<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-914/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0914</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:430">EU:C:2021:430</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20210603">3.6.2021</DATE> – Kawża C‑914/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Ministero della Giustizia (Nutara)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20210603">3 ta’ Ġunju 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2000/78/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6(1)</KEYWORD><KEYWORD>Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 21</KEYWORD><KEYWORD>Projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq l-età</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi limitu ta’ età ta’ 50 sena għall-aċċess għall-professjoni ta’ nutar</KEYWORD><KEYWORD>Ġustifikazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑914/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20190919">19 ta’ Settembru 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20191212">12 ta’ Diċembru 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ministero della Giustizia</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">GN,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">HM,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">JL,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">JJ,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev (Relatur), President tal-Awla, A. Kumin, T. von Danwitz, P. G. Xuereb u I. Ziemele, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal GN, minn A. Police, G. Schettino u F. Ferraro, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn F. Varrone u G. Santini, avvocati dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn M. Hellmann u J. Möller, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Martin u B.-R. Killmann, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 10 TFUE, tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) kif ukoll tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas‑<DATE ISO="20001127">27 ta’ Novembru 2000</DATE> li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn il-Ministero della Giustizia (il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Italja) u GN dwar l-iffissar, permezz tad-digriet tad-Direttur Ġenerali ta’ dan il-ministeru tal‑<DATE ISO="20160421">21 ta’ April 2016</DATE> li jiftaħ kompetizzjoni fuq il-bażi ta’ eżamijiet għall-għoti ta’ 500 pożizzjoni ta’ nutar, ta’ limitu ta’ età ta’ 50 sena għall-parteċipazzjoni f’din il-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 6 tad-Direttiva 2000/78 hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Il-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fondamentali tal-Ħaddiema tirrikonoxxi l-importanza li tiġi kumbattuta kull forma ta’ diskriminazzjoni, kif ukoll il-bżonn li tittieħed azzjoni approprjata għall-integrazzjoni soċjali u ekonomika ta’ nies anzjani u b’dizabilità.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tagħha, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>[l]-iskop ta’ din id-Direttiva huwa li tniżżel parametru ġenerali biex tikkumbatti diskriminazzjoni fuq bażi ta’ reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-impjieg u x-xogħol, bi skop li timplimenta fl-Istati Membri il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) u (2) tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskop ta’ din id-Direttiva, ‘il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament’ għandu jfisser li m’għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta għall-ebda raġuni msemmija fl-Artikolu 1.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għandu jitqies li jkun hemm diskriminazzjoni diretta meta persuna tiġi trattata b’mod inqas favorevoli milli kienet tiġi trattata oħra f’sitwazzjoni simili, għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 2000/78 jispeċifika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Fil-limiti tal-kompetenzi konferiti lill-Komunità, din id-Direttiva għandha tapplika għall-persuni kollha, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat, inklużi korpi pubbliċi, f’dak li jirrigwarda:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-impjieg, għal xogħol ta’ min jaħdem għal rasu u għal xogħol ieħor, inklużi l-kriterji ta’ għażla u l-kondizzjonijiet ta’ reklutaġġ, ikun xi jkun il-qasam ta’ attività