<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-931/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0931</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:446">EU:C:2021:446</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20210603">3.6.2021</DATE> – Kawża C‑931/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Titanium</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20210603">3 ta’ Ġunju 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 43 u 45</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE, kif emendata bid-Direttiva 2008/8/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 44, 45 u 47</KEYWORD><KEYWORD>Provvista ta’ servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Post ta’ tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>stabbiliment permanenti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Kiri ta’ beni immobbli fi Stat Membru</KEYWORD><KEYWORD>Proprjetarju ta’ beni immobbli li għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fil-gżira ta’ Jersey</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑931/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesfinanzgericht (il-Qorti Federali tal-Finanzi, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20191220">20 ta’ Diċembru 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20191220">20 ta’ Diċembru 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Titanium Ltd</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Finanzamt Österreich</HT>, li qabel kien Finanzamt Wien,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, E. Juhász (Relatur) u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Hogan,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn A. Posch, F. Koppensteiner u J. Schmoll, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Mantl u R. Lyal, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>), kif ukoll tad-Direttiva 2006/112 kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat‑<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="044" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 44, p. 11</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Direttiva 2006/112 kif emendata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Titanium Ltd, stabbilita f’Jersey, u l-Finanzamt Österreich (l-Uffiċċju Fiskali tal-Awstrija), li qabel kien il-Finanzamt Wien (l-Uffiċċju Fiskali ta’ Vjenna, l-Awstrija) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Uffiċċju Fiskali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), dwar l-impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) fuq id-dħul mill-kiri ta’ proprjetà immobbli li tinsab fl-Awstrija fir-rigward tas-snin 2009 u 2010.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2006/112</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>It-Titolu V tad-Direttiva 2006/112, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Post ta’ transazzjonijiet taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, kien jinkludi, b’mod partikolari, il-Kapitolu 3, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Post ta’ provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, li fih kienu jinsabu l-Artikoli 43 sa 59 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/112 kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Il-post minn fejn hu pprovdut is-servizz għandu jitqies li jkun il-post fejn il-fornitur ikun stabbilixxa n-negozju tiegħu jew ikollu stabbiliment fiss minn fejn hu pprovdut is-servizz, jew, fin-nuqqas ta’ post bħal dan tan-negozju jew stabbiliment fiss, il-post fejn hu jkollu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn normalment ikun residenti.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 45 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Il-post tal-provvista ta’ servizzi li jikkonċernaw proprjetà immobbli, inklużi s-servizzi ta’ aġenti tal-proprjetà u esperti, u servizzi li jikkonċernaw it-tħejjija u l-kordinazzjoni ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, bħalma huma s-servizzi ta’ periti u ta’ ditti li jipprovdu superviżjoni fuq il-post, għandu jkun il-post fejn tkun tinsab il-proprjetà.