Official Journal L 102 , 07/04/2004 P. 0026 - 0031
Ir-Regolament taL-Kummissjoni (KE) Nru 642/2004 tas-6 ta' April 2004 dwar ħtiġiet ta' preċiżjoni għall-ġbir ta' data skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 għad-denunzji ta' statistika fir-rigward ta' ġarr ta'oġġetti fuq l-art (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropej, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 tal-25 ta' Mejju 1998 dwar denunzji ta' statistika fir-rigward tal-ġarr ta' oġġetti bl-art [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu, Billi: (1) Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) 1172/98, il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-denunzji ta' statistika mibgħuta mill-Istati Membri ikunu jikkonformaw ma' standards minimi ta' preċiżjoni, waqt li jingħata kont tal-karatteristiċi strutturali tat-trasport bl-art fl-Istati Membri. (2) Skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) 1172/98, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Ewrostat b'informazzjoni kull sena dwar id-daqs tal-kampjun, rati mhux responsivi u, fil-forma ta' żbalji standard jew intervalli ta' kunfidenza, l-affidabilità tar-riżultati prinċipali. (3) Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-istruttura u l-kontenut ta' l-istandards minimi ta' preċiżjoni dwra r-riżultati statistiċi mibgħuta mill-Istati Membri. (4) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat tal-Programm Statistiku, stabbilitt bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom [3], ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Perjodi ta' żmien koperti fl-istħarriġ 1. Fejn il-metodi wżati mill-Istati Membri fil-kompliazzjoni tad-data jinvolvu metodoloġija ta' kampjun, il-perjodi kollha ta' żmien għandhom ikunu koperti mill-istħarriġ. 2. Fejn it-total tan-numru ta' vetturi bil-mutur li jġorri oġġetti bl-art li jista' jiġi nkluż fl-istħarriġ ikun anqas minn 25000 vettura, jew in-numru totali ta' vetturi li jieħdu sehem fi trasport internazzjonali jkun anqas minn 3000, in-numru minimu ta' ġimgħat koperti bl-istħarriġ fi kwart ta' sena għandu jkun seba'. Artikolu 2 Perċentwal ta' żball standard 1. Fejn il-metodi wżati mill-Istati Membri fil-kompilazzjoni tad-data jinvolvu metodoloġija ta' kampjun, il-perċentwal ta' l-iżball standard (kunfidenza ta' 95 %) ta' l-estimi annwali għat-tunellati metriċi trasportati, it-tunellati metriċi/kilometri magħmula u l-kilometri totali ivvjaġġati mgħobbija għat-total ta' oġġetti trasportati bl-art u għal oġġetti nazzjonali tarsportati bl-art ma għandhomx ikunu akbar minn ± 5 %. 2. Fejn in-numru totali ta' vetturi bil-mutur li jġorru oġġetti bl-art relevanti għall-Istat Membru jkun anqas minn 25000 vettura, jew in-numru totali ta' vetturi li jieħdu sehem fi trasport internazzjonali jkun anqas minn 3000 vettura, il-perċentwal ta' l-iżball standard (kunfidenza ta' 95 %) ta' l-estimi annwali tat-tunellati metriċi trasportati, it-tunellati metriċi/kilometri magħmula u n-numru totali ta' kilometri vvjaġġati mgħobbija għat-total tat-trasport ta' oġġetti bl-art u għall-oġġetti nazzjonali trasportati ma għandux ikun akbar minn ± 7 %. Artikolu 3 Informazzjoni li għandha tiġi provduta lill-Eurostat 1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Eurostat bl-informazzjoni għal kull kwart tas-sena biex jippermettu l-kalkolu tad-daqs tal-kampjun, ir-rati responsivi u jirreġistraw ir-rati ta' kwalità. Fejn l-unità primarja ta' kampjun tkun il-vettura bil-mutur li ġġorr l-oggetti bl-art, l-informazzjoni għandha tiġi provduta fil-format tat-Tabella B1 fl-Anness li jinsab ma' dan ir-Regolament. Fejn l-unità