mill-qorti tal-Unjoni fuq id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jiggarantixxi li jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti ta’ smigħ xieraq kif stabbilit fl-Artikolu 6(1) tal-KEDB u fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-replika tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-prinċipji tas-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, A. Menarini Diagnostics vs L-Italja, tas-<DATE ISO="20110927">27 ta’ Settembru 2011</DATE> (Rikors Nru 43509/08), iċċitata mill-Kummissjoni fir-risposta tagħha, ma jistgħux jiġu applikati għal dan il-każ, għaliex, b’mod differenti mill-awtorità Taljana għall-kompetizzjoni, inkwistjoni f’dik is-sentenza, il-Kummissjoni ma hijiex awtorità amministrattiva indipendenti. Minbarra dan, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx l-eżami illimitat tal-fatti mitlub permezz tal-Artikolu 6 tal-KEDB.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-kontroreplika tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali ma għandhiex l-obbligu li twettaq <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> eżami tal-fatti, iżda li huma l-appellanti li għandhom iqajmu motivi u jġibu provi (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-<DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, Chalkor vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-386/10 P" PAGE.ECR="I-13085" YEAR="2011">C-386/10 P, Ġabra p. I-13085</REF.DOC.ECR>, punt 62, kif ukoll tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, A. Menarini Diagnostics vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq, § 63).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għandu jiġu kkonstatat li l-ewwel aggravju huwa bbażat fuq il-premessa żbaljata li d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona biddel ir-regoli ġuridiċi applikabbli f’dan il-każ, b’tali mod li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 6 tal-KEDB għaliex ġiet adottata mill-Kummissjoni u mhux minn qorti.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata fil-<DATE ISO="20070221">21 ta’ Frar 2007</DATE>, jiġifieri qabel l-adozzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona, fit-<DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE> u, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, fl-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>. Hija ġurisprudenza stabbilita li, fil-kuntest ta’ rikors għal annullament, il-legalità tal-att ikkontestat għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi eżistenti fid-data li fiha ġie adottat l-att (ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="19790207">7 ta’ Frar 1979</DATE>, Franza vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="15/76+16/76" PAGE.ECR="321" YEAR="1979">15/76 u 16/76, Ġabra p. 321</REF.DOC.ECR>, punt 7; tas-<DATE ISO="20010517">17 ta’ Mejju 2001</DATE>, IECC vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-449/98 P" PAGE.ECR="I-3875" YEAR="2001">C-449/98 P, Ġabra p. I-3875</REF.DOC.ECR>, punt 87, kif ukoll tat-<DATE ISO="20110728">28 ta’ Lulju 2011</DATE>, Agrana Zucker, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-309/10" PAGE.ECR="I-7333" YEAR="2011">C-309/10, Ġabra p. I-7333</REF.DOC.ECR>, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk, kif jikkonferma l-Artikolu 6(3) TUE, id-drittijiet fundamentali rikonoxxuti mill-KEDB jagħmlu parti mid-dritt tal-Unjoni inkwantu prinċipji ġenerali u jekk l-Artikolu 52(3) tal-Karta jistabbilixxi l-obbligu li d-drittijiet li jinsabu f’din u li jikkorrispondu għal drittijiet iggarantiti mill-KEDB għandhom jingħataw l-istess sens u l-istess portata bħal dawk li tagħtihom l-imsemmija konvenzjoni, din tal-aħħar ma tikkostitwixxix, sakemm l-Unjoni ma taderixxix magħha, strument ġuridiku integrat formalment fis-sistema legali tal-Unjoni (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20120424">24 ta’ April 2012</DATE>, Kamberaj, C-571/10, punt 62, u tas-<DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, Åkerberg Fransson, C-617/10, punt 44).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’kull każ, bil-kontra ta’ dak li jsostnu l-appellanti, il-fatt li d-deċiżjonijiet li jimponu multi fil-qasam tal-kompetizzjoni jiġu adottati mill-Kummissjoni ma jiksirx minnu nnifsu l-Artikolu 6 tal-KEDB kif interpretat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, fis-sentenza tagħha A. Menarini Diagnostics vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq, rigward sanzjoni imposta mill-awtorità Taljana li tirregola l-kompetizzjoni minħabba prattiki antikompettitivi analogi għal dawk li ġew akkużati bihom l-appellanti, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem qieset li, fid-dawl tal-ammont għoli tal-multa imposta, is-sanzjoni kienet taqa’, minħabba n-natura severa tagħha, taħt il-kamp kriminali.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu hija fakkret, fil-punt 58 tal-imsemmija sentenza, li ma huwiex inkompatibbli mal-KEDB li awtoritajiet amministrattivi jiġu fdati bil-kompitu ta’ prosekuzzjoni u ta’ sanzjoni tal-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, sakemm il-persuna kkonċernata tkun tista’ tressaq kwalunkwe deċiżjoni meħuda kontriha b’dan il-mod quddiem qorti li toffri l-istess garanziji previsti fl-Artikolu 6 tal-KEDB.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-punt 59 tas-sentenza tagħha A. Menarini Diagnostics vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ippreċiżat li l-osservanza tal-Artikolu 6 tal-KEDB ma teskludix li, fi proċedura ta’ natura amministrattiva, tiġi imposta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>piena<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> qabel kollox minn awtorità amministrattiva. Madankollu hija tippresupponi li d-deċiżjoni ta’ awtorità amministrattiva li ma tissodisfax hija nfisha l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 6(1) tal-KEDB tkun suġġetta għall-istħarriġ ulterjuri ta’ qorti jew tribunal b’ġurisdizzjoni sħiħa. Fost il-karatteristiċi ta’ tali qorti jew tribunal hija inkluża s-setgħa ta’ riforma fuq il-punti kollha, ta’ fatt kif ukoll ta’ liġi, tad-deċiżjoni meħuda, mogħtija mill-qorti jew tribunal inferjuri. Il-qorti jew tribunal għandhom fost l-oħrajn ikollhom il-kompetenza li jiddeċiedu fuq il-kwistjonijiet kollha ta’ fatt u ta’ liġi li huma rilevanti għall-kawża quddiemhom.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tagħha dwar il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li llum jinsab espress fl-Artikolu 47 tal-Karta u li jikkorrispondi, fid-dritt tal-Unjoni, għall-Artikolu 6(1) tal-KEDB, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li, minbarra l-istħarriġ tal-legalità previst mit-Trattat, il-qorti tal-Unjoni għandha ġurisdizzjoni sħiħa mogħtija lilha permezz tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003, skont l-Artikolu 261 TFUE, li tawtorizzaha tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha flok dik tal-Kummissjoni u, għaldaqstant, tħassar, tnaqqas, jew iżżid il-multa jew il-pagamenti ta’ penalità imposti (sentenza Chalkor vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 63).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-istħarriġ tal-legalità, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha twettqu abbażi tal-provi ppreżentati mir-rikorrent insostenn tal-motivi invokati, u li hija ma tistax tistrieħ fuq is-setgħa diskrezzjonali li għandha l-Kummissjoni la f’dak li għandu x’jaqsam mal-għażla tal-elementi meħuda inkunsiderazzjoni fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmiija fil-Linji Gwida tal-1998 u lanqas f’dak li għandu x’jaqsam mal-evalwazzjoni ta’ dawn l-elementi sabiex tirrinunzja li teżerċita sħarriġ fid-dettall kemm ta’ fatt kif ukoll ta’ liġi (sentenza Chalkor vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 62).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Peress li l-istħarriġ previst mit-Trattati jimplika li l-qorti tal-Unjoni teżerċita stħarriġ kemm ta’ fatt kif ukoll ta’ liġi u li hija għandha s-setgħa li tevalwa l-provi, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibdel l-ammont tal-multi, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li għaldaqstant ma jidhirx li l-istħarriġ tal-legalità previst fl-Artikolu 263 TFUE, ikkompletat bil-ġurisdizzjoni sħiħa rigward l-ammont tal-multa, previst fl-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003, imur kontra r-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva li tinsab fil-preżent fl-Artikolu 47 tal-Karta (sentenza Chalkor vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 67).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal jirriżulta li l-ewwel aggravju ma huwiex fondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju, ibbażat fuq ksur tan-natura diretta tal-miżuri istruttorji</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Bit-tieni aggravju tagħhom, l-appellanti jirreferu għar-raba’ motiv invokat insostenn tar-rikors tagħhom fl-ewwel istanza. Fil-fehma tagħhom, in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>natura diretta<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> tal-miżuri istruttorji titlob li l-Qorti Ġenerali tieħu impressjoni diretta mill-persuni li jagħmlu dikjarazzjonijiet jew li jġibu provi oħra. Ix-xhieda għandhom jinstemgħu taħt ġurament quddiem qorti, f’seduta pubblika, u għandhom ikunu jistgħu jiġu interrogati mill-impriżi akkużati.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>L-investigazzjoni materjali tal-Kummissjoni u l-istħarriġ mill-Qorti Ġenerali ma jissodisfawx dawn ir-rekwiżiti, għaliex jibbażaw ruħhom ta’ spiss biss fuq il-preżentazzjoni bil-miktub tal-fatti mill-impriżi li jikkooperaw mal-Kummissjoni. Fil-każ ta’ dikjarazzjonijiet magħmula fil-kuntest tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002, jeżisti riskju importanti li l-fatti jiġu distorti jew eżaġerati mill-impriżi li jikkooperaw.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li t-tieni aggravju huwa inammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-Artikolu 256 TFUE, mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u mill-Artikolu 112(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-verżjoni tagħhom applikabbli għad-data tal-preżentata ta’ dan l-appell, appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkritikati tas-sentenza li qiegħed jintalab l-annullament tagħha kif ukoll l-argumenti legali li<?PAGE NO="10"?> jsostnu b’mod speċifiku din it-talba (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20000704">4 ta’ Lulju 2000</DATE>, Bergaderm u Goupil vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-352/98 P" PAGE.ECR="I-5291" YEAR="2000">C-352/98 P, Ġabra p. I-5291</REF.DOC.ECR>, punt 34, kif ukoll tat-<DATE ISO="20020108">8 ta’ Jannar 2002</DATE>, Franza vs Monsanto u Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-248/99 P" PAGE.ECR="I-1" YEAR="2002">C-248/99 P, Ġabra p. I-1</REF.DOC.ECR>, punt 68).