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Il-VAT għandha titħallas minn kwalunkwe persuna taxxabbli li tkun qed twettaq forniment taxxabbli ta’ merkanzija jew servizzi, minbarra fejn din titħallas minn persuna oħra fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 194 sa 199 u fl-Artikolu 202.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 194 tal-imsemmija direttiva kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="194.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn il-provvista taxxabbli ta’ merkanzija jew servizzi titwettaq minn persuna taxxabbli li mhijiex stabbilita fl-Istat Membru li fih il-VAT hi dovuta, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li<?PAGE NO="3"?> l-persuna obbligata li tħallas il-VAT hija l-persuna li lilha qed issir il-provvista tal-merkanzija jew servizzi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="194.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 196 tal-istess direttiva kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Il-VAT għandha titħallas minn kwalunkwe persuna taxxabbli li lilha ikunu ġew ipprovduti s-servizzi msemmija fl-Artikolu 56 jew kwalunkwe persuna identifikata għall-finijiet tal-VAT fl-Istat Membru li fih hi dovuta t-taxxa li lilha jiġu pprovduti s-servizzi previsti fl-Artikoli 44, 47, 50, 53, 54 u 55, jekk is-servizzi jiġu pprovduti minn persuna taxxabbli li mhix stabbilita f’dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2006/112 kif emendata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2008/8 emendat, b’effett mill‑<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE>, id-Direttiva 2006/112, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tagħha li jinsabu fil-Kapitolu 3 tat-Titolu V tagħha kif ukoll l-Artikolu 196 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112 kif emendata jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Il-post tal-forniment tas-servizzi lil persuna taxxabbli li qiegħda taġixxi bħala tali għandu jkun il-post fejn dik il-persuna tkun stabbilixxiet in-negozju tagħha. Madankollu, jekk dawk is-servizzi jiġu fornuti lil stabbiliment fiss tal-persuna taxxabbli li jinsab f’post li ma jkunx il-post fejn hija stabbilixxiet in-negozju tagħha, il-post tal-forniment ta’ dawk is-servizzi għandu jkun il-post fejn jinsab dak l-istabbiliment fiss. Fin-nuqqas ta’ tali post ta’ stabbiliment jew stabbiliment fiss, il-post tal-forniment tas-servizzi għandu jkun il-post fejn il-persuna taxxabbli li tirċievi tali servizzi għandha l-indirizz permanenti tagħha jew fejn tirrisjedi normalment.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 45 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Il-post tal-forniment tas-servizzi lil persuna mhux taxxabbli għandu jkun il-post fejn il-fornitur ikun stabbilixxa n-negozju tiegħu. Madankollu, jekk dawk is-servizzi jiġu fornuti minn stabbiliment fiss tal-fornitur li jinsab f’post li ma jkunx il-post fejn huwa stabbilixxa n-negozju tiegħu, il-post tal-forniment ta’ dawk is-servizzi għandu jkun il-post fejn jinsab dak l-istabbiliment fiss. Fin-nuqqas ta’ tali post ta’ stabbiliment jew stabbiliment fiss, il-post tal-forniment tas-servizzi għandu jkun il-post fejn il-fornitur għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn jirrisjedi normalment.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 47 tal-imsemmija direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Il-post tal-forniment tas-servizzi relatati mal-proprjetà immobbli, inklużi s-servizzi ta’ esperti, u l-aġenti immobbiljari, il-forniment ta’ alloġġ fis-settur tal-lukandi jew f’setturi b’funzjoni simili, bħal kampijiet għall-btala jew siti żviluppati għall-użu bħala kampeġġi, l-għoti ta’ drittijiet sabiex tintuża proprjetà immobbli u s-servizzi għat-tħejjija u l-koordinazzjoni tax-xogħol ta’ kostruzzjoni, bħalma huma s-servizzi ta’ arkitetti u ta’ ditti li jfornu sorveljanza fuq il-post, għandu jkun il-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikoli 193 u 194 tad-Direttiva 2006/112 kif emendata huma identiċi għall-Artikoli 193 u 194 tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 196 tad-Direttiva 2006/112 kif emendata:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Il-VAT għandha titħallas minn kwalunkwe persuna taxxabbli, jew persuna ġuridika mhux taxxabbli li hi identifikata għall-finijiet tal-VAT, li lilha jiġu fornuti s-servizzi previsti fl-Artikolu 44, jekk s-servizzi