u fil-livelli kollha tal-ġerarkija professjonali, inkluża l-promozzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Il-ġustifikazzjoni għal trattament differenti fuq bażi ta’ età<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jiddisponi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Minkejja l-Artikolu 2(2), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li trattament differenti fuq bażi ta’ età m’għandux jikkostitwixxi diskriminazzjoni, jekk, fil-kuntest tal-liġi nazzjonali, hu objettivament u raġonevolment iġġustifikat b’għan leġittimu, inkluża politika leġittima ta’ l-impjieg, tas-suq tax-xogħol u ta’ objettivi ta’ taħriġ professjonali, u jekk il-mezzi biex jintlaħqu dawk l-għanjiet ikunu approprjati u neċessarji.</P><P>Dan it-trattament differenti jista’ b’mod partikolari jinkludi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-istabbiliment ta’ kondizzjonijiet speċjali għall-aċċess għall-impjieg u t-taħriġ professjonali, l-impjieg u x-xogħol, inkluzi l-kundizzjonijiet ta’ sensji u pagi, għaż-żgħażagħ, ħaddiema ta’ età, u persuni li jkollhom responsabbilitajiet li jieħdu ħsieb persuni oħra sabiex jippromwovu l-integrazzjoni professjonali tagħhom jew jiżguraw il-protezzjoni tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>L-iffissar ta’ kondizzjonijiet minimi ta’ età, esperjenza professjonali jew anzjanità f’servizz għall-aċċess ta’ mpjieg jew għal ċerti vantaġġi marbuta ma’ l-impjieg;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>l-iffissar ta’ età massima għal reklutaġġ li tkun ibbażata fuq ħtiġiet ta’ formazzjoni tal-post inkwistjoni jew fuq il-ħtieġa ta’ perijodu raġjonevoli ta’ mpjieg qabel l-irtirar.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-legge n. 1365, Norme per il conferimento dei posti notarili (il-Liġi Nru 1365 dwar ir-Regoli għall-Għoti ta’ Pożizzjonijiet ta’ Nutar) tas‑<DATE ISO="19260806">6 ta’ Awwissu 1926</DATE> (GURI Nru 192 tad‑<DATE ISO="19260819">19 ta’ Awwissu 1926</DATE>), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Liġi Nru 1365/1926<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>In-nutara jinħatru permezz ta’ digriet tal-President tar-Repubblika wara kompetizzjoni fuq il-bażi ta’ eżamijiet, li tinżamm f’Ruma tal-inqas darba fis-sena, għan-numru ta’ pożizzjonijiet li ser jiġi ddeterminat mill-Ministru għall-Ġustizzja.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA><P>Sabiex jiġu ammessi sabiex jipparteċipaw fil-kompetizzjoni, il-kandidati għandhom:</P><P>[…]</P><P>(b) ma jkunux laħqu l-età ta’ 50 sena fid-data tal-avviż ta’ kompetizzjoni;</P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-Liġi Nru 1365/1926 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>In-nutara fl-eżerċizzju għandhom jitneħħew mill-funzjonijiet tagħhom permezz ta’ digriet tal-President tar-Repubblika malli jilħqu l-età ta’ 75 sena.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal‑<DATE ISO="20160421">21 ta’ April 2016</DATE>, il-Ministeru għall-Ġustizzja nieda kompetizzjoni fuq il-bażi ta’ eżamijiet intiża sabiex timtela’ 500 pożizzjoni ta’ nutar. Dan id-digriet stabbilixxa limitu ta’ età ta’ 50 sena sabiex persuna tkun tista’ tipparteċipa f’din il-kompetizzjoni, konformement mal-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 1365/1926.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>GN ikkontestat quddiem it-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali għal-Lazio, l-Italja) l-imsemmi digriet li permezz tiegħu hija ġiet eskluża mill-eżamijiet bil-miktub minħabba li hija kienet laħqet l-età ta’ 50 sena fid-data tal-avviż ta’ kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Din il-qorti adottat miżura provviżorja, li permezz tagħha GN tħalliet fil-kompetizzjoni. Hija għaddiet mill-eżamijiet kollha tal-imsemmija kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat‑<DATE ISO="20191128">28 ta’ Novembru 2019</DATE>, din l-istess qorti ddikjarat ir-rikors ta’ GN inammissibbli għar-raġuni li, billi għaddiet mill-eżamijiet tal-kompetizzjoni inkwistjoni, hija kienet tilfet kull interess ġuridiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Ministeru għall-Ġustizzja appella minn din is-sentenza quddiem il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja), billi qies li t-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali għal-Lazio) kellha tiċħad fuq il-mertu r-rikors ippreżentat minn GN u li ma kellhiex tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li hija għaddiet mill-eżamijiet tal-kompetizzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li t-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali għal-Lazio) kellha tiddikjara ammissibbli r-rikors ippreżentat minn GN kontra d-digriet tal‑<DATE ISO="20160421">21 ta’ April 2016</DATE> sa fejn dan jistabbilixxi limitu ta’ età ta’ 50 sena sabiex persuna tkun tista’ tipparteċipa fil-kompetizzjoni ta’ aċċess għall-professjoni ta’ nutar. Barra minn hekk, hija tqis li dan il-limitu ta’ età huwa konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ, jiġifieri l-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 1365/1926. Madankollu, il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) jiddubita l-kompatibbiltà ta’ din id-dispożizzjoni mad-Direttiva 2000/78, b’tali mod li għandha ssir domanda lill-Qorti tal-Ġustizzja għall-finijiet tas-soluzzjoni tal-kawża mressqa quddiemu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont dik il-qorti, tqum b’mod partikolari l-kwistjoni dwar jekk l-imsemmija dispożizzjoni tistax titqies li hija ġġustifikata fid-dawl tal-għanijiet invokati mill-Ministeru tal-Ġustizzja quddiemha, intiżi sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-eżerċizzju tal-professjoni ta’ nutar għal perijodu sinjifikattiv mingħajr ma taffettwa l-bilanċ baġitarju tas-sistema ta’ previdenza soċjali ta’ din il-professjoni, billi tipprekludi lill-persuni qrib l-età tal-irtirar milli jaċċedu għaliha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>L-Artikolu 21 tal-[Karta], l-Artikolu 10 TFEU u l-Artikolu 6 tad-Direttiva [2000/78/KE], sa fejn jipprojbixxu diskriminazzjoni bbażata fuq l-età għall-aċċess għall-impjieg, jipprekludu lil Stat Membru milli jkun jista’ jimponi limitu ta’ età għall-aċċess tal-professjoni ta’ nutar?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 21 tal-Karta u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi limitu ta’ età ta’ 50 sena sabiex persuna tkun tista’ tipparteċipa fil-kompetizzjoni ta’ aċċess għall-professjoni ta’ nutar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jitfakkar li l-projbizzjoni ta’ kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata, b’mod partikolari, fuq l-età hija inkluża fl-Artikolu 21 tal-Karta u li din il-projbizzjoni ġiet ikkonkretizzata mid-Direttiva 2000/78 fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190207">7 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Escribano Vindel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑49/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:106">EU:C:2019:106</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, sabiex tingħata risposta għad-domanda magħmula, għandu, fl-ewwel lok, jiġi eżaminat jekk il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78 u tinkludix differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età. Fl-affermattiv, għandu jiġi vverifikat, fit-tieni lok, jekk din id-differenza fit-trattament tistax tiġi ġġustifikata fid-dawl tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-kwistjoni dwar jekk il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78, kemm mit-titolu u mill-preambolu kif ukoll mill-kontenut u mill-għan ta’ din id-direttiva jsegwi li din hija intiża li tistabbilixxi kuntest ġenerali sabiex tiżgura lil kull persuna l-ugwaljanza fit-trattament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>fl-impjieg u fix-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, billi toffrilu protezzjoni effikaċi kontra d-diskriminazzjonijiet ibbażati fuq wieħed mill-motivi msemmija fl-Artikolu 1 tagħha, li fosthom hemm l-età (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141113">13 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vital Pérez</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑416/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2371">EU:C:2014:2371</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Barra minn hekk, b’mod partikolari mill-Artikolu 3(1)(a) tal-imsemmija direttiva jsegwi li din tapplika, fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni Ewropea, għall-persuni kollha kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat, inklużi l-korpi pubbliċi, f’dak li jirrigwarda b’mod partikolari l-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-impjieg, għal xogħol ta’ min jaħdem għal rasu u għal xogħol ieħor, inklużi