<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑431/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0431</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:686">EU:C:2013:686</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>5</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20131024">24.10.2013</DATE> — KAWŻA C‑431/12</P><P>RAFINĂRIA STEAUA ROMÂNĂ</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20131024">24 ta’ Ottubru 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud</KEYWORD><KEYWORD>Rimbors tal-VAT eċċessiva permezz tat-tpaċija</KEYWORD><KEYWORD>Annullament tal-avviżi ta’ tpaċija</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu li jitħallsu l-interessi moratorji lill-persuna taxxabbli</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑431/12,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20120621">21 ta’ Ġunju 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20120924">24 ta’ Settembru 2012</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Agenţia Naţională de Administrare Fiscală</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">SC Rafinăria Steaua Română SA,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn E. Juhász, President tal-Għaxar Awla, li qed jaġixxi bħala President tal-Awla, A. Rosas u C. Vajda (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal SC Rafinăria Steaua Română SA, minn D. Dascălu, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, minn R. H. Radu kif ukoll minn E. Gane u A.‑L. Crişan, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Keppenne u L. Lozano Palacios, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="347" DATE.PUB="2006">ĠU L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn l-Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (Aġenzija Nazzjonali tal-Amministrazzjoni Fiskali Rumena, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Agenţia<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> u SC Rafinăria Steaua Română SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Steaua Română<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), dwar talba għal ħlas ta’ interessi relattivi għar-rimbors tardiv tat-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud eċċessiva mħallsa (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) fuq il-VAT li kienet dovuta minn Steaua Română.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-VAT jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Fejn, għal perijodu partikolari ta’ taxxa, l-ammont ta’ tnaqqis jeċċedi l-ammont tal-VAT dovuta, l-Istati Membri jistgħu, skond il-kondizzjonijet li huma għandhom jiddeterminaw, jew jagħmlu rifużjoni jew imexxu l-eċċess ’il quddiem għall-perijodu li jmiss.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 252(2) tad-Direttiva tal-VAT:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Il-perijodu fiskali [taxxabbli] għandu jkun stabbilit minn kull Stat Membru f’xahar, f’xahrejn jew f’tliet xhur.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jistabbilixxu perijodi fiskali differenti sakemm dawn ma jaqbżux sena.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Rumen</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-proċedura fiskali hija stabbilita permezz tad-digriet tal-Gvern Nru 92 dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali (Ordonanţa Guvernului nr. 92 privind Codul de procedură fiscală), tal-<DATE ISO="20031224">24 ta’ Diċembru 2003</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României,</HT> parti I, Nru 941 tad-<DATE ISO="20031229">29 ta’ Diċembru 2003</DATE>, ippubblikat mill-ġdid fil-<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, parti I, Nru 513 tal-<DATE ISO="20070731">31 ta’ Lulju 2007</DATE>), fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data li fiha seħħew il-fatti tal-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 124(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Il-persuni taxxabbli għandhom id-dritt li jirċievu, fuq is-somom li għandhom jiġu restitwiti lilhom jew rimborsati lilhom mill-fondi pubbliċi, interessi sa mill-jum ta’ wara l-iskadenza tat-terminu previst [...] L-interessi għandhom jitħallsu fuq talba tal-persuni taxxabbli.