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Kif il-Kummissjoni enfasizzat fir-risposta tagħha, it-tieni aggravju huwa fformulat b’mod astratt u ma jindikax il-punti kkritikati tas-sentenza appellata. L-uniku element ta’ identifikazzjoni hija r-referenza għar-raba’ motiv tar-rikors fl-ewwel istanza, li kien ibbażat fuq l-illegalità tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002 minħabba ksur tal-prinċipji <HT TYPE="ITALIC">nemo tenetur se ipsum accusare</HT>, <HT TYPE="ITALIC">nemo tenetur se ipsum prodere</HT>, <HT TYPE="ITALIC">in dubio pro reo</HT> u ta’ proporzjonalità. Dan il-motiv ma jidhirx li huwa relatat mat-tieni aggravju tal-appell.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal jirriżulta li t-tieni aggravju huwa wisq oskur sabiex tingħata risposta għalih u għandu jiġi ddikjarat bħala inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>F’kull każ, sa fejn l-appellanti jikkritikaw in-nuqqas ta’ smigħ ta’ xhieda quddiem il-Qorti Ġenerali, biżżejjed jitfakkar li, f’rikors dirett kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni, bħala regola ġenerali huwa r-rikorrent li għandu jqajjem il-motivi kontra din id-deċiżjoni u jġib provi insostenn ta’ dawn il-motivi (ara s-sentenza Chalkor vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 64). Kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punt 48 tal-konklużjonijiet tagħha, l-appellanti la kkontestaw il-fatti esposti fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, u lanqas talbu li l-Qorti Ġenerali tisma’ lix-xhieda.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Għaldaqstant it-tieni aggravju huwa inammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet aggravju, ibbażat fuq l-invalidità tal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 minħabba ksur tal-prinċipju ta’ legalità</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Bit-tielet aggravju tagħhom, l-appellanti jfakkru l-ewwel motiv invokat insostenn tar-rikors fl-ewwel istanza u bbażat fuq l-inkompatibbiltà tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 mal-prinċipju tal-Istat ta’ dritt u mal-preċiżjoni tal-liġi applikabbli (<HT TYPE="ITALIC">nulla poena sine lege certa</HT>) li tirriżulta mill-Artikolu 7 tal-KEDB u mill-Artikolu 49 tal-Karta.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Huma jsostnu li huwa l-leġiżlatur li għandu jiddeċiedi huwa nnifsu dwar l-elementi essenzjali tal-oqsma li għandhom jiġu rregolati. Wara t-Trattat ta’ Lisbona, dan il-prinċipju jissemma b’mod espliċitu fl-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 290(1) TFUE, li tgħid <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>[l]-elementi essenzjali ta’ qasam għandhom ikunu riservati għall-att leġislattiv u għaldaqstant ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ delega ta’ setgħa<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>L-appellanti jsostnu li l-ksur tal-prinċipju ta’ legalità jirriżulta min-natura indeterminata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>impriża<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> użat fl-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003. Il-Kummissjoni u l-qrati tal-Unjoni jestendu wisq il-portata ta’ dan il-kunċett permezz tal-kunċett tal-entità ekonomika li huwa totalment separat mill-kunċett tal-persuna ġuridika li ċertament kien ispira lil-leġiżlatur tal-Unjoni. Skont l-appellanti, l-użu tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>impriża<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> jippreġudika d-drittijiet tal-kumpannija parent responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> fin-nuqqas ta’ ankraġġ reali u dettaljat fil-liġi formali.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-ksur tal-prinċipju ta’ legalità jirriżulta wkoll min-natura indeterminata tas-sanzjonijiet imposti fil-każ ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni. Skont l-appellanti, il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur ma jikkostitwixxux kriterji suffiċjentement preċiżi. Il-Linji Gwida tal-1998 u l-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002 ma humiex rimedju, għaliex ma humiex vinkolanti, u dan ġie kkonstatat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-<DATE ISO="20110614">14 ta’ Ġunju 2011</DATE>, Pfleiderer (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-360/09" PAGE.ECR="I-5161" YEAR="2011">C-360/09, Ġabra p. I-5161</REF.DOC.ECR>, punt 23). Rigward il-limitu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ indikat bħala limitu massimu tal-multa fl-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003, dan ivarja u jiddependi, fost l-oħrajn, fuq il-prattika<?PAGE NO="11"?> deċiżjonali tal-Kummissjoni u fuq il-kumpanniji li huma akkużati bil-ksur, huwa marbut mhux mal-att, iżda mal-impriża, u ma jikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>limitu li jista’ jiġi kkwantifikat u assolut<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> kif indikat b’mod żbaljat il-Qorti Ġenerali fil-punt 102 tas-sentenza appellata. Fl-aħħar nett, il-ġurisdizzjoni sħiħa lanqas ma hija tali li tissostitwixxi n-nuqqas ta’ preċiżjoni tal-liġi, mingħajr ma jissemma l-fatt li din il-ġurisdizzjoni teżisti biss fit-teorija u ma hijiex ġeneralment eżerċitata mill-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni u l-Kunsill isostnu li l-Artikolu 290 TFUE ma huwiex rilevanti sabiex tiġi evalwata l-legalità tal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003. F’dak li jirrigwarda n-nuqqas ta’ preċiżjoni tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>impriża<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> msemmi fl-Artikolu 23 ta’ dan ir-regolament, il-Kunsill isostni li dan huwa argument ġdid u għaldaqstant inammissibbli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni u l-Kunsill josservaw li l-imsemmi kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>impriża<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> ġie ppreċiżat mill-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni, li hija konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Fil-fehma tagħhom, l-argument ibbażat fuq in-natura allegatament indeterminata tas-sanzjoni wkoll għandu jiġi miċħud fid-dawl tal-ġurisprudenza relatata mal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 17 u mal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Bit-tielet aggravju tagħhom, l-appellanti jirreferu għar-risposta mogħtija mill-Qorti Ġenerali għall-ewwel motiv fir-rikors fl-ewwel istanza, mingħajr ma jippreċiżaw, madankollu, liema punti tas-sentenza appellata huma kkritikati. Peress li dan il-motiv tar-rikors ġie ttrattat mill-Qorti Ġenerali fil-punti 93 sa 116 tas-sentenza appellata, għandu jsir riferiment għal din il-parti tal-imsemmija sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Mill-eżami kemm tas-sentenza appellata kif ukoll tar-rikors fl-ewwel istanza jirriżulta li, kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punt 139 tal-konklużjonijiet tagħha, l-argument ibbażat fuq in-natura indeterminata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>impriża<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> fid-dawl tal-prinċipju ta’ legalità ma tqajjimx mill-appellanti quddiem il-Qorti Ġenerali u lanqas ma ġie eżaminat minn din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Għaldaqstant l-imsemmi argument għandu jiġi ddikjarat bħala inammissibbli, għaliex, fil-kuntest ta’ appell, il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala regola ġenerali, limitata għall-evalwazzjoni tas-soluzzjoni legali li ngħatat għall-motivi diskussi quddiem il-qrati li jkunu semgħu l-kawża fuq il-mertu (sentenza tat-<DATE ISO="20120313">13 ta’ Marzu 2012</DATE>, Melli Bank vs Il-Kunsill, C-380/09 P, punt 92).</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument ibbażat fuq in-natura indeterminata tal-livell tal-multi fid-dawl tal-prinċipju ta’ legalità, għandu jitfakkar li, kif għadu kemm ġie espost fil-punt 31 ta’ din is-sentenza, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona ma humiex rilevanti għall-evalwazzjoni ta’ motiv marbut ma’ deċiżjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni adottata qabel saħansitra l-iffirmar ta’ dan it-trattat. Għaldaqstant l-argument ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 290 TFUE huwa ineffettiv.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Fil-punt 96 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali fakkret, mingħajr ma wettqet żball ta’ liġi, li l-prinċipju ta’ legalità jitlob li l-liġi tiddefinixxi biċ-ċar il-ksur u l-pieni li jissanzjonawhom (sentenza tas-<DATE ISO="20100617">17 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Lafarge vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-413/08 P" PAGE.ECR="I-5361" YEAR="2010">C-413/08 P, Ġabra p. I-5361</REF.DOC.ECR>, punt 94). Fil-punt 99 tal-imsemmija sentenza, huwa wkoll mingħajr twettiq ta’ żball ta’ liġi li hija fakkret il-kriterji ta’ evalwazzjoni tan-natura ċara tal-liġi skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, jiġifieri li ċ-ċarezza tal-liġi għandha tiġi evalwata fid-dawl mhux biss tal-kliem tad-dispożizzjoni rilevanti, iżda wkoll fid-dawl tal-preċiżjonijiet magħmula minn ġurisprudenza stabbilita u ppubblikata (ara, f’dan is-sens, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, sentenza G. vs Franza, tas-<DATE ISO="19950927">27 ta’ Settembru 1995</DATE>, Serje A n<HT TYPE="SUP">o</HT> 325-B, § 25), u li l-fatt li liġi tagħti setgħa diskrezzjonali ma jmurx, minnu nnifsu, kontra r-rekwiżit ta’ prevedibbiltà, sakemm il-portata u l-modalitajiet ta’ eżerċizzju ta’ tali setgħa jkunu ddefiniti b’ċarezza suffiċjenti, fid-dawl tal-għan leġittimu inkwistjoni, li l-individwu jingħata protezzjoni xierqa mill-arbitrarjetà (il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, sentenza Margareta u Roger Andersson vs L-Isvezja, tal-<DATE ISO="19920225">25 ta’ Frar 1992</DATE>, Serje A n<HT TYPE="SUP">o</HT> 226, § 75).</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għalkemm l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 jagħti lill-Kummissjoni marġni ta’ diskrezzjoni, huwa madankollu jillimita l-eżerċizzju tagħha billi jistabbilixxi kriterji oġġettivi li għandhom jiġu segwiti mill-Kummissjoni. Għalhekk, minn naħa, l-ammont tal-multa li tista’ tiġi imposta fuq impriża huwa suġġett għal limitu massimu li jista’ jiġi kkwantifikat u li huwa assolut, b’tali mod li l-ammont massimu tal-multa li jista’ jiġi impost fuq impriża partikolari jista’ jiġi ddeterminat minn qabel. Min-naħa l-oħra, l-użu ta’ din is-setgħa diskrezzjonali huwa limitat ukoll permezz tar-regoli ta’ etika li l-Kummissjoni imponiet fuqha nfisha fil-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002 u fil-Linji Gwida tal-1998. Minbarra dan, il-prattika amministrattiva magħrufa u aċċessibbli tal-Kummissjoni hija suġġetta għall-istħarriġ komplet tal-qorti tal-Unjoni, u l-ġurisprudenza stabbilita ta’ din tal-aħħar ippermettiet li jiġu ppreċiżati l-kunċetti li seta’ jinkludi l-imsemmi Artikolu 23(2). B’hekk, operatur avżat jista’, wara li jieħu parir legali, jipprevedi b’mod suffiċjentement preċiż il-metodu għall-kalkolu u l-livell tal-multi li huwa jinkorri għal aġir partikolari min-naħa tiegħu, u l-fatt li dan l-operatur ma jkunx jista’, minn qabel, jsir jaf bi preċiżjoni l-ammont tal-multi li l-Kummissjoni ser timponi f’kull każ ma jistax jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ legalità tal-pieni (ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20080522">22 ta’ Mejju 2008</DATE>, Evonik Degussa vs Il-Kummissjoni, C-266/06 P, punti 50 sa 55).