l-kriterji ta’ għażla u l-kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ, ikun xi jkun il-qasam ta’ attività u fil-livelli kollha tal-ġerarkija professjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Issa, billi jipprevedi li huma biss il-kandidati li għandhom inqas minn 50 sena fid-data tal-avviż ta’ kompetizzjoni li jistgħu jipparteċipaw fil-kompetizzjoni ta’ aċċess għall-professjoni ta’ nutar, l-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 1365/1926 jaffettwa l-kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ f’dan il-kuntest ta’ impjieg. Għalhekk, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha tiġi kkunsidrata bħala li tistabbilixxi regoli dwar il-kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 2000/78.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tistabbilixxix differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età, fis-sens tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2000/78, għandu jitfakkar li, skont din id-dispożizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> ifisser l-assenza ta’ kull diskriminazzjoni diretta jew indiretta, ibbażata fuq waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva. L-Artikolu 2(2)(a) tagħha jippreċiża li, għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu 2, ikun hemm diskriminazzjoni diretta meta persuna tiġi ttrattata b’mod inqas favorevoli minn oħra li tinsab f’sitwazzjoni paragunabbli, abbażi ta’ waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tal-imsemmija direttiva (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100112">12 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Wolf</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑229/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:3">EU:C:2010:3</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-applikazzjoni tal-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 1365/1926 għandha bħala konsegwenza li ċerti persuni jiġu ttrattati b’mod inqas favorevoli minn persuni oħrajn li jinsabu f’sitwazzjonijiet paragunabbli għar-raġuni li jkunu laħqu l-età ta’ 50 sena. Għalhekk, tali dispożizzjoni tinkludi differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età, fis-sens tad-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-Artikolu 1 u tal-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2000/78.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fit-tielet lok, għandu jiġi eżaminat jekk din id-differenza fit-trattament hijiex iġġustifikata jew le fid-dawl tal-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li l-ewwel paragrafu ta’ din id-dispożizzjoni jistipula li differenza fit-trattament abbażi tal-età ma tikkostitwixxix diskriminazzjoni meta, fil-kuntest tad-dritt nazzjonali, hija oġġettivament u raġonevolment iġġustifikata b’għan leġittimu, b’mod partikolari b’għanijiet leġittimi ta’ politika tal-impjieg, tas-suq tax-xogħol u tat-taħriġ professjonali, u li l-mezzi biex jintlaħaq dan l-għan huma xierqa u neċessarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-punti (a) u (ċ) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 jippreċiża wkoll li dawn id-differenzi fit-trattament jistgħu b’mod partikolari jinkludu, minn naħa, l-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet speċjali ta’ aċċess għall-impjieg għaż-żgħażagħ, sabiex tiġi promossa l-integrazzjoni professjonali tagħhom, jew, min-naħa l-oħra, l-iffissar ta’ età massima għar-reklutaġġ, ibbażata fuq it-taħriġ meħtieġ għall-pożizzjoni kkonċernata jew fuq il-ħtieġa ta’ perijodu ta’ impjieg raġonevoli qabel l-irtirar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-Istati Membri għandhom marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ fl-għażla mhux biss tat-tfittxija ta’ għan partikolari fost għanijiet oħra fil-qasam tal-politika soċjali u tal-impjieg, iżda wkoll fid-definizzjoni tal-miżuri li kapaċi jilħquh. Madankollu, dan il-marġni ta’ diskrezzjoni ma jistax ikollu l-effett li jneħħi s-sinjifikat tal-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101012">12 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Ingeniørforeningen i Danmark</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑499/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:600">EU:C:2010:600</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jsegwi li l-Liġi Nru 1365/1926 ma tippreċiżax l-għan li hija intiża għalih fl-Artikolu 1 tagħha, li