Official Journal L 298 , 25/11/2000 P. 0001 - 0002
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2578/2000 tas-17 ta' Novembru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2406/96 li jistabbilixxi livelli komuni għall-marketing ta' ċerti prodotti tas-sajd IL-KUNSILL TA'L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3759/92 tas-17 ta' Diċembru 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti tas-sajd u l-akwakultura [1], u partikolarment l-Artikolu 2(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 104/2000 [2] iżid ħames speċi ġodda mal-lista tal-prodotti eleġibbli għall-mekkaniżmi ta'l-intervent taħt l-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq. (2) Għalhekk hemm bżonn li jiġu stabbiliti standards komuni ta' marketing, armonizzati fil-Komunità kollha, għall-dawk l-ispeċi billi jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 2406/96 [3], ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 2406/96 qiegħed b'hekk jiġi emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 3: (a) fil-paragrafu 1, il-lista taħt (a) għandha tiġi supplimentata bl-inċiżi li ġejjin: "- 'Il-mulett strixxjat jew aħmar (Mullus barbatus, Mullus surmuletus) - It-tannuta sewda tal-baħar (Spondyliosoma cantharus)"; (b) fil-paragrafu 1, għandu jiżdied punt ġdid (d): "(d) L-arzella komuni u akwatiċi oħra bla sinsla li jaqgħu taħt il-kodiċi NK 0307: - L-arzella komuni (Pecten maximus) - Il-bronja komuni (Buccinum undatum)" 2. L-ewwel sub-paragrafu ta'l-Artikolu 4(3) għandu jinbidel għal: "3. Il-granċ, l-arzella komuni u l-bronja komuni msemmija fl-Artikolu 3 m'għandhomx jiġu kklassifikati skond l-istandards speċifiċi ta' kemm ikunu friski." 3. L-Artikolu 7(1) għandu jinbidel b'li ġej: "1. Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 3 għandhom jitqiesu skond il-piż jew in-numru għal kull kilogramm. Il-gambli u l-granċi, madankollu, għandhom jiġu gradati f'kategoriji skond il-ħxuna tal-qoxra; l-arzell komuni u l-bronji komuni għandhom jiġu gradati f'kategoriji skond il-ħxuna tal-qoxra." 4. Fl-Anness II, it-tabella li tidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament tikkonċerna l-kategorijii tad-daqs applikabbli għall-mulett strixxjat jew aħmar, it-tannuta sewda tal-baħar, l-arzella komuni u l-bronja komuni għandhom jiżdiedu wara t-tabella eżistenti. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih jiġi ppubblikat fil-Gurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan għandu jgħodd mill-1 ta' Jannar 2001. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Novembru 2000. Għall-Kunsill Il-President J. Glavany [1] ĠU L 388, tal-31.12.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3318/94 (ĠU L 350, tal-31.12.1994, p. 15). [2] ĠU L 17, tal-21.1.2000, p. 22. [3] ĠU L 334, tat-23.12.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 323/97 (ĠU L 52, tat-22.2.1997, p. 8). -------------------------------------------------- L-ANNESS "Skala ta'l-użin | Daqsijiet minimi li għandhom jiġu osservati fil-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 7 | Speċje | Daqs | Kg/ħut jew daqs ta' qoxra | Numru ta' ħut/Kg | Reġjun | Qasam ġeografiku | Daqs minimu | L-arzella komuni (Pecten maximus) | Daqs wieħed | 10 ċm u aktar | | | Reġjuni 1 sa 5 ħlief Skagerrak/ Kattegat u ħlief ICES Vlla fit-tramuntana ta' 52 grad 30' N u Vlld | 100 mm | | | ICES Vlla fit-tramuntana ta' 52 grad 30' N u Vlld | 110 mm | Il-bronja komuni (Buccinum undatum) | Daqs wieħed | 4,5 ċm u aktar | | | Reġjuni minn 1 sa 5 ħlief Skagerrak/ Kattegat | 45 mm | Il-mulett strixxjat jew aħmar (Mullus surmuletus, Mullus barbatus) | 1 | 500 g u aktar | | | | | 2 | 200 g 500 g esklussivi | | | | | 3a | 40 g sa 200 g esklussivi | | | | | Il-Mediterran | 3b | 18 g sa 200 g esklussivi | | | Il-Mediterran | 11 ċm | It-tannuta sewda tal-baħar (Spondyliosoma cantharus) | 1 | 800 g u aktar | | | | | 2 | 500 g sa 800 g esklussivi | | | | | 3 | 300 g sa 500 g esklussivi | | | | | 4 | 180 g sa 300 g esklussivi | | | | | --------------------------------------------------