</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta eżaminat is-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni fid-dawl, b’mod partikolari, tal-kriterji oġġettivi, tal-prinċipji ġenerali tad-dritt u tal-Linji Gwida tal-1998 li l-Kummissjoni għandha ssegwi u kkonkludiet, fil-punt 116 tas-sentenza appellata, li l-eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma kontra l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, ibbażata fuq ksur tal-prinċipju ta’ legalità tal-pieni, kellha tiġi miċħuda.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Għaldaqstant it-tielet aggravju huwa parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq l-invalidità tal-Linji Gwida tal-1998 minħabba n-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni inkwantu korp leġiżlattiv</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Bir-raba’ aggravju tagħhom, l-appellanti jikkontestaw l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali li l-Linji Gwida tal-1998 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>għinu biss biex jippreċiżaw il-limiti tal-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>. Huma jsostnu li dawn il-Linji Gwida li, fil-prattika, huma determinanti għall-iffisar tal-multi, kellhom jiġu adottati mill-Kunsill fil-kwalità tiegħu bħala leġiżlatur. Huma jirreferu, f’dan ir-rigward, għall-Artikolu 290(1) TFUE dwar l-għoti ta’ setgħa lill-Kummissjoni permezz ta’ att leġiżlattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>L-appellanti jikkontestaw ukoll il-punt 136 tas-sentenza appellata u, b’mod partikolari, l-argument tal-Qorti Ġenerali li, fid-dawl tal-iskop dissważiv tal-multi, il-metodu għall-kalkolu tagħhom u l-ordni ta’ daqs tagħhom tħallew ġustament għall-evalwazzjoni tal-Kummissjoni. Billi tesprimi ruħha b’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali tissagrifika l-konformità ta’ sanzjoni mal-Istat ta’ dritt għall-għanijiet ta’ sanzjoni u ta’ dissważjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-Linji Gwida tal-1998 ma jikkostitwixxux il-bażi legali għall-multi imposti, iżda sempliċement jippreċiżaw l-applikazzjoni, mill-Kummissjoni, tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 u jiggarantixxu prattika amministrattiva uniformi. Għaldaqstant huma sempliċi dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Kummissjoni li, bħala regola ġenerali, ma jorbtux lill-qrati tal-Unjoni (sentenza Chalkor vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 62). Dan huwa dak li indikat il-Qorti Ġenerali fil-punt 133 tas-sentenza appellata.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Il-Linji Gwida tal-1998 ma jikkostitwixxux leġiżlazzjoni delegata. F’kull każ, l-Artikolu 290(1) TFUE, introdott wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, jirregola mhux il-kwistjoni dwar meta att ikun jeħtieġ delega, iżda biss il-kwistjoni dwar kif għandha tiġi ppreżentata d-delega ta’ setgħa f’qasam<?PAGE NO="13"?> partikolari, mhux rilevanti f’dan il-każ. Minbarra dan, peress li l-leġiżlazzjoni li tinsab fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 ma tiksirx il-prinċipju ta’ preċiżjoni, il-kritika hija inqas u inqas fondata fir-rigward tan-nuqqas ta’ preċiżjoni tal-Linji Gwida tal-1998.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Mill-ġdid, għandu jitfakkar li, kif ġie ppreċiżat fil-punt 31 ta’ din is-sentenza, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona ma humiex rilevanti għall-evalwazzjoni ta’ aggravju relatat ma’ deċiżjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni adottata qabel saħansitra l-iffirmar ta’ dan it-trattat.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>F’kull każ, il-Linji Gwida tal-1998 la jikkostitwixxu leġiżlazzjoni, la leġiżlazzjoni delegata fis-sens tal-Artikolu 290(1) TFUE, u lanqas il-bażi legali għall-multi imposti fil-qasam tal-kompetizzjoni, li huma adottati sempliċement abbażi tal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Il-Linji Gwida tal-1998 jistabbilixxu regola ta’ kondotta indikattiva tal-prattika li għandha tiġi adottata u li l-amministrazzjoni ma tistax tevita, f’każ partikolari, mingħajr ma tagħti raġunijiet li jkunu kompatibbli mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20060518">18 ta’ Mejju 2006</DATE> Archer Daniels Midland u Archer Daniels Midland Ingredients vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-397/03 P" PAGE.ECR="I-4429" YEAR="2006">C-397/03 P, Ġabra p. I-4429</REF.DOC.ECR>, punt 91), u sempliċement jiddeskrivu l-metodu ta’ eżami tal-ksur li ssegwi l-Kummissjoni u l-kriterji li din tobbliga ruħha li tieħu inkunsiderazzjoni sabiex tiffissa l-ammont tal-multa (ara s-sentenza Chalkor vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 60).</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>L-ebda dispożizzjoni tat-Trattati ma tipprojbixxi lil istituzzjoni milli tadotta tali regola ta’ kondotta indikattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Għaldaqstant il-Kummissjoni kellha l-kompetenza sabiex tadotta l-Linji Gwida tal-1998, b’tali mod li r-raba’ aggravju ma huwiex fondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames aggravju, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ nuqqas ta’ retrotattività u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Bil-ħames aggravju tagħhom, l-appellanti jikkritikaw il-punti 117 sa 130 tas-sentenza appellata. Huma jsostnu li, anki jekk il-Linji Gwida tal-1998 huma validi, huma ma jistgħux jiġu applikati minħabba ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza ċċitata mill-Qorti Ġenerali fil-punt 125 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni ma tistax tiġi mċaħħda mill-possibbiltà li żżid il-livell tal-multi jekk ikun meħtieġ għall-applikazzjoni effikaċi tar-regoli tal-kompetizzjoni, u dik iċċitata fil-punt 126 tal-imsemmija sentenza, li impriżi ma jistax ikollhom aspettattivi leġittimi li l-Kummissjoni mhux ser taqbeż il-livell tal-multi pprattikat preċedentement u lanqas f’metodu għall-kalkolu ta’ dawn tal-aħħar, huma inkompatibbli mal-Artikolu 7(1) tal-KEDB, li jipprojbixxi żieda retroattiva fis-severità ta’ sanzjonjiet li ma tkunx suffiċjentement prevedibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta qieset li l-fatt li s-sanzjoni ma tistax taqbeż l-10 % tad-dħul mill-bejgħ jikkostitwixxi limitazzjoni essenzjali tas-setgħa diskrezzjonali. Minbarra dan, il-Qorti Ġenerali ma setgħetx, minn naħa, tinvoka l-fatt li l-Linji Gwida tal-1998 żiedu l-prevedibbiltà tas-sanzjoni u, min-naħa l-oħra, tawtorizza lill-Kummissjoni temendahom b’mod retroattiv bi ħsara għall-impriżi kkonċernati.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-appellanti jsostnu li, peress li l-Linji Gwida tal-1998 ma humiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>liġi<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> fis-sens tal-Artikolu 7(1) tal-KEDB, il-projbizzjoni tar-retroattività għandha <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> tiġi applikata għall-prattika amministrattiva tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali żammet mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tat-<DATE ISO="20050628">28 ta’ Ġunju 2005</DATE>, Dansk Rørindustri <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-189/02 P+C-202/02 P+C-205/02 P+C-206/02 P+C-207/02 P+C-208/02 P+C-213/02 P" PAGE.ECR="I-5425" YEAR="2005">C-189/02 P, C-202/02 P, C-205/02 P sa C-208/02 P u C-213/02 P, Ġabra p. I-5425</REF.DOC.ECR>, punt 231) meta kkonkludiet, fil-punti 123 u 125 tas-sentenza appellata, li ma kienx hemm ksur tal-prinċipji ta’ nuqqas ta’ retroattività u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Kif indikat l-Avukat Ġenerali fil-punti 169 u 170 tal-konklużjonijiet tagħha, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta, fil-punti 118 sa 129 tas-sentenza appellata, fakkret u applikat il-ġurisprudenza stabbilita tal-qrati tal-Unjoni fis-sens li la l-Linji Gwida tal-1998, u lanqas il-prattika tal-Kummisjoni f’dak li jikkonċerna l-livell tal-multi imposti fil-qasam tal-kompetizzjoni ma jiksru l-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività jew il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi (ara s-sentenzi Dansk Rørindustri <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punti 217, 218 u 227 sa 231; Archer Daniels Midland u Archer Daniels Midland Ingredients vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 25, kif ukoll tat-<DATE ISO="20070208">8 ta’ Frar 2007</DATE>, Groupe Danone vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-3/06 P" PAGE.ECR="I-1331" YEAR="2007">C-3/06 P, Ġabra p. I-1331</REF.DOC.ECR>, punti 87 sa 92).</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Għaldaqstant is-sitt aggravju ma huwiex fondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sitt aggravju, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-preżunzjoni ta’ innoċenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Bis-sitt aggravju tagħhom, l-appellanti jirreferu għat-tnax-il motiv tar-rikors fl-ewwel istanza. Huma jqisu li l-Kummissjoni ma tosservax il-prinċipji elementari fil-qasam ta’ imputazzjoni tal-ksur, iżda tqis li kumpannija ssir responsabbli mill-mument li kwalunwke kollaboratur ta’ waħda mis-sussidjarji tagħha jkun ġab ruħu b’mod li jmur kontra d-dritt tal-akkordji fil-kuntest tal-impjieg tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Tali approċċ imur kontra l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, li jippresupponi li l-impriża tkun aġixxiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>b’intenzjoni jew b’negliġenza<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, kif ukoll kontra l-prinċipju tal-preżunzjoni ta’ innoċenza previst fl-Artikolu 48(1) tal-Karta u l-Artikolu 6(2) tal-KEDB.