jiġu fornuti minn persuna taxxabbli mhux stabbilita fit-territorju ta’ l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-premessa 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal‑<DATE ISO="20110315">15 ta’ Marzu 2011</DATE> li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="077" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 77, p. 1</REF.DOC.OJ>), tiddikjara:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli ta’ lokalizzazzjoni ta’ transazzjonijiet taxxabli, jeħtieġ li jkunu ċċarati ċerti kunċetti bħas-sede tan-negozju, l-indirizz permanenti, id-domiċilju jew il-post fejn persuna tirrisjedi. B’kont meħud tal-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja [tal-Unjoni Ewropea], l-użu ta’ kriterji ċari u objettivi kemm jista’ jkun għandu jiffaċilita l-implimentazzjoni prattika ta’ dawn il-kunċetti.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 ta’ dan ir-regolament ta’ implimentazzjoni jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-applikazzjoni tal-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112/KE <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>l-istabbiliment fiss<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> għandu jkun kwalunkwe stabbiliment, minbarra s-sede tal-attività ekonomika msemmija fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament li huwa karatterizzat minn grad ta’ permanenza suffiċjenti u struttura adatta f’termini ta’ riżorsi umani u tekniċi, li jippermettulu li jirċievi u juża s-servizzi li huma fornuti lilu għall-bżonnijiet tiegħu stess.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fl-applikazzjoni tal-Artikoli li ġejjin, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>stabbiliment fiss<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> għandu jkun kwalunkwe stabbiliment, minbarra s-sede tal-attività ekonomika msemmija fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament, li huwa karatterizzat minn livell ta’ permanenza suffiċjenti u struttura adatta f’termini ta’ riżorsi umani u tekniċi, li jippermettulu jipprovdi s-servizzi li huwa jforni.</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2006/112/KE;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>mill-<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE>, it-tieni subparagrafu, tal-Artikolu 56(2) tad-Direttiva 2006/112/KE;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>mill-<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE> l-Artikolu 58 tad-Direttiva 2006/112/KE;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>l-Artikolu 192a tad-Direttiva 2006/112/KE.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-fatt li jkollu numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT m’huwiex suffiċjenti fih innifsu biex jitqies li persuna taxxabbi għandha stabbiliment fiss.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 65 tiegħu, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011, li daħal fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu, jiġifieri fit‑<DATE ISO="20110412">12 ta’ April 2011</DATE>, sar applikabbli b’effett mill‑<DATE ISO="20110701">1 ta’ Lulju 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Awstrijak</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 19(1) tal-Umsatzeuergesetz 1994 (il-Liġi tal-1994 dwar it-Taxxa fuq id-Dħul mill-Bejgħ, BGB1. 663/1994) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>UStG<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>), fil-verżjoni applikabbli sal‑<DATE ISO="20091231">31 ta’ Diċembru 2009</DATE>, kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa hija l-imprenditur fil-każijiet imsemmija fil-punti 1 u 2 tal-Artikolu 1(1) u l-emittent tal-fattura fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 11(14).</P><P>Fir-rigward tal-provvisti l-oħra (ħlief għat-tolleranza bi ħlas tal-użu tat-toroq federali) u fir-rigward tal-provvisti ta’ xogħlijiet, it-taxxa hija dovuta mill-benefiċjarju tal-provvista meta:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-imprenditur fornitur la jkollu d-domiċilju (l-uffiċċju), la r-residenza abitwali, u lanqas stabbiliment permanenti [<HT TYPE="ITALIC">Betriebsstätte</HT>] fit-territorju nazzjonali, u meta</P></ITEM><ITEM><P>il-benefiċjarju tal-provvista jkun imprenditur jew persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku.</P></ITEM></LIST><P>L-imprenditur fornitur huwa responsabbli għal din it-taxxa.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 19(1) tal-UStG, fil-verżjoni applikabbli b’effett mill‑<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa hija l-imprenditur fil-każijiet imsemmija fil-punti 1 u 2 tal-Artikolu 1(1) u l-emittent tal-fattura fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 11(14).</P><P>Fir-rigward tal-provvisti l-oħra (ħlief għat-tolleranza bi ħlas tal-użu tat-toroq federali) u fir-rigward tal-provvisti ta’ xogħlijiet, it-taxxa hija dovuta mill-benefiċjarju tal-provvista meta:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-imprenditur fornitur ma jkollux, fit-territorju nazzjonali, id-domiċilju (l-uffiċċju), ir-residenza abitwali, jew stabbiliment permanenti [<HT TYPE="ITALIC">Betriebsstätte</HT>] li jipparteċipa fil-kunsinna tal-provvista, u meta</P></ITEM><ITEM><P>il-benefiċjarju tal-provvista huwa imprenditur fis-sens tal-punti 1 u 2 tal-Artikolu 3a(5), jew huwa persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku li ma hijiex imprenditur fis-sens tal-punt 3 tal-Artikolu 3a(5).</P></ITEM></LIST><P>L-imprenditur fornitur huwa responsabbli għat-taxxa.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Titanium hija kumpannija li l-uffiċċju rreġistrat tagħha kif ukoll it-tmexxija tagħha jinsabu f’Jersey u li l-għan statutorju tagħha huwa l-ġestjoni tal-proprjetà immobbli, il-ġestjoni tal-patrimonju u l-ġestjoni ta’ abitazzjonijiet u ta’ akkomodazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Matul is-snin 2009 u 2010, din il-kumpannija kriet, b’kera suġġetta għall-VAT, proprjetà immobbli fi Vjenna (l-Awstrija) li tagħha hija kienet il-proprjetarja lil żewġ imprendituri Awstrijaki.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Sabiex twettaq dawn it-tranżazzjonijiet, li kienu l-uniċi mwettqa minn Titanium fl-Awstrija, din il-kumpannija qabbdet kumpannija Awstrijaka li tiġġestixxi l-proprjetajiet immobbli sabiex tagħmilha ta’ intermedjarja mal-prestatarji ta’ servizzi u mal-fornituri, sabiex tiffattura l-kirjiet u l-ispejjeż tal-isfruttament, sabiex iżżomm ir-reġistri kummerċjali u sabiex tipprepara l-informazzjoni għad-dikjarazzjoni tal-VAT. Dawn il-provvisti twettqu mill-mandatarju f’postijiet differenti minn dawk tal-proprjetà li tappartjeni lil Titanium.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Madankollu, Titanium żammet is-setgħa ta’ deċiżjoni fir-rigward tal-konklużjoni u tax-xoljiment tal-kirjiet, fir-rigward tad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u legali tal-kera, fir-rigward tat-twettiq ta’ investimenti u ta’ tiswijiet kif ukoll fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-finanzjament tagħhom, fir-rigward tal-għażla ta’ terzi sabiex jipprovdu servizzi oħra fi stadju preċedenti u, fl-aħħar nett, fir-rigward tal-għażla, tal-ħatra u tas-superviżjoni tal-kumpannija stess li tiġġestixxi l-proprjetà immobbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Filwaqt li Titanium qieset li hija ma kinitx responsabbli għall-ħlas tal-VAT fir-rigward tal-attività tagħha ta’ kiri tal-proprjetà immobbli, minħabba li ma kellhiex stabbiliment permanenti fl-Awstrija, l-Uffiċċju Fiskali qies li beni immobbli mqiegħed għall-kiri jikkostitwixxi tali stabbiliment permanenti u, għalhekk, stabbilixxa ammont ta’ VAT li kellu jitħallas minn din il-kumpannija għas-snin 2009 u 2010.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Titanium ippreżentat, quddiem il-Bundesfinanzgericht (il-Qorti Federali tal-Finanzi, l-Awstrija), rikors kontra d-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju Fiskali li fih sostniet li, fl-assenza ta’ persunal, il-proprjetà immobbli li hija kienet tagħti b’kiri ma setgħetx titqies bħala stabbiliment permanenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, l-Uffiċċju Fiskali enfasizza li, skont l-Umsatzsteuerrichtilinien 2000 (id-Direttivi tal-2000 dwar it-Taxxa fuq id-Dħul mill-Bejgħ), imprenditur li jkollu, fit-territorju Awstrijak, beni immobbli li huwa jagħti b’kiri suġġett għall-VAT għandu jiġi ttrattat bħala imprenditur nazzjonali u li l-benefiċjarju tal-provvista ma huwiex il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq din it-tranżazzjoni. B’hekk, skont l-Uffiċċju Fiskali, dejjem ikun hemm stabbiliment permanenti fil-każ ta’ għoti b’kiri ta’ beni immobbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tindika li d-dispożizzjoni nazzjonali li hija għandha tapplika hija l-Artikolu 19(1) tal-UStG, li jipprevedi li d-dejn fiskali għandu jiġi ttrasferit lill-benefiċjarju tal-provvista meta l-imprenditur ma joperax l-impriża tiegħu fit-territorju nazzjonali jew ma jkollu ebda stabbiliment permanenti f’dan it-territorju (Betriebsstätte). Hija tispeċifika li din id-dispożizzjoni ma ttrasponietx biss l-Artikolu 196 tad-Direttiva 2006/112, iżda wkoll l-Artikolu 194 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva wkoll li, mis-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970717">17 ta’ Lulju 1997</DATE>, <NAME.CASE>ARO Lease</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑190/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:374">EU:C:1997:374</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980507">7 ta’ Mejju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Lease Plan</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑390/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:206">EU:C:1998:206</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>stabbiliment permanenti<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> jeħtieġ li l-fornitur għandu jkollu b’mod konkret il-persunal tiegħu stess u li l-użu tal-persunal ta’ impriża mandatarja oħra ma huwiex biżżejjed sabiex tkun stabbilita l-eżistenza ta’ tali kunċett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tenfasizza li diversi qrati fiskali Ġermaniżi qiesu li, għalkemm ma jimpjega ebda riżorsi umani, park eoliku jista’ jitqies li jikkostitwixxi stabbiliment permanenti meta tali park ikollu valur sinjifikattiv u jippreżenta livell massimu ta’ stabbiltà. Hija tindika li, madankollu, sal-lum il-ġurnata, il-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi, il-Ġermanja) għadha ma tatx deċiżjoni dwar dan is-suġġett.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għalhekk għandha dubju dwari l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>stabbiliment permanenti<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> fir-rigward ta’ attività li, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tirrikjedi ebda riżorsi tekniċi jew umani għall-eżekuzzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Kien f’dawn il-kundizzjonijiet li l-Bundesfinanzgericht (il-Qorti Federali tal-Finanzi) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>stabbiliment permanenti<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/> għandu jiġi interpretat fis-sens li tali stabbiliment għandu dejjem ikollu riżorsi umani u tekniċi u li, għaldaqstant, il-fornitur ta’ servizz għandu neċessarjament ikollu, f’dan l-istabbiliment, persunal proprju tiegħu, jew inkella, fil-każ speċifiku tal-kiri taxxabbli ta’ proprjetà immobbli li tinsab fit-territorju nazzjonali, li jikkostitwixxi biss provvista passiva li permezz tagħha l-fornitur jawtorizza lil terz jagħmel xi ħaġa li huwa ma jkunx jista’ jagħmel mingħajr din l-awtorizzazzjoni (Duldungsleistung), din il-proprjetà immobbli tista’ titqies bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>stabbiliment permanenti<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/> anki fl-assenza ta’ riżorsi umani?<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tad-domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Gvern Awstrijak isostni li huma l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2006/112 u l-Artikolu 47 tad-Direttiva 2006/112 kif emendata, li jipprevedu li l-post tal-provvista ta’ servizzi marbuta ma’ beni immobbli huwa l-post fejn jinsab dan il-beni, li huma intiżi li japplikaw għat-tilwima fil-kawża prinċipali, u mhux l-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/112 u l-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112 kif emendata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan huwa jiddeduċi li huma l-Artikolu 194 tad-Direttiva 2006/112 u l-Artikolu 194 tad-Direttiva 2006/112 kif emendata li huma intiżi li japplikaw f’din il-kawża u mhux, kif tissuġġerixxi l-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 196 tad-Direttiva 2006/112 u l-Artikolu 