jistabbilixxi limitu ta’ età ta’ 50 sena sabiex persuna tkun tista’ tipparteċipa fil-kompetizzjoni ta’ aċċess għall-professjoni ta’ nutar. Il-Gvern Taljan isostni, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tfittex tliet għanijiet, jiġifieri, qabel kollox, il-garanzija tal-istabbiltà tal-eżerċizzju tal-professjoni ta’ nutar għal perijodu sinjifikattiv qabel l-irtirar, b’mod li tiġi ppreżervata l-vijabbiltà tas-sistema ta’ previdenza soċjali, sussegwentement, in-neċessità li jiġi protett il-funzjonament tajjeb tal-prerogattivi nutarili, peress li dawn huma kkaratterizzati minn livell għoli ta’ professjonaliżmu u, fl-aħħar nett, il-faċilitazzjoni tat-tiġdid ġenerazzjonali u t-tiġdid ta’ din il-professjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, qabelxejn, li mill-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 ma jistax jiġi inferit li assenza ta’ preċiżjoni tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fir-rigward tal-għan imfittex ikollha bħala effett li jiġi eskluż awtomatikament li din tkun tista’ tkun iġġustifikata taħt din id-dispożizzjoni. Fin-nuqqas ta’ tali preċiżazzjoni, huwa importanti li elementi oħra misluta mill-kuntest ġenerali tal-miżura kkonċernata jippermettu l-identifikazzjoni tal-għan li fuqu tkun ibbażata din tal-aħħar għall-finijiet tal-eżerċizzju ta’ stħarriġ ġudizzjarju fir-rigward tal-leġittimità tagħha u fir-rigward tan-natura xierqa u neċessarja tal-mezzi implimentati sabiex jintlaħaq dan l-għan (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Fuchs u Köhler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑159/10 u C‑160/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:508">EU:C:2011:508</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, l-invokazzjoni simultanja ta’ diversi għanijiet, li jew huma marbutin waħda mal-oħra jew huma kklassifikati b’ordni ta’ importanza, ma tikkostitwixxix ostakolu għall-eżistenza ta’ għan leġittimu, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200402">2 ta’ April 2020</DATE>, <NAME.CASE>Comune di Gesturi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑670/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:272">EU:C:2020:272</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward, l-ewwel nett, tal-għan li tiġi żgurata l-istabbiltà tal-eżerċizzju tal-professjoni ta’ nutar għal perijodu sinjifikattiv qabel l-irtirar, b’mod li tiġi ppreżervata l-vijabbiltà tas-sistema ta’ previdenza soċjali, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 6(1)(ċ) jippermetti l-iffissar ta’ età massima għar-reklutaġġ, ibbażata fuq in-neċessità ta’ perijodu ta’ impjieg raġonevoli qabel l-irtirar. Issa, fir-rigward tal-preżervazzjoni tas-sistema ta’ previdenza soċjali tan-nutara, mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jsegwi li, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament dwar l-attività ta’ previdenza soċjali u ta’ solidarjetà tal-Cassa Nazionale del Notariato (il-Fond Nazzjonali tan-Nutara, l-Italja) li jamministra din is-sistema, id-dritt għall-ħlas ta’ pensjoni għan-nutara li jieqfu mill-attività tagħhom fl-età limitu awtorizzata sabiex jeżerċitaw din il-professjoni, jiġifieri 75 sena skont l-Artikolu 7 tal-Liġi Nru 1365/1926, huwa suġġett għall-fatt li jkunu eżerċitaw din l-attività għal 20 sena. Kif irrilevat il-Kummissjoni Ewropea fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, id-dritt għal pensjoni li jibbenefikaw minnu n-nutara, skont dan ir-regolament, ma jidhirx li huwa relatat mal-limitu fl-età ta’ 50 sena stabbilit mill-Artikolu 1 tal-imsemmija liġi għall-ammissjoni għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni ta’ aċċess, iżda jidher li huwa marbut ma’ tul minimu ta’ eżerċizzju tal-professjoni. Il-kundizzjonijiet imposti mill-imsemmi fond sabiex tiġi ppreżervata l-vijabbiltà tas-sistema ta’ previdenza soċjali tan-nutara jidhru għalhekk indipendenti minn dan il-limitu tal-età, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, it-tieni, in-neċessità li jiġi protett il-funzjonament tajjeb tal-prerogattivi nutarili, peress li dawn huma kkaratterizzati minn livell għoli ta’ professjonaliżmu, għandu jiġi rrilevat li, ċertament, l-Artikolu 6(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/78 jippermetti l-iffissar ta’ età massima għar-reklutaġġ, ibbażata fuq it-taħriġ meħtieġ għall-pożizzjoni kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, il-Kummissjoni