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Skont l-appellanti, dispożizzjoni legali hija neċessarja sabiex jiġi stabbilit skont liema kriterji persuna ġuridika tista’ tiġi imputata b’aġir tar-rappreżentanti legali jew ta’ kollaboraturi oħra tagħha. Skont il-każ, l-imputazzjoni tal-ksur tista’ teżiġi ksur tad-dmir ta’ sorveljanza. Madankollu, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 88 tas-sentenza appellata, li Schindler Holding għamlet dak kollu li setgħet sabiex tipprevjeni aġir tas-sussidjarji tagħha li jmur kontra l-Artikolu 81 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-appellanti jinvokaw aggravju li ma kinux invokaw fir-rikors tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali u li, għaldaqstant, għandu jiġi ddikjarat bħala inammissibbli. F’kull każ, l-argument huwa bbażat fuq il-premessa żbaljata li l-ebda ksur ma ġie kkonstatat fir-rigward tal-kumpannija parent.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li l-appellanti jirreferu għat-tnax-il motiv tar-rikors fl-ewwel istanza, mingħajr, madankollu, ma jippreċiżaw il-punti tas-sentenza appellata li huma jikkritikaw, meta minn ġurisprudenza stabbilita, imfakkra fil-punt 43 ta’ din is-sentenza, jirriżulta li appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkritikati tas-sentenza li qed jintalab l-annullament tagħha kif ukoll l-argumenti legali li jsostnu b’mod speċifiku din it-talba.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>F’kull każ, jekk isir riferiment għall-ordni ta’ eżami tal-motivi espost mill-Qorti Ġenerali fil-punti 47 u 48 tas-sentenza appellata, wieħed jista’ jippreżumi li l-parti ta’ din is-sentenza li jsir riferiment għaliha fis-sitt aggravju hija kkostitwita mill-punti 63 sa 92 tal-imsemmija sentenza, fejn il-Qorti Ġenerali eżaminat il-motiv ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn qieset lil Schindler Holding bħala responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>. Dawn il-punti ma jittrattawx il-kwistjoni tal-imputazzjoni, lil persuna ġuridika, bl-aġir tar-rappreżentanti legali jew tal-kollaboraturi tagħha iżda pjuttost l-imputazzjoni, lil kumpannija parent, bl-aġir tas-sussidjarji tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Jekk l-intenzjoni tal-appellanti hija dik li jikkontestaw l-imputazzjoni, lil persuna ġuridika, bl-aġir tar-rappreżentanti legali jew tal-kollaboraturi tagħha, dan ikun aggravju ġdid, inammissibbli fil-kuntest ta’ appell. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 55 ta’ din is-sentenza, fil-kuntest ta’ appell, il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala regola ġenerali, limitata għall-evalwazzjoni tas-soluzzjoni legali mogħtija għall-motivi diskussi quddiem il-qrati li jkunu semgħu l-kawża fuq il-mertu.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li s-sitt aggravju ma jispeċifikax suffiċjentement skont il-liġi l-punti kkritikati tas-sentenza appellata, huwa oskur wisq biex jingħata risposta u, f’kull każ, huwa ġdid. Għaldaqstant dan l-aggravju huwa inammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-seba’ aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi fir-rikonoxximent tar-responsabbiltà in solidum ta’ Schindler Holding</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Bis-seba’ aggravju tagħhom, l-appellanti jikkontestaw il-punti 63 sa 92 tas-sentenza appellata, li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-tnax-il motiv tar-rikors fl-ewwel istanza fejn l-appellanti sostnew li l-kundizzjonijiet għar-responsabbiltà <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ta’ Schindler Holding għall-ksur imwettaq mis-sussidjarji tagħha ma kinux issodisfatti.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Huma jsostnu li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali li tammetti r-responsabbiltà <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> tal-kumpannija parent għal ksur imwettaq mis-sussidjarji tagħhom tikser id-drittijiet nazzjonali tal-kumpanniji li, bħala regola ġenerali, ma jippermettux estensjoni tar-responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi legalment distinti u josservaw il-prinċipju tal-limitazzjoni tar-responsabbiltà tal-azzjonisti u tas-soċji għad-dejn tal-kumpannija tagħhom. B’mod partikolari, is-sistemi legali tal-Istati Membri ma jipprevedux ir-responsabbiltà tal-kumpannija parent biss abbażi tal-preżunta influwenza eżerċitata mid-diviżjoni kummerċjali ta’ din il-kumpannija fuq is-sussidjarji tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Il-prinċipju tal-limitazzjoni tar-responsabbiltà huwa rikonoxxut ukoll fid-dritt derivat tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, l-appellanti jiċċitaw l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001, tat-<DATE ISO="20011008">8 ta’ Ottubru 2001</DATE>, dwar l-Istatut ta’ Kumpannija Ewropea (SE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 251), li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>[i]l-kapital ta’ SE għandu jinqasam f’ishma. L-ebda azzjonista ma jkun responsabbli għall-iżjed mill-ammont li ssottoskriva<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>. Huma jiċċitaw ukoll l-Artikolu 3(1)(b) tal-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-Istatut tal-kumpannija privata Ewropea COM (2008) 396 finali, li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>azzjonista ma għandux ikun responsabbli għal iżjed<?PAGE NO="16"?> mill-ammont li huwa sottoskritt għalih jew li qabel li jkun sottoskritt għalih<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, kif ukoll għat-Tnax-il Direttiva tal-Kunsill 89/667/KEE, tal-<DATE ISO="19891221">21 ta’ Diċembru 1989</DATE>, rigward il-liġijiet tal-kumpanniji dwar il-kumpanniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbilità limitata (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 104).</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Skont l-appellanti, l-Artikolu 3(1)(b) TFUE jagħti lill-Unjoni kompetenza leġiżlattiva biss għall-istabbiliment tar-regoli tal-kompetizzjoni neċessarji għall-funzjonament tas-suq intern. Ir-regoli ta’ imputazzjoni fil-kuntest tar-relazzjoni bejn il-kumpannija parent u s-sussidjarja tagħha għadhom fil-kompetenza tal-Istati Membri. L-appellanti jiċċitaw, f’dan ir-rigward, il-punt 57 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Trstenjak ippreżentati fil-kuntest tal-kawża li tat lok għas-sentenza tal-<DATE ISO="20101021">21 ta’ Ottubru 2010</DATE>, Idryma Typou (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-81/09" PAGE.ECR="I-10161" YEAR="2010">C-81/09, Ġabra p. I-10161</REF.DOC.ECR>), kif ukoll għas-sentenza tas-<DATE ISO="19971216">16 ta’ Diċembru 1997</DATE>, Rabobank (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-104/96" PAGE.ECR="I-7211" YEAR="1997">C-104/96, Ġabra p. I-7211</REF.DOC.ECR>, punti 22 sa 28).</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>L-appellanti jikkontestaw il-fatt li r-responsabbiltà <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> tal-kumpannija parent għal ksur imwettaq mis-sussidjarji tagħha ġiet żviluppata mill-prattika deċiżjonali u mhux minn intervent tal-leġiżlatur, mitlub permezz tal-Artikolu 290(1) TFUE, kif kien f’dan il-każ, fir-rigward tal-Artikolu 23(4) tar-Regolament Nru 1/2003, li jipprevedi r-responsabbiltà <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> tal-membri ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi għall-multa imposta fuq din tal-aħħar sa fejn l-imsemmija assoċjazzjoni ma tkunx solventi.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Sussidjarjament, l-appellanti jikkontestaw il-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tal-<DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-97/08 P" PAGE.ECR="I-8237" YEAR="2009">C-97/08 P, Ġabra p. I-8237</REF.DOC.ECR>), kif mifhuma mill-Qorti Ġenerali, li tirriżulta f’responsabbiltà mingħajr tort tal-kumpannija parent. Skont l-appellanti, il-kumpannija parent għandha tiġi akkużata b’aġir illeċitu proprju, li jista’ jirriżulta mill-parteċipazzjoni personali tagħha fi ksur jew minn ksur ta’ ċerti obbligi ta’ organizzazzjoni li jeżistu fi ħdan il-grupp. Schindler Holding ma wettqitx tali aġir illeċitu għaliex hija għamlet mill-aħjar tagħha biex tevita aġir li jmur kontra d-dritt tal-akkordji min-naħa tas-sussidjarji tagħha billi stabbiliet u żviluppat programm ta’ konformità li huwa mudell tal-ġeneru.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Iktar sussidjarjament, l-appellanti jsostnu li, anki jekk jiġu applikati l-prinċipji ta’ responsabbiltà kif huma stabbiliti fis-sentenza Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, bil-mod kif għamlet il-Qorti Ġenerali, xorta għandha tiġi miċħuda r-responsabbiltà ta’ Schindler Holding, għaliex l-erba’ sussidjarji tagħha kienu jaħdmu b’mod awtonomu fl-Istat Membru rispettiv tagħhom u għaliex Schindler Holding ma kinitx teżerċita influwenza fuq l-attivitajiet ordinarji tagħhom. L-appellanti jikkontestaw il-punt 86 tas-sentenza appellata, fejn il-Qorti Ġenerali qieset li l-provi miġjuba minnhom kienu insuffiċjenti mingħajr ma tathom, madankollu, il-possibbiltà li jġibu provi oħra tul il-proċedura ġudizzjarja. Skont l-appellanti, ir-rikors fl-ewwel istanza kien jinkludi provi suffiċjenti u kienet il-Kummissjoni li kellha ġġib il-prova kontrarja.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>L-appellanti jikkontestaw ukoll l-interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>politika kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> adottata mill-Qorti Ġenerali fil-punt 86 tas-sentenza appellata. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandha tinġab prova ta’ aġir awtonomu u mhux ta’ politika kummerċjali fis-sens wiesgħa tat-terminu.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>L-appellanti jikkontestaw, fl-aħħar nett, l-evalwazzjoni, li huma jqisu bħala paradossali, tal-Qorti Ġenerali, li, fil-punt 88 tas-sentenza appellata, tiddeduċi l-kontroll eżerċitat minn Schindler Holding fuq is-sussidjarji tagħha mill-fatt li programm ta’ konformità importanti kien ġie stabbilit fuq il-livell tal-grupp u li l-osservanza tiegħu kienet ikkontrollata permezz ta’ verifiki regolari u miżuri oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-ewwel parti tas-seba’ aggravju hija inammissibbli sa fejn l-appellanti ma jikkritikawx is-sentenza appellata u jinvokaw aggravju ġdid, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Unjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="17"?><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>F’kull każ, dan l-argument jagħti prevalenza lil kunċett ta’ impriża li jaqa’ taħt id-dritt tal-kumpanniji fuq il-kunċett ta’ impriża ekonomika u funzjonali fis-seħħ fid-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u ma huwiex fondat. Bil-kontra ta’ dak li jsostnu l-appellanti, is-sistema ma hijiex waħda ta’ responsabbiltà għal aġir ta’ oħrajn u lanqas ta’ responsabbiltà kumpensatorja tas-soċji ta’ persuni ġuridiċi, iżda sistema ta’ responsabbiltà minħabba li l-kumpannija kkonċernati jikkostitwixxu impriża waħda fis-sens tal-Artikolu 81 KE (ara s-sentenza tad-<DATE ISO="20110929">29 ta’ Settembru 2011</DATE>, Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-521/09" PAGE.ECR="I-8947" YEAR="2011">C-521/09, Ġabra p. I-8947</REF.DOC.ECR>, punt 88). Din is-sistema hija għaldaqstant differenti minn dik imsemmija fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament Nru 1/2003, li tikkonċerna diversi impriżi.