31995R2546



Official Journal L 260 , 31/10/1995 P. 0045 - 0046


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2546/95

tat-30 ta' Ottubru 1995

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3199/93 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' proċeduri għall-isnaturar komplet ta' l-alkoħol għall-iskopijiet ta' eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta' l-istrutturi ta' taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u xorb alkoħoliku [1], u b'mod partikolari Artikolu 27(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għat-taxxa tas-sisa u fuq il-moviment li jżomm u sorveljar ta' tali prodotti [2], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 94/74/KE [3], u b'mod partikolari Artikolu 24 tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3199/93 [4] dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' proċeduri għall-isnaturar komplut ta' l-alkoħol għall-iskop ta' eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Taxxi tas-Sisa,

Billi taħt Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83KEE, l-Istati Membri huma meħtieġa li jeżentaw mit-taxxa tas-sisa l-alkoħol li jkun snaturat kompletament skond il-ħtiġiet ta' xi Stat Membru, iżda sakemm dawn il-ħtiġiet jiġu notifikati u aċċettati kif suppost skond il-kondizzjonijiet imniżżlin fil-paragrafi 3 u 4 ta' dak l-Artikolu;

Billi l-Portugall, il-Finlandja, l-Awstrija u l-Isvezja ikkomunikaw l-isnaturanti li huma bi ħsiebhom jimpjegaw;

Billi l-Italja kkomunikat emenda lill-isnaturant awtorizzat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3199/93,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3199/93 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafi li ġejjin se jkunu miżjudin ma' l-Anness:

"Portugall:

L-alkoħol ethyl impur li jkollu għal kull ettolitru minimu ta' 5 litri ta' metilina u alkoħol għola, ta' saħħa alkoħolika bil-volum ta' mhux inqas minn 90 % u mhux iżjed minn 96 %, ma' liema jiżdied għal kull ettolitru:

- 2 litri ta' essenza ta' trementina jew żejt, u

- 2 grammi ta' malakita ħadra jew metilina blu.

Finlandja:

Għal kull ettolitru ta' alkoħol ethyl:

1. 2 litri ta' methylethylketone, u 3 litri methylisobutylketone,

2. 2 litri ta' aċetone, u 3 litri methylisobutylketone,

3. 3 litri ta' aċetu, u 2 grammi ta' denatonium benzoate.

L-Awstrija:

1. Għal kull ettolitru ta' alkoħol ethyl: 0,5 kilogrammi ta' żejt fusel (bi-prodott ta' rettifikazzjoni ta' l-alkoħol), 0,05 kilogrammi ta' żejt tal-gass mill-kodiċi CN 2710 u 1 kilogramma ta' methylethylketone; jew

2. għal kull ettolitru ta' alkoħol ethyl fil-forma ta' finti bħala bi-prodott tar-rettifikazzjoni ta' l-alkoħol ta' l-agrikoltura:

1 kilogramma ta' żejt fusel (bi-prodott tar-rettifikazzjoni ta' l-alkoħol),

0,01 kilogrammi ta' żejt tal-gass mill-kodiċi CN 2710 u 0,2 kilogrammi ta' methylethyletone.

L-Isvezja:

Għal kull ettolitru ta' alkoħol ethyl:

1. 2 litri ta' methylethylketone, u 3 litri ta' methylisobutylketone"

(b) Il-paragrafu li għandu l-isnaturant ta' l-Italja se jkun emendat biex jinqara kif ġej:

"l-Italja:

Għal kull ettolitru ta' alkoħol ethyl ta' saħħa alkoħolika ta' mill-inqas 90 % vol., żid:

- 125 grammi ta' tiofene,

- 0,8 grammi ta' denatonium benzoate,

- 0,4 grammi ta' CI aċidu aħmar 51 (kolorant aħmar),

- 2 litri ta' methylehtylketone."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata meta jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fit-30 ta' Ottubru 1995.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Nru L 316, 31.10.1992, p. 21.

[2] ĠU Nru L 76, 23.3.1992, p. 1.

[3] ĠU Nru L 365, 31.12.1994, p. 46.

[4] ĠU Nru L 288, 23.11.1993, p. 12.

--------------------------------------------------