enfasizzat, f’dan ir-rigward, li, konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, il-kandidat għall-kompetizzjoni ta’ nutara għandu jkollu diploma fid-dritt u għandu juri prattika nutarili ta’ 18‑il xahar, li sservi bħala strument ordinarju ta’ bidu għall-professjoni ta’ nutar, peress li l-kandidati kollha li għaddew mill-kompetizzjoni ta’ nutara jitqiesu li huma adegwati sabiex jeżerċitaw il-professjoni ta’ nutar wara li jkunu wettqu perijodu ta’ prova obbligatorju ta’ 120 jum. Minn dan isegwi, bla ħsara għal verifika f’dan ir-rigward mill-qorti tar-rinviju, li l-limitu ta’ età ta’ 50 sena stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 1365/1926 ma jidhirx li huwa intiż għall-għan imsemmi fil-punt preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>It-tielet, fir-rigward tal-għan li jikkonsisti f’li jiġi ffaċilitat it-tiġdid ġenerazzjonali kif ukoll it-tiġdid tal-professjoni ta’ nutar, għandu jitfakkar li l-leġittimità ta’ tali għan ta’ interess ġenerali fid-dawl tal-politika tal-impjieg ma tistax titqiegħed raġonevolament fid-dubju, peress li jidher fost l-għanijiet espressament stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 u li, konformement mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) TUE, il-promozzjoni ta’ livell ta’ impjieg għoli tikkostitwixxi wieħed mill-għanijiet imfittxija mill-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200402">2 ta’ April 2020</DATE>, <NAME.CASE>Comune di Gesturi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑670/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:272">EU:C:2020:272</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-promozzjoni tar-reklutaġġ tikkostitwixxi, b’mod li ma jistax jiġi kkontestat, għan leġittimu tal-politika soċjali jew tal-impjieg tal-Istati Membri, b’mod partikolari meta tiffavorixxi l-aċċess taż-żgħażagħ għall-eżerċizzju ta’ professjoni (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170719">19 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Abercrombie &amp; Fitch Italia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑143/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:566">EU:C:2017:566</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, l-għan li jikkonsisti f’li tiġi stabbilita struttura ta’ età bbilanċjata bejn impjegati żgħażagħ u impjegati iktar anzjani sabiex jiġu ffavoriti r-reklutaġġ u l-promozzjoni ta’ persuni żgħażagħ, sabiex tittejjeb kemm jista’ jkun il-ġestjoni tal-persunal u fl-istess ħin sabiex jiġi evitat it-tilwim eventwali dwar il-kapaċità tal-impjegat li jeżerċita l-attività tiegħu lil hinn minn ċerta età, u dan filwaqt li l-intenzjoni tkun li jiġi offrut servizz ta’ kwalità fil-qasam notarili, jista’ jikkostitwixxi għan leġittimu tal-politika tal-impjieg u tas-suq tax-xogħol (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Fuchs u Köhler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑159/10 u C‑160/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:508">EU:C:2011:508</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 7 tal-Liġi Nru 1365/1926, nutar jista’ jeżerċita l-attività tiegħu sal-età ta’ 75 sena. Barra minn hekk, il-Gvern Taljan ma semmiex elementi intiżi sabiex jindikaw li d-diversi gruppi ta’ età jistgħu, fis-suq tax-xogħol speċifiku għall-attivitajiet nutarili, jikkompetu bejniethom. Għall-kuntrarju, mill-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jsegwi li, fil-kuntest tal-kompetizzjoni ta’ nutar inkwistjoni fil-kawża prinċipali, 419 kandidat biss ġew ammessi wara l-eżamijiet ta’ din il-kompetizzjoni, filwaqt li kienu disponibbli 500 post ta’ nutar li kienu rriżervati, konformement mal-Artikolu 1 ta’ din il-liġi, għal persuni ta’ inqas minn 50 sena. Il-limitu ta’ età stabbilit f’dan l-artikolu għalhekk ma jidhirx, bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju, intiż sabiex jippromwovi l-aċċess tal-ġuristi żgħażagħ għall-professjoni ta’ nutar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, fid-dawl tal-elementi msemmija fil-punti 33 sa 39 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi kkonstatat li, għalkemm l-għanijiet li tiġi żgurata l-istabbiltà tal-eżerċizzju tal-professjoni ta’ nutar għal perijodu sinjifikattiv qabel l-irtirar, li jiġi protett il-funzjonament tajjeb tal-prerogattivi nutarili u li jiġi ffaċilitat it-tiġdid ġenerazzjonali kif ukoll it-tiġdid ta’ din il-professjoni, li jirreferi