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-preżunzjoni li l-kumpannija parent teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha, il-Kummissjoni ssostni li hija tibbaża ruħha, bħal kull prova <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, fuq ir-relazzjoni kawżali tipika, ikkonfermata bl-esperjenza. Il-fatt li huwa diffiċli li tinġab il-prova kuntrarja neċessarja biex tiġi kkonfutata preżunzjoni ma jimplikax minnu nnifsu li din hija inkonfutabbli. L-użu ta’ din il-preżunzjoni lanqas ma jwassal, f’dan il-każ, għal bdil tal-oneru tal-prova li huwa inkompatibbli mal-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza. Hija regola ta’ prova u mhux regola dwar l-imputazzjoni ta’ aġir illeċitu. Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jirriżulta li preżunzjoni, anki jekk ikun diffiċli li tiġi kkonfutata, tibqa’ fil-limiti aċċettabbli sakemm tkun proporzjonata mal-għan leġittimu segwit, sakemm teżisti l-possibbiltà li tinġab il-prova kuntrarja u sakemm jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-appellanti ma kkonfutawx il-preżunzjoni li l-kumpannija parent teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarji tagħha bis-sempliċi dikjarazzjonijiet tagħhom, li ma kinux sostnuti bi provi. Fil-fehma tagħha, l-istruzzjonijiet ta’ konformità kif ukoll l-implementazzjoni ta’ strutturi ta’ organizzazzjoni li huma marbuta magħhom juru, f’dan il-każ, l-influwenza determinanti ta’ Schindler Holding fuq is-sussidjarji tagħha u ma humiex tali li jeżonerawha mir-responsabbiltà tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Fir-replika tagħhom, l-appellanti jsostnu li, kif jirriżulta mis-sentenza Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, il-kwistjoni tal-legalità, fid-dawl tal-Artikolu 6 tal-KEDB, tal-preżunzjoni li l-kumpannija parent teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha għadha ma ġietx deċiża. Huma jfakkru li, skont il-punt 40 tas-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem Klouvi vs Franza tat-<DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE> (Rikors n<HT TYPE="SUP">o</HT> 30754/03), l-Artikolu 6(2) tal-KEDB għandu jiġi interpretat b’mod li jiggarantixxi drittijiet konkreti u effettivi, u mhux teoretiċi u illużorji. L-imsemmija preżunzjoni hekk kif interpretata mill-Qorti Ġenerali hija impossibbli li tiġi kkonfutata. Ir-responsabbiltà ma hijiex waħda għal aġir illeċitu tagħha, iżda responsabbiltà kollettiva. F’dan ir-rigward, l-appellanti jinvokaw il-provi ppreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali kellha l-obbligu li tistħarreġ <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Din id-deċiżjoni, b’mod partikolari fil-premessi tagħha 629, 630 u 631, hija mmotivata biss b’mod superfiċjali, u dan ma jissodisfax il-kriterju żviluppat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Fil-kontroreplika tagħha, il-Kummissjoni tikkontesta dawn l-argumenti tal-appellanti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>Bl-ewwel parti tas-seba’ aggravju, l-appellanti jsostnu li l-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni tikser il-prinċipju tar-responsabbiltà personali tal-persuni ġuridiċi. Madankollu, kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punti 65 u 66 tal-konklużjonijiet tagħha, dan il-prinċipju, minkejja li huwa ta’ importanza partikolari, fost l-oħrajn mill-aspett tar-responsabbiltà fil-qasam tad-dritt ċivili, ma jistax ikun rilevanti biex jiġi ddefinit l-awtur ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni, li huwa marbut mal-aġir konkret tal-impriżi.</TXT></NP><?PAGE NO="18"?><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>L-għażla tal-awturi tat-Trattati kienet li jintuża l-kunċett ta’ impriża biex jiġi indikat l-awtur ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni, li jista’ jiġi ssanzjonat skont l-Artikoli 81 KE u 82 KE, li issa saru l-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE, u mhux il-kunċett ta’ kumpannija jew ta’ persuna ġuridika, użat fl-Artikolu 48 KE, li issa sar l-Artikolu 54 TFUE. Huwa ma’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar li huwa marbut id-dritt derivat iċċitat mill-appellanti u li, għaldaqstant, ma huwiex rilevanti sabiex jiġi stabbilit l-awtur ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ impriża ġie ppreċiżat mill-qorti tal-Unjoni u jindika unità ekonomika, anki jekk, mill-perspettiva ġuridika, din l-unità ekonomika tkun magħmula minn diversi persuni fiżiċi jew ġuridiċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 55, kif ukoll Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni, punt 53 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>Għaldaqstant, wara li fakkret din il-ġurisprudenza fil-punt 66 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta qieset, fil-punt 67 ta’ din is-sentenza, li meta unità ekonomika tikser ir-regoli tal-kompetizzjoni, hija għandha tkun responsabbli għal dan il-ksur.</TXT></NP><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>Bit-tieni parti tas-seba’ aggravju, l-appellanti jsostnu li l-Unjoni ma għandhiex kompetenza leġiżlattiva sabiex tistabbilixxi r-regoli ta’ imputazzjoni tal-ksur fil-kuntest tar-relazzjoni bejn kumpannija parent u s-sussidjarja tagħha u li huwa l-leġiżlatur u mhux il-qrati tal-Unjoni li għandhom jistabbilixxu regola tad-dritt daqstant elementari daqs il-kunċett ta’ awtur ta’ ksur għar-regoli ta’ kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>Madankollu, l-appellanti ma jindikawx l-elementi li huma jikkritikaw fis-sentenza appellata u l-qari tal-punti 63 sa 92 tal-imsemmija sentenza ma jippermettix li jinstab l-iċken riferiment għal tali argument. Għaldaqstant dan tal-aħħar għandu jiġi ddikjarat bħala inammissibbli minħabba li huwa ġdid jew, f’kull każ, minħabba n-nuqqas totali ta’ preċiżjoni tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>Fir-replika tagħhom, l-appellanti jikkontestaw il-bażi tal-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, fid-dawl tal-Artikolu 6 tal-KEDB, billi jsostnu li l-legalità, fid-dawl ta’ din id-dispożizzjoni, tal-preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata fuq is-sussidjarja mill-kumpannija parent għadha ma hijiex deċiża. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret, fil-punt 62 tas-sentenza Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, li preżunzjoni, anki jekk huwa diffiċli li tiġi kkonfutata, tibqa’ fil-limiti aċċettabbli sakemm tkun proporzjonata mal-għan leġittimu segwit, sakemm teżisti l-possibbiltà li tinġab il-prova kuntrarja u sakemm jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20091223">23 ta’ Diċembru 2009</DATE>, Spector Photo Group u Van Raemdonck, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-45/08" PAGE.ECR="I-12073" YEAR="2009">C-45/08, Ġabra p. I-12073</REF.DOC.ECR>, punti 43 u 44, kif ukoll is-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Janosevic vs L-Isvezja, tat-<DATE ISO="20020723">23 ta’ Lulju 2002</DATE>, <HT TYPE="ITALIC">Ġabra tas-sentenzi u tad-deċiżjonijiet</HT>, 2002-VII, § 101 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</TXT></NP><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>Il-preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata fuq is-sussidjarja li hija fil-proprjetà totali jew kważi-totali tal-kumpannija parent tagħha hija intiża, b’mod partikolari, sabiex jinstab ekwilibriju bejn, minn naħa, l-importanza tal-għan li jiġi eliminat l-aġir li jmur kontra r-regoli tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari kontra l-Artikolu 81 KE, u ta’ prevenzjoni tat-tiġdid tiegħu u, min-naħa l-oħra, ir-rekwiżiti ta’ ċerti prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni bħal, b’mod partikolari, il-prinċipji ta’ preżunzjoni tal-innoċenza, tan-natura individwali tal-pieni u taċ-ċertezza legali kif ukoll id-drittijiet tad-difiża, inklużi l-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet (sentenza Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni, punt 59). Għaldaqstant tali preżunzjoni hija proporzjonata mal-għan leġittimu segwit.</TXT></NP><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minn naħa, l-imsemmija preżunzjoni hija bbażata fuq il-konstatazzjoni li, ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali, kumpannija li żżomm il-kapital kollu jew kważi l-kapital kollu ta’ sussidjarja tista’, sempliċement minħabba li żżomm din il-parti tal-kapital, teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir ta’ din is-sussidjarja u, min-naħa l-oħra, il-prova tan-nuqqas ta’ eżerċizzju effettiv ta’ din is-setgħa ta’ influwenza normalment tkun tista’ tinstab fl-isfera tal-entitajiet li kontrihom tintuża din il-preżunzjoni. Madankollu hija konfutabbli u l-entitajiet li jixtiequ jikkonfutaw il-preżunzjoni inkwistjoni jistgħu jippreżentaw kwalunkwe element relatat mar-rabtiet ekonomiċi, ta’ organizzazzjoni<?PAGE NO="19"?> u legali li jgħaqqad lis-sussidjarja mal-kumpannija parent u li huma jqisu tali li juri li huma ma jikkostitwixxux entità ekonomika unika, iżda li s-sussidjarja taġixxi b’mod awtonomu fuq is-suq (ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="20001116">16 ta’ Novembru 2000</DATE>, Stora Kopparbergs Bergslags vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-286/98 P" PAGE.ECR="I-9925" YEAR="2000">C-286/98 P, Ġabra p. I-9925</REF.DOC.ECR>, punt 29; Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 61, kif ukoll Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punti 57 u 65).</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-kumpannija parent għandha tinstema’ mill-Kummissjoni qabel ma din tadotta deċiżjoni kontriha u din id-deċiżjoni tista’ tkun suġġetta għall-istħarriġ tal-qorti tal-Unjoni li għandha tiddeċiedi filwaqt li tirrispetta d-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>Għaldaqstant il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta applikat, fil-punt 71 tas-sentenza appellata, il-prinċipju tal-preżunzjoni ta’ responsabbiltà tal-kumpannija parent għall-aġir tas-sussidjarja tagħha, li tagħha hija żżomm il-kapital kollu.</TXT></NP><NP><NO.P>112</NO.P><TXT>Bit-tielet parti tas-seba’ aggravju, l-appellanti jikkontestaw l-applikazzjoni, mill-Qorti Ġenerali, tal-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, billi jsostnu li l-Qorti Ġenerali adottat, fil-punt 86 tas-sentenza appellata, interpretazzjoni wiesgħa wisq tal-kunċett ta’ politika kummerċjali. Madankollu għandu jitfakkar li, sabiex jiġi stabbilit jekk sussidjarja tiddeterminax b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha rilevanti li jirrigwardaw ir-rabtiet ekonomiċi, ta’ organizzazzjoni u legali li jgħaqqdu lil din is-sussidjarja mal-kumpannija parent, li jistgħu jvarjaw skont il-każ u għaldaqstant ma jistgħux jiġu elenkati b’mod eżawrjenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punti 73 u 74, kif ukoll Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni, punt 58). Il-politika kummerċjali hija, għaldaqstant, element wieħed fost oħrajn u, minbarra dan, bil-kontra ta’ dak li jsostnu l-appellanti, ma għandhiex tiġi interpretata b’mod strett.