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Id-digriet tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi Nru 1857/2007, tal-<DATE ISO="20071101">1 ta’ Novembru 2007</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României,</HT> parti I, Nru 785 tal-<DATE ISO="20071120">20 ta’ Novembru 2007</DATE>), li japprova l-metodoloġija tal-ipproċessar tad-dikjarazzjonijiet tal-VAT li turi bilanċ negattiv bl-għażla għal rimbors, fil-Kapitolu 1, Taqsima B, punt 6 tiegħu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>It-talbiet għal rimbors għandhom jiġu pproċessati, fl-ordni kronoloġiku tar-reġistrazzjoni tagħhom fi ħdan il-korp fiskali, f’terminu ta’ 45 jum tal-kalendarju sa mid-data tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-[VAT] li turi bilanċ negattiv bl-għażla għal rimbors.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Id-dikjarazzjonijiet tal-VAT ta’ Steaua Română għax-xhur ta’ Diċembru 2007 u ta’ Jannar 2008 wrew bilanċ negattiv ta’ <FT TYPE="NUMBER">3697738</FT> leu Rumen (RON), li r-rimbors tiegħu ġie approvat mill-Agenţia wara kontroll.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Madankollu, wara dan l-istess kontroll, l-Agenţia abbozzat avviż ta’ impożizzjoni ta’ taxxa li permezz tiegħu hija inkarigat, b’mod illegali, lil Steaua Română b’żewġ obbligi fiskali addizzjonali ta’ ammont ta’ RON 19 002 767 bħala VAT u ta’ RON 5 374 404 bħala penalitajiet moratorji rispettivament. Sussegwentement, hija ħarġet żewġ avviżi li permezz tagħhom hija wettqet rimbors tal-VAT eċċessiva permezz ta’ tpaċija, u b’hekk wasslet għal-likwidazzjoni ta’ dawn iż-żewġ obbligi fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Billi l-ilmenti ta’ Steaua Română kontra l-avviż ta’ impożizzjoni ta’ taxxa u l-avviżi ta’ tpaċija ġew miċħuda, din ippreżentat azzjonijiet ġudizzjarji quddiem il-Curtea de Apel Ploiești li annullat l-imsemmija avviżi permezz ta’ sentenzi tal-<DATE ISO="20081204">4 ta’ Diċembru 2008</DATE> u tal-<DATE ISO="20091014">14 ta’ Ottubru 2009</DATE>. L-appelli mressqa mill-Agenţia minn dawn is-sentenzi ġew miċħuda mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie permezz tas-sentenzi tagħha tad-<DATE ISO="20090609">9 ta’ Ġunju 2009</DATE> u t-<DATE ISO="20100513">13 ta’ Mejju 2010</DATE>. Konsegwentement, l-Agenţia kienet obbligata tirrimborsa lil Steaua Română s-somma ta’ RON 3 697 738 mitluba primarjament.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Billi bbażat ruħha fuq l-illegalità tal-avviżi ta’ tpaċija u tar-rimbors tardiv tal-ammont tal-VAT paċut illegalment, Steaua Română talbet ukoll lill-Agenţia għall-ħlas tal-interessi fuq dan l-ammont, ikkalkolati sa mill-iskadenza tat-terminu legali ta’ 45 jum previst għall-ipproċessar tad-dikjarazzjonijiet tal-VAT sal-ħlas lura effettiv tal-imsemmi ammont. Hija kkwantifikat l-ammont ta’ dawn l-interessi għal RON 1 793 972.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Billi l-Agenţia ma rrispondietx għal din it-talba fit-terminu stabbilit mil-leġiżlazzjoni applikabbli, Steaua Română ppreżentat, f’żewġ okkażjonijiet, pretensjonijiet għall-ħlas ta’ ammont totali ta’ RON 1 793 972 bħala interessi legali.