għalihom il-Gvern Taljan, jistgħu jitqiesu bħala għanijiet leġittimi fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78, id-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tidhirx li tfittex tali għanijiet, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fl-ipoteżi fejn din il-qorti tikkonkludi, madankollu, li din id-dispożizzjoni tfittex dawn l-għanijiet, jeħtieġ ukoll, skont il-kliem stess tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78, li l-mezzi implimentati sabiex jintlaħqu l-imsemmija għanijiet ikunu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>approprjati u neċessarji<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għalhekk, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk l-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 1365/1926 jippermettix li jintlaħqu dawn l-istess għanijiet mingħajr madankollu ma jippreġudika eċċessivament l-interessi leġittimi tal-kandidati għall-professjoni ta’ nutar ta’ età ta’ 50 sena jew iktar, li jinsabu, permezz ta’ din id-dispożizzjoni, imċaħħda mill-possibbiltà li jeżerċitaw din il-professjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li huma l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li għandhom isibu bilanċ ġust bejn id-diversi interessi involuti (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200402">2 ta’ April 2020</DATE>, <NAME.CASE>Comune di Gesturi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑670/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:272">EU:C:2020:272</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, imsemmija fl-Artikolu 21(1) tal-Karta, għandha tinqara fid-dawl tad-dritt għax-xogħol irrikonoxxut fl-Artikolu 15(1) tagħha. Minn dan jirriżulta li għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-parteċipazzjoni tal-ħaddiema anzjani fil-ħajja professjonali u, għalhekk, fil-ħajja ekonomika, kulturali u soċjali. Iż-żamma ta’ dawn il-persuni fil-ħajja attiva tiffavorixxi b’mod partikolari d-diversità fl-impjieg. Madankollu, l-interess li l-imsemmija persuni jinżammu attivi għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fl-osservanza ta’ interessi oħra eventwalment diverġenti (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200402">2 ta’ April 2020</DATE>, <NAME.CASE>Comune di Gesturi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑670/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:272">EU:C:2020:272</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Issa, huwa biżżejjed li jitfakkar, fir-rigward tal-ewwel għan invokat mill-Gvern Taljan, li, kif diġà ġie indikat fil-punt 33 ta’ din is-sentenza, id-dritt għall-ħlas tal-pensjonijiet ta’ rtirar tan-nutara li jieqfu milli jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom meta jkunu laħqu l-età limitu ta’ 75 sena awtorizzata għall-eżerċizzju ta’ din il-professjoni huwa suġġett għall-fatt li jkunu eżerċitaw din il-professjoni għal mill-inqas 20 sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 1365/1926, billi jiffissa l-limitu tal-età għall-aċċess għall-professjoni ta’ nutar għal 50 sena mingħajr kunsiderazzjoni għal dan il-perijodu minimu ta’ attività sabiex persuna tkun tista’ titlob il-ħlas tal-pensjoni tal-irtirar meta n-nutar ikun laħaq din l-età limitu ta’ 75 sena, jidher li jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju, fatt li madankollu għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-eżerċizzju tal-professjoni ta’ nutar għal perijodu sinjifikattiv, b’mod li tiġi ppreżervata l-vijabbiltà tas-sistema ta’ previdenza soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni għan imqajjem mill-Gvern Taljan, kif ġie rrilevat fil-punt 34 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 6(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/78 jippermetti l-iffissar ta’ età massima għar-reklutaġġ fir-rigward tat-taħriġ meħtieġ għall-pożizzjoni kkonċernata. Issa, kif ġie enfasizzat fil-punt 35 ta’ din is-sentenza, peress li dan it-taħriġ huwa limitat, għall-kandidati li għaddew mill-kompetizzjoni ta’ nutar, għal perijodu ta’ prova obbligatorju ta’ 120 jum filwaqt li dawn<?PAGE NO="10"?