</TXT></NP><NP><NO.P>113</NO.P><TXT>L-appellanti jsostnu wkoll, essenzjalment, li Schindler Holding ma tistax tinżamm responsabbli għaliex hija kienet implementat programm ta’ konformità. Sa fejn dan l-argument huwa meqjus bħala ammissibbli għaliex huwa dirett kontra kriterju ta’ applikazzjoni użat mill-Qorti Ġenerali, biżżejjed jiġi kkonstatat li din tal-aħħar ma wettqitx żball ta’ liġi meta qieset, fil-punt 88 tas-sentenza appellata, li l-adozzjoni minn Schindler Holding ta’ kodiċi ta’ kondotta intiż għall-prevenzjoni tal-ksur mis-sussidjarji tagħha tad-dritt tal-kompetizzjoni u tal-linji gwida relatati ma’ dan id-dritt, minn naħa, ma tbiddel bl-ebda mod ir-realtà tal-ksur ikkonstatat fir-rigward tagħha u, min-naħa l-oħra, ma tippermettix li jiġi pprovat li l-imsemmija sussidjarji kienu jiddeterminaw b’mod awtonomu l-politika kummerċjali tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>114</NO.P><TXT>Kif il-Qorti Ġenerali qieset korrettament u, minbarra dan, mingħajr ma kkontradixxiet ruħha, fil-punt 88 tas-sentenza appellata, l-implementazzjoni tal-imsemmi kodiċi ta’ kondotta pjuttost tissuġġerixxi kontroll effettiv mill-kumpannija parent tal-politika kummerċjali tas-sussidjarji tagħha. Il-fatt li xi wħud mill-impjegati tas-sussidjarji tagħha ma kkonformawx ruħhom ma’ dan il-kodiċi ta’ kondotta ma huwiex biżżejjed sabiex tiġi pprovata n-natura awtonoma tal-politika kummerċjali tas-sussidjarji inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>115</NO.P><TXT>L-appellanti jikkontestaw, fl-aħħar nett, l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali, fil-punt 86 tas-sentenza appellata, fejn jingħad li huma ma ppreżentawx provi insostenn tal-affermazzjonijiet tagħhom u li, f’kull każ, tali affermazzjonijiet ma humiex biżżejjed sabiex tiġi kkonfutata l-preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata fuq is-sussidjarji mill-kumpannija parent. Madankollu għandu jitfakkar li l-evalwazzjoni tal-provi taqa’ taħt il-kompetenza tal-Qorti Ġenerali u li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tistħarriġha fil-kuntest ta’ appell.</TXT></NP><NP><NO.P>116</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal, is-seba’ aggravju għandu jiġi miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="20"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tmien aggravju, ibbażat fuq ksur tal-limitu massimu tal-multa previst fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 1/2003</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>117</NO.P><TXT>Bit-tmien aggravju tagħhom, l-appellanti jikkontestaw il-punti 362 sa 364 tas-sentenza appellata. Huma jqisu bħala żbaljat fil-liġi l-argument li kumpannija parent u s-sussidjarji tagħha jikkostitwixxu impriża unika u li, minħabba f’hekk, għandu jsir riferiment għad-dħul mill-bejgħ tal-grupp sabiex jiġu ffissati l-multi kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>118</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li t-tmien aggravju ma huwiex fondat għar-raġunijiet żviluppati fil-kuntest tas-seba’ aggravju.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>119</NO.P><TXT>Kif għadu kemm ġie deċiż bħala risposta għas-seba’ aggravju, l-argument li kumpannija parent u s-sussidjarji tagħha jistgħu jikkostitwixxu u jikkostitwixxu, f’dan il-każ, impriża unika ma huwiex żbaljat fil-liġi.</TXT></NP><NP><NO.P>120</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tmien aggravju għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-disa’ aggravju, ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>121</NO.P><TXT>Bid-disa’ aggravju tagħhom, l-appellanti jikkontestaw il-punti 185 sa 196 tas-sentenza appellata, li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ċaħdet is-sitt motiv invokat fir-rikors fl-ewwel istanza. Huma jsostnu li l-iffissar tal-multi joħloq, bi ksur tad-dritt internazzjonali, l-istess effetti bħal esproprjazzjoni. Billi ddeċidiet b’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 17(1) tal-Karta u l-Artikolu 1 tal-protokoll addizzjonali tal-KEDB. Hija żbaljat meta ma vverifikatx jekk il-multa inkwistjoni setgħetx titqies bħala proporzjonata fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, b’mod partikolari s-sentenza ta’ din il-qorti Mamidakis vs Greċja, tal-<DATE ISO="20070111">11 ta’ Jannar 2007</DATE> (Rikors Nru 35533/04) iżda rreferiet biss għall-ġurisprudenza tagħha u għal dik tal-Qorti tal-Ġustizzja meta, minħabba d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, hija kellha tissuġġetta l-ġurisprudenza preċedenti tagħha għal eżami kritiku fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.</TXT></NP><NP><NO.P>122</NO.P><TXT>Minbarra dan, ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali huwa bbażat fuq premessa żbaljata, jiġifieri li Schindler Holding u s-sussidjarji tagħha jifformaw entità ekonomika.</TXT></NP><NP><NO.P>123</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li, fir-rikors fl-ewwel istanza, l-appellanti ma kinux invokaw id-dritt għall-proprjetà bħala dritt fundamentali. Dan il-fatt jispjega għalfejn il-Qorti Ġenerali ma esprimietx ruħha dwar il-Karta jew dwar is-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem Mamidakis vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq. F’kull każ, l-istħarriġ tal-proporzjonalità mwettaq mill-Qorti Ġenerali fil-punti 191 sa 195 tas-sentenza appellata huwa l-istess bħal dak imwettaq mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fis-sentenza tagħha Mamidakis vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>124</NO.P><TXT>Kif fakkret il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 32 ta’ din is-sentenza, sakemm l-Unjoni ma taderixxix mal-KEDB, din ma tikkostitwixxix strument ġuridiku integrat formalment fis-sistema legali tal-Unjoni. Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita, id-drittijiet fundamentali, li fosthom huwa inkluż id-dritt<?PAGE NO="21"?> għall-proprjetà, jagħmlu parti integrali mill-prinċipji ġenerali tad-dritt li l-Qorti tal-Ġustizzja tiżgura l-osservanza tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="19791213">13 ta’ Diċembru 1979</DATE>, Hauer, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="44/79" PAGE.ECR="3727" YEAR="1979">44/79, Ġabra p. 3727</REF.DOC.ECR>, punti 15 u 17). Il-protezzjoni tad-dritt għall-proprjetà hija, barra minn hekk, prevista fl-Artikolu 17 tal-Karta.</TXT></NP><NP><NO.P>125</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali talli ma wettqitx l-istħarriġ tal-proporzjonalità fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, b’mod partikolari s-sentenza tagħha Mamidakis vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, iżda rreferiet biss għall-ġurisprudenza tagħha u għal dik tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>126</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat minn qabel li l-appellanti qatt ma invokaw il-protezzjoni tad-dritt għall-proprjetà inkwantu dritt fundamentali. Bil-kontra, l-appellanti ppreċiżaw, fil-punt 97 tar-rikors tagħhom fl-ewwel istanza, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>[m]a huwiex rilevanti jekk u sa fejn il-Komunità Ewropea tipproteġi diġà l-proprjetà privata ta’ impriżi, pereżempju, fil-kuntest tad-drittijiet fundamentali<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>. Bil-kontra, huma invokaw, fl-istess punt 97, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>l-istandard ta’ protezzjoni speċifiku għad-dritt internazzjonali favuri operaturi barranin li jinvestu fil-Komunità Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>127</NO.P><TXT>Għaldaqstant l-appellanti ma jistgħux jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali talli ma tatx risposta għal motivi li huma ma invokawx. Minbarra dan, huma ma jsostnux li l-Qorti Ġenerali kellha tipproċedi <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> għall-istħarriġ tal-proporzjonalità fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.</TXT></NP><NP><NO.P>128</NO.P><TXT>F’kull każ, sa fejn l-appellanti jinvokaw ksur tal-Karta, huma ma jistgħux jistabbilixxu żball ta’ liġi fl-istħarriġ imwettaq mill-Qorti Ġenerali biss billi juru li din il-qorti ma tatx lid-dritt għall-proprjetà l-istess sens u l-istess portata mogħtija mill-KEDB.</TXT></NP><NP><NO.P>129</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fatt li Schindler Holding u s-sussidjarji tagħha ġew ikkunsidrati bħala entità ekonomika, biżżejjed jiġi osservat li din ma hijiex premessa żbaljata tar-raġunament tal-Qorti Ġenerali, iżda prinċipju fundamentali tad-dritt tal-kompetizzjoni li huwa s-suġġett ta’ ġurisprudenza stabbilita, kif għadu kemm tfakkar fil-punti 101 sa 103 ta’ din is-sentenza b’risposta għas-seba’ aggravju. Id-definizzjoni tal-awtur ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni fil-fatt issir b’riferiment għal entitajiet ekonomiċi anki jekk dawn huma, mill-perspettiva ġuridika, ikkostitwiti minn diversi persuni fiżiċi jew ġuridiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>130</NO.P><TXT>Għaldaqstant id-disa’ aggravju għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-għaxar aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Linji Gwida tal-1998, sa fejn l-ammonti inizjali li jintużaw għall-kalkolu tal-multa huma għoljin wisq</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>131</NO.P><TXT>Bl-għaxar aggravju tagħhom, l-appellanti jikkontestaw il-punti 197 sa 270 tas-sentenza appellata, li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ċaħdet is-seba’ motiv tar-rikors fl-ewwel istanza. Huma jqisu li l-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-ġurisprudenza relatata mal-Linji Gwida tal-1998 u qieset, b’mod żbaljat, li l-impatt tal-ksur ma setax jitkejjel. L-appellanti jsostnu, minn naħa, li huma ppreżentaw indizji tan-nuqqas ta’ impatt jew tan-nuqqas imnaqqas tal-ftehim inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, li dan l-impatt seta’ jiġi ddeterminat permezz ta’ perizja ekonometrika. Peress li l-Kummissjoni ma ppreżentatx tali perizja, il-Qorti Ġenerali kellha tadotta hija nfisha miżuri istruttorji u teżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha fis-sens tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>132</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni topponi l-argument tal-appellanti.