|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1723 |
13.7.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/1723
tat-13 ta’ Lulju 2026
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-7 ta' Diċembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 (1). |
|
(2) |
Fit-8 ta' Diċembru 2020, permezz tad-Dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”), f'isem l-Unjoni Ewropea dwar ir-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha affermaw mill-ġdid l-impenn qawwi tagħhom lejn il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Ir-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem jenfasizza d-determinazzjoni tal-Unjoni li ssaħħaħ ir-rwol tagħha fl-indirizzar ta' ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Il-kisba tat-tgawdija effettiva tad-drittijiet tal-bniedem minn kull persuna hija għan strateġiku tal-Unjoni. Ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem huwa valur fundamentali tal-Unjoni u tal-politika estera u ta' sigurtà komuni tagħha. |
|
(3) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23 ta' Marzu 2023, il-Kunsill Ewropew tenna li d-dritt umanitarju internazzjonali, inkluż ir-regoli li jirregolaw it-trattament tal-priġunieri tal-gwerra, irid jiġi rrispettat bis-sħiħ u kkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru imwettqa fil-kuntest tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Huwa enfasizza wkoll l-impenn sod tiegħu li jiġi żgurat l-irfigħ tar-responsabbiltà sħiħa għad-delitti tal-gwerra u d-delitti l-oħra l-aktar serji mwettqa b'rabta mal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. |
|
(4) |
Fid-dikjarazzjoni tagħha fil-laqgħa tal-Arria-formula tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar “Il-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali kontra priġunieri tal-gwerra u detenuti ċivili Ukreni” fit-13 ta' Jannar 2025, l-Unjoni kkundannat bl-aktar mod qawwi t-tortura, it-trattament ħażin u l-qtil ta' priġunieri tal-gwerra u detenuti ċivili Ukreni, appellat biex il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar jingħata aċċess bla xkiel għad-detenuti kollha, u tenniet il-ħtieġa li jiġi żgurat l-irfigħ tar-responsabbiltà għall-ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali. |
|
(5) |
F'dak il-kuntest, jenħtieġ li tmien persuni u entità waħda jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 tas-7 ta' Diċembru 2020 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1999/oj).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”:
|
|
(2) |
l-entità li ġejja tiżdied mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi taħt l-intestatura “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1723/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)