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Billi din it-talba ġiet miċħuda permezz ta’ deċiżjoni tal-Agenţia tat-<DATE ISO="20100930">30 ta’ Settembru 2010</DATE>, permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20110214">14 ta’ Frar 2011</DATE> il-Curtea de Apel Bucureşti annullat din id-deċiżjoni u kkundannat lill-Agenţia sabiex tħallas lil Steaua Română s-somma ta’ RON 1 793 972 bħala interessi legali sas-<DATE ISO="20090727">27 ta’ Lulju 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Agenţia ppreżentat appell minn din is-sentenza quddiem l-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl-appell tagħha, l-Agenţia sostniet b’mod partikolari li l-Curtea de Apel Bucureşti wettqet żball ta’ liġi meta kkundannata għall-ħlas ta’ RON 1 739 972 bħala interessi legali, u dan peress li l-leġiżlazzjoni applikabbli ma tissanzjonax il-mod ta’ kif it-talbiet imressqa mill-persuni taxxabbli huma pproċessati, iżda tissanzjona biss l-iskadenza tat-terminu għall-ipproċessar ta’ dawn it-talbiet. Issa, id-dikjarazzjonijiet tal-VAT kif ukoll it-talbiet l-oħra ppreżentati minn Steaua Română ġew eżaminati b’osservanza tat-termini stabbiliti. Konsegwentement, ebda interessi moratorji ma huma dovuti f’dak li jikkonċerna l-perijodu li matulu l-avviżi ta’ tpaċija kienu fis-seħħ.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Steaua Română invokat is-sentenza tat-<DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE>, Enel Maritsa Iztok 3 (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-107/10" PAGE.ECR="I-3873" YEAR="2011">C-107/10, Ġabra p. I-3873</REF.DOC.ECR>), u rrilevat li, f’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet b’mod ċar dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT fir-rigward tar-rispett tad-dritt tal-persuni li jirċievu interessi għar-rimbors tardiv ta’ VAT eċċessiva. Konsegwentement, Steaua Română talbet li l-appell jiġi miċħud bħala infondat u essenzjalment sostniet li l-Agenţia ma kinitx osservat it-termini ta’ rimbors tal-VAT.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, billi bħala qorti tal-appell tal-aħħar istanza l-Înalta Curte de Casaţie și Justiţie ħassitha obbligata tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, hija ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 124 tal-Kodiċi tal-proċedura fiskali fis-sens li l-Istat ma jkunx responsabbli għall-ħlas tal-interessi fuq is-somom mitluba mid-dikjarazzjoni tal-VAT, għall-perijodu bejn id-data tat-tpaċija ta’ dawn is-somom u d-data tal-annullament tal-atti ta’ tpaċija permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 183 tad-Direttiva [...] 2006/112 [...]?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-VAT għandux jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi sitwazzjoni fejn, persuna taxxabbli li tkun talbet ir-rimbors tal-VAT tal-input eċċessiva mħallsa fuq il-VAT li tkun dovuta minnha, ma tkunx tista’ tikseb mingħand l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru interessi moratorji fuq rimbors imwettaq b’mod tardiv minn din l-amministrazzjoni, għal perijodu li matulu kienu fis-seħħ atti amministrattivi li jeskludu r-rimbors, annullati iktar tard permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li, minkejja li l-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-VAT la jipprevedi obbligu li jitħallsu interessi fuq il-VAT eċċessiva li għandha tiġi rimborsata u lanqas ma jipprevedi d-data li minnha huma dovuti tali interessi, din iċ-ċirkustanza waħedha ma tippermettix li jiġi konkluż li dan l-artikolu għandu jiġi interpretat fis-sens li l-modalitajiet stabbiliti mill-Istati Membri għar-rimbors tal-VAT eċċessiva huma eżenti minn kull kontroll fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni (sentenza Enel Maritsa Iztok 3, iċċitata iktar ’il fuq, punti 27 u 28 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm l-implementazzjoni tad-dritt għar-rimbors tal-VAT eċċessiva stabbilit fl-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-VAT taqa’, bħala prinċipju, taħt l-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri, xorta jibqa’ l-fatt li din l-awtonomija hija limitata mill-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività (sentenza Enel Maritsa Iztok 3, iċċitata iktar ’il fuq, punt 29).