14.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 434/2013

tas-7 ta’ Mejju 2013

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Mâche nantaise (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Jannar 2013. Dan ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa minn Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Mâche nantaise”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1645/1999 (3).

(3)

Ladarba l-emenda kkonċernata mhijiex minuri, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4), skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament imsemmi, l-emenda għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda għall-ispeċifikazzjoni ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)   ĠU L 195 28.7.1999, p. 7.

(4)   ĠU C 242, 11.8.2012, p. 13.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

FRANZA

Mâche nantaise (IĠP)