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="22"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>133</NO.P><TXT>Bl-għaxar aggravju tagħhom, l-appellanti jikkontestaw mhux il-klassifikazzjoni tal-ksur taħt il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>ksur serju ħafna<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> abbażi tas-sempliċi teħid inkunsiderazzjoni tan-natura u tal-estensjoni ġeografika tiegħu, kif jirriżulta mill-premessa 671 tad-deċiżjoni kkontestata, imfakkra fil-punt 217 tas-sentenza appellata, iżda biss l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali li tgħid li l-impatt konkret tal-akkordju ma setax jitkejjel.</TXT></NP><NP><NO.P>134</NO.P><TXT>Kif fakkret l-Avukat Ġenerali fil-punt 178 tal-konklużjonijiet tagħha, minn ġurisprudenza stabbilita sew jirriżulta li, minkejja li l-impatt konkret ta’ ksur fuq is-suq huwa element li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata l-gravità tal-ksur, dan huwa kriterju fost oħrajn, bħan-natura proprja tal-ksur u l-estensjoni tas-suq ġeografiku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Musique Diffusion française <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 129). Minn dan jirriżulta li l-effett ta’ prattika antikompetittiva ma huwiex, minnu nnifsu, kriterju determinanti fl-evalwazzjoni tal-ammont xieraq tal-multa. B’mod partikolari, elementi li jidħlu fl-aspett intenzjonali jista’ jkollhom iktar importanza minn dawk relatati mal-imsemmija effetti, speċjalment meta jinvolvu ksur intrinsikament serju, bħalma huwa t-tqassim tas-suq, element preżenti f’dan il-każ (sentenzi tat-<DATE ISO="20031002">2 ta’ Ottubru 2003</DATE>, Thyssen Stahl vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-194/99 P" PAGE.ECR="I-10821" YEAR="2003">C-194/99 P, Ġabra p. I-10821</REF.DOC.ECR>, punt 118; tat-<DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>, Prym u Prym Consumer vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-534/07 P" PAGE.ECR="I-7415" YEAR="2009">C-534/07 P, Ġabra p. I-7415</REF.DOC.ECR>, punt 96, kif ukoll tat-<DATE ISO="20091112">12 ta’ Novembru 2009</DATE>, Carbone-Lorraine vs Il-Kummissjoni, C-554/08 P, punt 44).</TXT></NP><NP><NO.P>135</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ewwel paragrafu tal-punt 1, A tal-Linji Gwida tal-1998 jirriżulta li dan l-impatt għandu jittieħed inkunsiderazzjoni biss meta jkun jista’ jitkejjel (sentenzi tad-<DATE ISO="20090709">9 ta’ Lulju 2009</DATE>, Archer Daniels Midland vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-511/06 P" PAGE.ECR="I-5843" YEAR="2009">C-511/06 P, Ġabra p. I-5843</REF.DOC.ECR>, punt 125, kif ukoll Prym u Prym Consumer vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 74).</TXT></NP><NP><NO.P>136</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kieku l-Qorti Ġenerali ħadet inkunsiderazzjoni l-impatt konkret tal-ksur inkwistjoni fuq is-suq, jekk jingħad li dan l-impatt seta’ effettivament jitkejjel, kienet tagħmel dan għal raġunijiet ta’ kompletezza (ara, f’dan is-sens, id-digriet tat-<DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>, Transcatab vs Il-Kummissjoni, C-654/11 P, punt 43, kif ukoll is-sentenza tat-<DATE ISO="20130613">13 ta’ Ġunju 2013</DATE>, Versalis vs Il-Kummissjoni, C-511/11 P, punti 83 u 84).</TXT></NP><NP><NO.P>137</NO.P><TXT>Għaldaqstant l-għaxar aggravju, jekk jingħad li huwa fondat, ma jistax jikkontesta l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali, fil-punt 232 tas-sentenza appellata, fejn kien intqal li kellhom jiġu miċħuda l-argumenti li jikkontestaw il-legalità tal-klassifikazzjoni taħt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>serju ħafna<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> tal-ksur ikkonstatat fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>138</NO.P><TXT>Dan l-aggravju huwa, għaldaqstant, ineffettiv.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħdax-il aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Linji Gwida tal-1998 minħabba tnaqqis wisq baxx tal-multi għal ċirkustanzi attenwanti</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>139</NO.P><TXT>Bil-ħdax-il aggravju tagħhom, l-appellanti jikkontestaw il-punti 271 sa 279 tas-sentenza appellata, li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ġġustifikat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tiħux inkunsiderazzjoni, inkwantu ċirkustanza attenwanti, il-waqfien volontarju tal-ksur, minn Schindler fil-Ġermanja billi invokat il-fatt li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tista’ tiġi rikonoxxuta ċirkustanza attenwanti skont it-tielet inċiż tal-punt 3 tal-Linji Gwida tal-1998 biss fil-każ li l-ksur intemm minħabba l-intervent tal-Kummissjoni. Skont l-appellanti, l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali ma hijiex konformi mas-sentenza Prym u Prym Consumer vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, li kienet tirreferi għal akkordju li ġie mitmum mill-parteċipanti kollha qabel kull intervent tal-Kummissjoni, filwaqt li, f’dan il-każ, impriża waħda biss kienet irtirat mill-akkordju. Minbarra dan, l-argument li l-waqfien volontarju tal-ksur diġà ttieħed suffiċjentement inkunsiderazzjoni fit-tul ta’<?PAGE NO="23"?> żmien tiegħu huwa żbaljat. Fl-aħħar nett, l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali, fil-punt 275 tas-sentenza appellata, li n-natura manifestament illegali tal-ftehim tipprekludi r-rikonoxximent ta’ ċirkustanza attenwanti hija bbażata fuq sentenzi tal-Qorti Ġenerali u mhux fuq sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>140</NO.P><TXT>L-appellanti jikkontestaw ukoll il-punt 282 tas-sentenza appellata, li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argument li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-programm ta’ konformità adottat mill-grupp Schindler inkwantu ċirkustanza attenwanti. Skont l-appellanti, il-kwistjoni dwar jekk miżuri ta’ konformità humiex tali li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>jibdlu r-realtà tal-ksur<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> ma hijiex determinanti. L-uniku fatt determinanti huwa dak li, bl-adozzjoni tiegħu tal-miżuri interni, il-grupp Schindler xtaq jevita ksur u li Schindler Holding, b’mod partikolari, għamlet dak kollu li setgħet għal dan il-għan. It-tnaqqis tal-multa għandu jkun iktar importanti peress li wieħed mill-effetti sekondarji tas-sistema ta’ konformità adottat mill-grupp Schindler huwa li tagħmilha iktar diffiċli li jinstab, internament, ksur li madankollu twettaq għaliex il-kollaboraturi li jkunu wettqu l-ksur jiġu mhedda b’sanzjonijiet severi.</TXT></NP><NP><NO.P>141</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-appellanti ma jikkontestawx il-konstatazzjonijiet li jinsabu fil-punt 276 tas-sentenza appellata rigward iċ-ċirkustanzi li fihom l-appellanti temmew il-ksur, jiġifieri li huma abbandunaw l-akkordju inkwistjoni biss minħabba nuqqas ta’ ftehim mal-parteċipanti l-oħra għaliex dawn irrifjutaw li jagħtuhom parti iktar importanti mis-suq.</TXT></NP><NP><NO.P>142</NO.P><TXT>Rigward it-teħid inkunsiderazzjoni tal-programm ta’ konformità, il-Kummissjoni ssostni li l-premju xieraq għal tali programm huwa idealment in-nuqqas ta’ aġir antikompetittiv, iżda mhux tnaqqis tal-multa għal parteċipazzjoni f’akkordju li madankollu seħħet.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>143</NO.P><TXT>B’konstatazzjoni ta’ fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex kompetenti li tistħarreġ, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 276 tas-sentenza appellata, li l-grupp Schindler <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>skont il-proċess, abbanduna l-akkordju biss minħabba nuqqas ta’ ftehim mal-parteċipanti l-oħra li rriżulta mill-fatt li dawn irrifjutaw li jagħtuh parti iktar importanti mis-suq<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>. Fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 274 u 275 tas-sentenza appellata u fid-dawl ta’ din l-evalwazzjoni ta’ fatt, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta ċaħdet l-argument tal-appellanti rigward il-waqfien volontarju tal-ksur.</TXT></NP><NP><NO.P>144</NO.P><TXT>Rigward il-programm ta’ konformità stabbilit mill-grupp Schindler, kif l-Avukat Ġenerali osservat fil-punt 185 tal-konklużjonijiet tagħha, huwa ma kellux manifestament effett pożittiv u, bil-kontra, għamilha iktar diffiċli sabiex jinstab il-ksur inkwistjoni. Għaldaqstant il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta ċaħdet l-argument tal-appellanti f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>145</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-ħdax-il aggravju ma huwiex fondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tnax-il aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002 minħabba tnaqqis wisq baxx tal-ammont tal-multi għal kooperazzjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>146</NO.P><TXT>Bit-tnax-il aggravju tagħhom, l-appellanti jikkontestaw il-punti 287 sa 361 tas-sentenza appellata, li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ċaħdet id-disa’ motiv tar-rikors fl-ewwel istanza.</TXT></NP><NP><NO.P>147</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, huma jikkontestaw in-natura baxxa wisq tat-tnaqqis tal-ammont tal-multi u l-inugwaljanzi fit-trattament fl-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002.</TXT></NP><?PAGE NO="24"?><NP><NO.P>148</NO.P><TXT>Huma jikkontestaw, b’mod partikolari, il-punt 296 tas-sentenza appellata, li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali qieset li l-Kummissjoni għandha marġni ta’ diskrezzjoni sostanzjali, u l-punt 300 tal-imsemmija sentenza, li permezz tiegħu hija ddeċidiet li huwa biss eċċess manifest fl-użu ta’ dan il-marġni li jista’ jiġi kkontestat. Skont l-appellanti, tali marġni ta’ diskrezzjoni ma teżistix u l-Qorti Ġenerali kellha l-obbligu li tivverifika fit-totalità tagħha d-deċiżjoni kkontestata f’dak li jirrigwarda l-iffissar tal-ammont tal-multa, u teżerċita b’dan il-mod il-ġurisdizzjoni sħiħa mogħtija lilha permezz tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>149</NO.P><TXT>Minbarra dan, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ċaħdet, fil-punt 309 tas-sentenza appellata, id-dikjarazzjoni pprovduta mill-appellanti lill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>150</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fil-punti 312 sa 319 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-provi li kienu ġew ippreżentati mill-appellanti.