2.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.10643 — ORACLE / CERNER)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 179/03)

1.   

Fit-22 ta’ April 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Oracle Corporation (“Oracle”, l-Istati Uniti);

—

Cerner Corporation (“Cerner”, l-Istati Uniti).

Oracle se takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Cerner.

Il-konċentrazzjoni ssir permezz ta’ offerta pubblika, permezz ta’ offerta ta’ prezz għall-ishma kollha ta’ Cerner li nħarġu u li għadhom pendenti.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Oracle hija attiva madwar id-dinja fl-iżvilupp, fil-produzzjoni, fil-kummerċjalizzazzjoni u fid-distribuzzjoni ta’ soluzzjonijiet tal-IT, inklużi applikazzjonijiet għall-intrapriżi u software u servizzi infrastrutturali.

—

Cerner hija fornitur globali ta’ software u servizzi tal-fornituri tal-kura tas-saħħa li jappoġġaw il-ħtiġijiet kliniċi, finanzjarji u operazzjonali tal-organizzazzjonijiet ta’ ornituri tal-kura tas-saħħa ta’ kull daqs, inkluż il-forniment ta’ software u servizzi għar-rekords tas-saħħa elettroniċi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10643 – ORACLE / CERNER

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz Elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).