> tal-aħħar ikunu jistgħu jeżerċitaw l-attività tagħhom sal-età ta’ 75 sena, il-fatt li tiġi rriżervata l-parteċipazzjoni f’din il-kompetizzjoni għall-kandidati ta’ età ta’ inqas minn 50 sena jidher li jaqbeż dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan li jiġi żgurat it-taħriġ meħtieġ għal din l-attività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet għan, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk, f’dan il-każ, il-leġiżlatur nazzjonali, fl-eżerċizzju tal-marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ li għandu fil-qasam tal-politika soċjali u tal-impjieg, sabx bilanċ ġust bejn l-għan li jiffaċilita t-tiġdid ġenerazzjonali kif ukoll it-tiġdid tal-professjoni ta’ nutar man-neċessità li tiġi ppreżervata l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema iktar anzjani fil-ħajja professjonali, peress li dawn il-ħaddiema huma iktar vulnerabbli minħabba din il-karatteristika. Barra minn hekk, kif tiddikjara l-premessa 6 tad-Direttiva 2000/78, il-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema, adottata f’laqgħa tal-Kunsill Ewropew li nżammet fi Strasbourg fid‑<DATE ISO="19891209">9 ta’ Diċembru 1989</DATE>, tirrikonoxxi l-ħtieġa li jittieħdu miżuri xierqa favur l-integrazzjoni soċjali u ekonomika tal-persuni anzjani.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-istabbiliment ta’ limitu ta’ età ta’ 50 sena għall-ammissjoni fil-kompetizzjoni sabiex persuna taċċedi għall-professjoni ta’ nutar għandu l-konsegwenza li jżid id-disponibbiltà ta’ pożizzjonijiet li jistgħu jiġu okkupati minn kandidati żgħażagħ u għalhekk jista’ jikkostitwixxi mezz xieraq sabiex jintlaħaq l-għan li jiġi ffaċilitat it-tiġdid ġenerazzjonali u t-tiġdid ta’ din il-professjoni, sakemm, madankollu, tali miżura ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan u ma tippreġudikax eċċessivament l-interessi tal-persuni kkonċernati. Hija l-qorti nazzjonali li għandha, f’dan il-kuntest, mhux biss tieħu inkunsiderazzjoni l-kapaċità ta’ dawn il-persuni sabiex jeżerċitaw din il-professjoni, iżda wkoll li tieħu inkunsiderazzjoni l-preġudizzju li din il-miżura tista’ tikkawża lill-persuni kkonċernati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121106">6 ta’ Novembru 2012</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs L‑Ungerija</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑286/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:687">EU:C:2012:687</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan il-każ, minn naħa, ma ġiex allegat li l-istabbiliment ta’ limitu ta’ età ta’ 50 sena għall-ammissjoni għal din il-kompetizzjoni huwa ġġustifikat mill-kapaċità ta’ dawn il-kandidati li jeżerċitaw din il-professjoni. Min-naħa l-oħra, kif jirriżulta mill-punt 39 ta’ din is-sentenza, fil-kuntest tal-kompetizzjoni ta’ nutar inkwistjoni fil-kawża prinċipali, numru mhux negliġibbli ta’ pożizzjonijiet ma mteliex u, għaldaqstant, kandidati żgħażagħ ma kellhomx aċċess għall-professjoni nutarili u kandidati li laħqu l-età ta’ 50 sena ġew imċaħħda mill-possibbiltà li jinvokaw il-kompetenzi tagħhom billi jipparteċipaw f’ din il-kompetizzjoni, b’tali mod li l-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 1365/1926, billi jistabbilixxi dan il-limitu ta’ età, jidher li jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan li jiġi ffaċilitat it-tiġdid ġenerazzjonali u t-tiġdid ta’ din il-professjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 21 tal-Karta u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi limitu ta’ età ta’ 50 sena sabiex persuna tkun tista’ tipparteċipa fil-kompetizzjoni għal aċċess għall-professjoni ta’ nutar, sa fejn tali leġiżlazzjoni ma tidhirx li ssegwi l-għanijiet li tiġi żgurata l-istabbiltà tal-eżerċizzju ta’ din il-professjoni għal perijodu sinjifikattiv qabel l-irtirar, li jiġi protett il-funzjonament tajjeb tal-prerogattivi nutarili u li jiġi ffaċilitat it-tiġdid ġenerazzjonali kif ukoll it-tiġdid tal-imsemmija professjoni u, fi kwalunkwe każ, taqbeż dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas‑<DATE ISO="20001127">27 ta’ Novembru 2000</DATE> li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi limitu ta’ età ta’ 50 sena sabiex persuna tkun tista’ tipparteċipa fil-kompetizzjoni għal aċċess għall-professjoni ta’ nutar, sa fejn tali leġiżlazzjoni ma tidhirx li ssegwi l-għanijiet li tiġi żgurata l-istabbiltà tal-eżerċizzju ta’ din il-professjoni għal perijodu sinjifikattiv qabel l-irtirar, li jiġi protett il-funzjonament tajjeb tal-prerogattivi nutarili u li jiġi ffaċilitat it-tiġdid ġenerazzjonali kif ukoll it-tiġdid tal-imsemmija professjoni u, fi kwalunkwe każ, taqbeż dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>