196 tad-Direttiva 2006/112 kif emendata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-Repubblika tal-Awstrija ssostni li l-Artikolu 194 tad-Direttiva 2006/112 u l-Artikolu 194 tad-Direttiva 2006/112 kif emendata jistabbilixxu dritt ta’ għażla għall-Istati Membri u jħalli f’idejhom sabiex jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, billi jiddeċiedu jekk jittrasferixxux jew le d-dejn fiskali fuq il-benefiċjarju tal-provvista, b’tali mod li l-għażla magħmula mil-leġiżlatur Awstrijak tirrendi d-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju mingħajr suġġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn dan hija tikkonkludi li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>stabbiliment permanenti<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> ma għandu ebda rabta mat-tilwima fil-kawża prinċipali, u dan jiġġustifika li t-talba għal deċiżjoni preliminari tiġi ddikjarata inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejnha u l-qrati nazzjonali stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija biss il-qorti nazzjonali, li tkun adita bit-tilwima u li jkollha tassumi r-responsabbiltà għad-deċiżjoni ġudizzjarja li ser tagħti, li għandha tevalwa, fid-dawl tal-karatteristiċi partikolari tal-kawża, kemm il-ħtieġa ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun tista’ tagħti d-deċiżjoni tagħha u kemm ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Għaldaqstant, meta d-domandi magħmula<?PAGE NO="8"?> jkunu jikkonċernaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, meħtieġa tagħti deċiżjoni (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210429">29 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑383/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:337">EU:C:2021:337</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest regolamentari u fattwali ddefinit minnha taħt ir-responsabbiltà tagħha, u li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tivverifika l-eżattezza tiegħu, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Iċ-ċaħda mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ talba mressqa minn qorti nazzjonali hija possibbli biss jekk jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa sabiex tagħti risposta utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201001">1 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Úrad špeciálnej prokuratúry,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑603/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:774">EU:C:2020:774</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju indikat, f’dokument tad‑<DATE ISO="20200819">19 ta’ Awwissu 2020</DATE> ikkomunikat lill-Qorti tal-Ġustizzja, li d-domanda magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonċerna b’mod ġenerali l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>stabbiliment permanenti<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, li jinsab fid-Direttiva 2006/112 kif ukoll fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011, u li din id-domanda ma tagħmel ebda riferiment konkret għall-Artikolu 194 jew għall-Artikolu 196 ta’ din id-direttiva. Hija enfasizzat li l-kwistjoni ta’ jekk it-tilwima fil-kawża prinċipali taqax taħt wieħed jew l-ieħor minn dawn l-artikoli hija, fl-aħħar mill-aħħar, kwistjoni anċillari sa fejn iż-żewġ artikoli jqajmu l-kwistjoni ta’ f’liema Stat hija stabbilita l-persuna taxxabbli, li jimplika li, fiż-żewġ każijiet, għandu jiġi deċiż jekk jeżistix jew le stabbiliment permanenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-pożizzjoni legali tar-Repubblika tal-Awstrija ma hijiex l-unika interpretazzjoni possibbli li tista’ tingħata u għalhekk ma tistax tirrendi d-domanda preliminari inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk proprjetà immobbli mogħtija b’kiri fi Stat Membru hijiex stabbiliment permanenti, fis-sens tal-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/112 kif ukoll tal-Artikoli 44 u 45 tad-Direttiva 2006/112 kif emendata, f’ċirkustanzi fejn il-proprjetarju ta’ din il-proprjetà immobbli ma jkollux il-persunal tiegħu stess sabiex iwettaq il-provvista marbuta mal-kiri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat li l-qorti tar-rinviju ma hijiex qiegħda tispeċifika jekk hija tixtieqx teżamina jekk din