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza jirriżulta li ċerti regoli speċifiċi li għandhom jiġu osservati mill-Istati Membri matul l-implementazzjoni tad-dritt għar-rimbors tal-VAT eċċessiva jinsiltu mill-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-VAT, interpretat fir-rigward tal-kuntest u tal-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-qasam tal-VAT. Fil-fatt, id-dritt tal-persuni taxxabbli li jnaqqsu mill-VAT dovuta minnhom dik li diġà ġiet imposta fuq il-beni akkwistati u s-servizzi riċevuti minnhom bil-quddiem jikkostitwixxi prinċipju fundamentali tas-sistema komuni tal-VAT stabbilita mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Dan id-dritt jagħmel parti integrali mill-mekkaniżmu tal-VAT u bħala prinċipju ma jistax jiġi limitat. Dan għandu jiġi eżerċitat immedjatament għat-taxxi kollha li jkunu ġew imposti fuq it-tranżazzjonijiet tal-input (sentenza Enel Maritsa Iztok 3, iċċitata iktar ’il fuq, punti 30 sa 32 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-modalitajiet tar-rimbors tal-VAT eċċessiva ma jistgħux jippreġudikaw il-prinċipju ta’ newtralità tas-sistema fiskali tal-VAT billi jġiegħlu lill-persuna taxxabbli ssostni, totalment jew parzjalment, il-piż ta’ din it-taxxa, liema ħaġa timplika, b’mod partikolari, li r-rimbors għandu jitwettaq f’terminu raġonevoli (sentenza Enel Maritsa Iztok 3, iċċitata iktar ’il fuq, punt 33).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Għall-istess raġunijiet, meta r-rimbors — lill-persuna taxxabbli — tal-VAT eċċessiva jsir wara terminu raġonevoli, il-prinċipju ta’ newtralità tas-sistema fiskali tal-VAT ikun jirrikjedi li t-telf finanzjarju ġġenerat b’dan il-mod, bi ħsara għall-persuna taxxabbli, permezz tal-indisponibbiltà tas-somom ta’ flus inkwistjoni jiġi paċut permezz tal-ħlas ta’ interessi moratorji.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li kalkolu tal-interessi dovuti mit-Teżor li ma jiħux bħala bidu tad-dekorrenza l-jum li fih il-VAT eċċessiva suppost kellha tingħata lura skont id-Direttiva tal-VAT huwa, bħala prinċipju, kuntrarju għall-ħtiġijiet tal-Artikolu 183 ta’ din id-Direttiva (sentenza Enel Maritsa Iztok 3, iċċitata iktar ’il fuq, punt 51). Issa, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fil-kawża prinċipali, il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli tipprovdi, bħala prinċipju, għall-kalkolu ta’ interessi moratorji sa mill-iskadenza ta’ terminu ta’ 45 jum stabbilit għall-ipproċessar tad-dikjarazzjonijiet tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li, mill-perspettiva tal-persuna taxxabbli, ir-raġuni għaliex ir-rimbors tal-VAT eċċessiva seħħ tard ma hijiex ta’ importanza. Ma teżisti ebda differenza rilevanti f’dan il-kuntest bejn rimbors tardiv li jkun seħħ minħabba pproċessar amministrattiv tat-talba li jeċċedi t-termini u dak li jkun seħħ minħabba atti amministrattivi li jeskludu illegalment ir-rimbors u li sussegwentement jiġu annullati permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi sitwazzjoni fejn, persuna taxxabbli li tkun talbet ir-rimbors tal-VAT tal-input eċċessiva fuq il-VAT li tkun dovuta minnha, ma tkunx tista’ tikseb, mingħand l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, interessi moratorji fuq rimbors imwettaq b’mod tardiv minn din l-amministrazzjoni, għal perijodu li matulu kienu fis-seħħ atti amministrattivi li jeskludu r-rimbors, u li sussegwentement kienu ġew annullati permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi sitwazzjoni fejn, persuna taxxabbli li tkun talbet ir-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input eċċessiva fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud li tkun dovuta minnha, ma tkunx tista’ tikseb, mingħand l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, interessi moratorji fuq rimbors imwettaq b’mod tardiv minn din l-amministrazzjoni, għal perijodu li matulu kienu fis-seħħ atti amministrattivi li jeskludu r-rimbors, u li sussegwentement kienu ġew annullati permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>