</TXT></NP><NP><NO.P>151</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-appellanti jikkontestaw il-punti 350 sa 361 tas-sentenza appellata, li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ċaħdet il-parti tad-disa’ rikors fl-ewwel istanza fejn huma sostnew li kien wisq baxx tnaqqis tal-multa b’1 % għall-kooperazzjoni tagħhom barra mill-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002, għaliex huma ma kinux ikkontestaw il-konstatazzjonijiet ta’ fatt li jinsabu fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. Huma jqisu li r-raġunament tal-Qorti Ġenerali huwa żbaljat u kontradittorju meta mqabbel mal-ġurisprudenza preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>152</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li l-Qorti Ġenerali esponiet korrettament, fil-punt 308 tas-sentenza appellata, ir-raġuni għalfejn id-dikjarazzjoni tal-appellanti ma kinitx sinjifikattiva, li huwa rekwiżit neċessarju għal tnaqqis tal-multa skont il-punt 21 tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002. Din hija evalwazzjoni ta’ fatt, li ma tistax tiġi suġġetta għal stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell.</TXT></NP><NP><NO.P>153</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, il-Kummissjoni ssostni li l-appellanti jinjoraw l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>ispjegazzjonijiet dettaljati tas-sistema<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> ipprovduti minn waħda mill-impriżi li pparteċipaw fl-akkordju, li jiġġustifikaw il-valur miżjud tat-talba għal klemenza ta’ din l-impriża.</TXT></NP><NP><NO.P>154</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-punti 350 sa 361 tas-sentenza appellata, il-Kummissjoni ssostni li ċ-ċirkustanza attenwanti skont is-sitt inċiż tal-punt 3, tal-Linji Gwida tal-1998 ma għandhiex l-għan li tippremja, madankollu, talbiet għal klemenza li ma ntlaqgħux jew li ġew issodisfatti b’mod insuffiċjenti, għaliex dan iqiegħed f’dubju l-effett ta’ inċentiv tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002 u l-obbligi ta’ kooperazzjoni li jirriżultaw minn din il-komunikazzjoni, peress li huwa preċiżament biss jekk ikun inġab <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>valur miżjud sinjifikattiv<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> u skont id-data tal-kooperazzjoni li jingħata tnaqqis gradwat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>155</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, meta hija tistħarreġ il-legalità ta’ deċiżjoni li timponi multi minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, il-qorti tal-Unjoni ma tistax tistrieħ fuq il-marġni ta’ diskrezzjoni li għandha l-Kummissjoni la f’dak li għandu x’jaqsam mal-għażla tal-elementi meħuda inkunsiderazzjoni fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fil-Linji Gwida tal-1998 u lanqas f’dak li għandu x’jaqsam mal-evalwazzjoni ta’ dawn l-elementi sabiex tirrinunzja li teżerċita stħarriġ fid-dettall kemm ta’ fatt kif ukoll ta’ liġi (sentenza Chalkor vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 62). Tali regola tapplika wkoll meta l-qorti tivverifika jekk il-Kummissjoni applikatx b’mod korrett l-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002.</TXT></NP><NP><NO.P>156</NO.P><TXT>Minkejja li l-prinċipji msemmija mill-Qorti Ġenerali fil-punti 295 sa 300 ma jikkorrispondux ma’ din il-ġurisprudenza, għandu madankollu jiġi eżaminat il-mod kif il-Qorti Ġenerali wettqet l-istħarriġ tagħha f’din il-kawża sabiex jiġi vverifikat jekk hija kisritx dawn il-prinċipji. Fil-fatt, kif l-Avukat<?PAGE NO="25"?> Ġenerali osservat fil-punt 191 tal-konklużjonijiet tagħha, dak li huwa rilevanti huwa l-kriterju li l-Qorti Ġenerali effettivament applikat sabiex teżamina konkretament il-valur miżjud miġjub permezz tal-kooperazzjoni tal-impriża kkonċernata mal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>157</NO.P><TXT>Fil-punti 301 sa 349 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali eżaminat il-provi invokati mill-appellanti sabiex tistabbilixxi jekk huma kinux ġabu valur miżjud sinjifikattiv fis-sens tal-punt 21 tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002.</TXT></NP><NP><NO.P>158</NO.P><TXT>Minkejja li dan l-eżami jinkludi evalwazzjonijiet ta’ fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex il-kompetenza li tistħarreġ fil-kuntest ta’ appell, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali wettqet stħarriġ fid-dettall fejn hija nfisha evalwat il-provi mingħajr ma rreferiet għall-marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni u billi mmotivat d-deċiżjoni tagħha b’mod dettaljat.</TXT></NP><NP><NO.P>159</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kritiki tal-punti 309 u 312 sa 319 tas-sentenza appellata, għandu jiġi kkonstatat li huma jikkontestaw evalwazzjonijiet ta’ fatt tal-Qorti Ġenerali li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex il-kompetenza li tistħarreġ fil-kuntest ta’ appell. F’kull każ, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament ma jipprekludix li tiġi ttrattata b’mod favorevoli biss l-impriża li ġġib valur miżjud sinjifikattiv fis-sens tal-punt 21 tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002, għaliex l-għan ta’ din id-dispożizzjoni huwa leġittimu.</TXT></NP><NP><NO.P>160</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kritika tal-punti 350 sa 361 tas-sentenza appellata, din għandha tiġi ddikjarata bħala infondata għar-raġuni esposta mill-Kummissjoni u riprodotta fil-punt 152 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>161</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tnax-il aggravju ma huwiex fondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tlettax-il aggravju, ibbażat fuq in-natura sproporzjonata tal-ammont tal-multi</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>162</NO.P><TXT>Bit-tlettax-il aggravju tagħhom, l-appellanti jikkontestaw il-punti 365 sa 372 tas-sentenza appellata, li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-għaxar motiv fir-rikors fl-ewwel istanza. Huma jqisu li l-premessa tar-raġunament tal-Qorti Ġenerali hija żbaljata għaliex il-ksur ma jistax jiġi imputat lil Schindler Holding. Minbarra dan, multa ma għandhiex titqies bħala proporzjonata minħabba s-sempliċi fatt li hija ma taqbiżx il-limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ. Mill-Artikolu 49 tal-Karta jirriżulta li l-eżami tal-proporzjonalità tal-multa jikkostitwixxi aspett distint li jingħaqad mal-verifika tal-osservanza tal-limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ. F’dan ir-rigward, huwa jiċċitaw is-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem Mamidakis vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, fejn l-imsemmija qorti qieset bħala sproporzjonata multa ta’ ammont totali ta’ madwar EUR 8 miljun.</TXT></NP><NP><NO.P>163</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li t-tlettax-il aggravju ma huwiex fondat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>164</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex kompetenti, meta tiddeċiedi fuq kwistjonijiet ta’ dritt fil-kuntest ta’ appell, sabiex tissostitwixxi, għal raġunijiet ta’ ekwità, l-evalwazzjoni tagħha għal dik tal-Qorti Ġenerali li tiddeċiedi, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, fuq l-ammont tal-multi imposti fuq impriżi minħabba ksur, imwettaq minnhom, tad-dritt tal-Unjoni (sentenza Dansk Rørindustri <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 245).</TXT></NP><?PAGE NO="26"?><NP><NO.P>165</NO.P><TXT>Huwa biss sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-livell tas-sanzjoni huwa mhux biss mhux xieraq, iżda wkoll eċċessiv, tant li huwa sproporzjonat, li jkun hemm lok li jiġi kkonstatat żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali, minħabba n-natura mhux xierqa tal-ammont ta’ multa (sentenza tat-<DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE>, E.ON Energie vs Il-Kummissjoni, C-89/11 P, punt 126).</TXT></NP><NP><NO.P>166</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali ma llimitatx ruħha li tivverifika jekk l-ammont tal-multi jaqbiżx il-limitu massimu ta’ multa ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, iżda, fil-punti 368 sa 370 tas-sentenza appellata, wettqet eżami fid-dettall tal-proporzjonalità tal-multi.</TXT></NP><NP><NO.P>167</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kritika tat-teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul mill-bejgħ ta’ Schindler Holding, hija bbażata fuq premessa żbaljata f’dak li jirrigwarda l-legalità tal-użu tal-kunċett ta’ impriża, kif intwera b’risposta għas-seba’ aggravju.</TXT></NP><NP><NO.P>168</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-riferiment għas-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem Mamidakis vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, sa fejn huwa rilevanti f’kawża dwar kompetizzjoni li tinvolvi kumpannija kummerċjali u s-sussidjarji tagħha u mhux persuna fiżika, għandu jiġi enfasizzat li, kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punt 214 tal-konklużjonijiet tagħha, ma huwiex fid-dawl tal-ammont nominali tagħha biss li jista’ jiġi deċiż jekk multa tkunx oneru sproporzjonat għal dak li fuqha hija imposta. Dan jiddependi wkoll, fost l-oħrajn, fuq il-kapaċità ta’ kontribuzzjoni ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>169</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li fil-każ fejn multi huma imposti fuq impriża li tikkostitwixxi entità ekonomika u li hija komposta biss formalment minn diversi persuni ġuridiċi, il-kapaċità ta’ kontribuzzjoni ta’ dawn tal-aħħar ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni b’mod individwalizzat. F’dan il-kuntest, il-Qorti Ġenerali kellha raġun meta, billi ħadet inkunsiderazzjoni l-gravità tal-prattiki miftiehma, id-daqs kif ukoll is-saħħa ekonomika tal-grupp Schindler, ikkonstatat, fil-punt 370 tas-sentenza appellata, li l-ammont totali tal-multi imposti fuq l-appellanti jirrappreżenta madwar 2 % tad-dħul mill-bejgħ ikkonsolidat tagħhom fl-2005, li ma jistax jitqies bħala sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs tal-grupp ikkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>170</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li t-tlettax-il aggravju ma huwiex fondat.</TXT></NP><NP><NO.P>171</NO.P><TXT>Peress li l-ebda wieħed mill-aggravji invokati mill-appellanti ma ntlaqa’, l-appell għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>172</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ma huwiex fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>173</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tal-istess Regoli tal-Proċedura, applikabbli fl-appell skont l-Artikolu 184(1) ta’ dan, kull parti li titlef għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-appellanti tilfu, hemm lok li jiġu ordnati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni, kif mitlub minn din tal-aħħar. Peress li l-Kunsill ma talabx li l-appellanti jiġu kkundannati għall-ispejjeż, iżda talab li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi b’mod xieraq fuq l-ispejjeż, huwa għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="27"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Schindler Holding Ltd, Schindler Management AG, Schindler SA, Schindler Sàrl, Schindler Liften BV u Schindler Deutschland Holding GmbH huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>