il-proprjetà immobbli tistax tiġi kklassifikata bħala stabbiliment permanenti ta’ persuna taxxabbli li tirċievi jew, għall-kuntrarju, li tipprovdi servizzi marbuta mal-kiri li għalih hija suġġetta din il-proprjetà immobbli. Madankollu, huwa possibbli li tingħata risposta għad-domanda preliminari billi jittieħdu inkunsiderazzjoni dawn iż-żewġ alternattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>stabbiliment permanenti<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> jeħtieġ konsistenza minima, bil-preżenza permanenti tar-riżorsi umani u tekniċi meħtieġa għall-provvisti ta’ servizzi partikolari. Għaldaqstant, dan il-kunċett jeħtieġ livell suffiċjenti ta’ permanenza u struttura adegwata, mill-perspettiva tar-riżorsi umani u tekniċi, sabiex ikunu possibbli, b’mod awtonomu, il-provvisti ta’ servizzi kkunsidrati (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070628">28 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Planzer Luxembourg,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑73/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:397">EU:C:2007:397</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). B’mod<?PAGE NO="9"?> partikolari, struttura mingħajr persunal tagħha stess ma tistax taqa’ taħt dan il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>stabbiliment permanenti<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970717">17 ta’ Lulju 1997</DATE>, <NAME.CASE>ARO Lease,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑190/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:374">EU:C:1997:374</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Din il-ġurisprudenza hija kkorroborata mill-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011, li jipprovdi li stabbiliment permanenti huwa kkaratterizzat, b’mod partikolari, minn struttura adatta, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>f’termini ta’ riżorsi umani u tekniċi<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. Għalkemm huwa minnu li, skont l-Artikolu 65 tiegħu, kien biss fl‑<DATE ISO="20110701">1 ta’ Lulju 2011</DATE> li dan ir-regolament ta’ implimentazzjoni sar applikabbli, u għalhekk ma japplikax <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għat-tilwima fil-kawża prinċipali, il-premessa 14 tal-imsemmi regolament ta’ implimentazzjoni tiddikjara li dan huwa intiż li jispeċifika ċerti kunċetti, inkluż il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>stabbiliment permanenti<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, billi tittieħed inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-proċess li għandha quddiemha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma għandha ebda persunal tagħha stess fl-Awstrija u li l-persuni responsabbli għal ċerti kompiti ta’ ġestjoni tqabbdu kuntrattwalment minn din il-kumpannija, li min-naħa tagħha rriżervat id-deċiżjonijiet importanti kollha li jikkonċernaw il-kiri tal-proprjetà immobbli inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Issa, proprjetà immobbli li ma jkollha ebda riżorsi umani li jagħtuha l-kapaċità taġixxi b’mod awtonomu manifestament ma tissodisfax il-kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza sabiex tiġi kklassifikata bħala stabbiliment permanenti, la fis-sens tad-Direttiva 2006/112 u lanqas fis-sens tad-Direttiva 2006/112 kif emendata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula hija li proprjetà immobbli mogħtija b’kiri fi Stat Membru, f’ċirkustanzi fejn il-proprjetarju ta’ din il-proprjetà immobbli ma għandux il-persunal tiegħu stess sabiex jeżegwixxi l-provvista marbuta mal-kiri, ma hijiex stabbiliment permanenti fis-sens tal-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/112 kif ukoll tal-Artikoli 44 u 45 tad-Direttiva 2006/112 kif emendata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Proprjetà immobbli mogħtija b’kiri fi Stat Membru, f’ċirkustanzi fejn il-proprjetarju ta’ din il-proprjetà immobbli ma għandux il-persunal tiegħu stess sabiex jeżegwixxi l-provvista marbuta mal-kiri, ma hijiex stabbiliment permanenti fis-sens tal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud kif ukoll tal-Artikoli 44 u 45 tad-Direttiva 2006/112 kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat‑<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>