primarja ta' kampjun ma tkunx il-vettura bil-mutur li ġġorr l-oggetti bl-art, l-informazzjoni għandha tiġi provduta fil-format tat-Tabella B2 fl-Anness li jinsab ma' dan ir-Regolament. It-tabella għandha tiġi provduta fl-istess perjodu ta' żmien bħal dak tat-trasmissjoni tad-data stipulat fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1172/98. Għall-finijiet ta' dan l-artikolu, it-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw: (a) "rata responsiva" tfisser valur, li d-dominatur tiegħu huwa n-numru ta' unitajiet ta' kampjun li dwarhom intbagħtu kwestjonarji lil operaturi magħżula, u li n-numeratur tiegħu huwa n-numru ta' unitajiet ta' kampjun li dwarhom intbagħtu kwestjonarji, imnaqqas bit-total tan-numru ta' unitajiet li rrifjutaw li jieħdu sehem u n-numru ta' unitajiet li dwarhom ma ġiet riċevuta informazzjoni ta' ebda tip; (b) "rata ta' kwalità ta' reġistru" tfisser valur, li d-denominatur tiegħu huwa n-numru ta' unitajiet ta' kampjun li dwarhom kienu ntbagħtu kwestjonarji, imnaqqas bit-total tan-numru ta' unitajiet li rrifjutaw li jieħdu sehem u n-numru ta' unitajiet li dwarhom ma ġiet riċevuta informazzjoni ta' ebda tip, u li n-numeratur tiegħu huwa n-numru ta' unitajiet ta' kampjun fejn il-vetturi kienu jaħmu attivament matul il-perjodu ta' l-istħarriġ, miżjud bin-numru ta' unitajiet fejn il-vetturi ma kienux jaħdmu matul il-perjodu ta' l-istħarriġ iżda jistgħu jitqiesu li huma parti mill-ħażna attiva ta' vetturi. 2. Jekk il-perċentwal ta' żbalji standard tad-data provduta minn Stat Membru skond ir-Regolament (KE) Nru 1172/98 ikun ġie kalkolat għal numru ta' snin u l-Eurostat tkun innotat li dawn l-iżbalji standard ikunu fil-limiti preskritti fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament, l-Eurostat tista' teżenta lil dak l-Istat Membru mill-obbligu li jipprovdi t-Tabella B1 jew it-Tabella B2 fuq il-bażi ta' kull tlett xhur. 3. Fejn japplika l-paragrafu 2, l-Istat Membru jista' jipprovdi lill-Eurostat b'informazzjoni għal kull sena li tippermetti l-kalkolu tar-rata responsiva u r-rata ta' kwalità tar-reġistru. L-informazzjoni tista' tiġi provduta fil-format tat-Tabelli B3 jew B4 (kif xieraq) fl-Anness li jinsab ma' dan ir-Regolament. It-tabella għandha tintbagħat fi żmien ħamesxhur mit-tmiem ta' l-aħħar perjodu ta' osservazzjoni ta' tlett xhur tas-sena rilevanti. B'żieda fl-istess limitu ta' żmien, l-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Eurostat bil-figuri kalkolati tal-perċentwal ta' l-iżball standard Kunfidenza ta' 95 %) ta' l-estimi tat-tunellati metriċi trasportati, tunellati metriċi/kilometri magħmula u l-kilometri totali vvjaġġati għat-total ta'oġġetti trasportati bl-art, għal oġġetti nazzjonali trasportati bl-art u t-total ta' trasport bl-art ta' oġġetti internazzjonali. Artikolu 4 Fejn in-numru totali ta' vetturi bil-mutur li jġorru oġġetti bl-art, fi Stat Membru li jaħdmu fi trasport internazzjonali u li jistgħu jiġu nklużi fl-istħarriġ ikun anqas minn 1000 vettura, l-Istat Membru kon1ernat għandu jkun eżentat mill-applikazzjoni tar-Regolament presenti. Artikolu 5 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ wara għoxrin ġurnata mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2006. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fis-6 ta' April 2004. Għall-Kummissjoni Membru tal-Kummissjoni Pedro Solbes Mira [1] ĠU L 163, tas-6.6.1998, p. 1. [2] ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1 [3] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47. -------------------------------------------------- L-ANNESS +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------