<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRT12010MTB.0500247701.case.xml"><NO.CASE>T-549/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008A0549</NO.CELEX><NO.SEQ>0017.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>II-2481</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>II-2516</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>36</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20100618">18.6.2010</DATE> — KAWŻA T-549/08</LEFT><RIGHT>IL-LUSSEMBURGU vs IL-KUMMISSJONI</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20100618">18 ta’ Ġunju 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T-549/08,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu,</HT> irrappreżentat minn M. Fisch, bħala aġent, assistita minn P. Kinsch, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea,</HT> irrappreżentata minn A. Steiblytė u B. Conte, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="II-2482"?><P>li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tad-Deċiżjoni C (2008) 5383 tal-Kummissjoni, tal-<DATE ISO="20080924">24 ta’ Settembru 2008</DATE>, dwar is-sospensjoni ta’ ħlasijiet provviżorji tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) lid-dokument uniku ta’ pprogrammar għall-għajnuna strutturali Komunitarja li taqa’ taħt l-objettiv Nru 3 fil-Lussemburgu, u tad-Deċiżjoni C (2008) 5730 tal-Kummissjoni, tas-<DATE ISO="20081006">6 ta’ Ottubru 2008</DATE>, dwar is-sospensjoni ta’ ħlasijiet provviżorji tal-programm ta’ inizjattiva Komunitarja tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-inugwaljanzi relatati mas-suq tax-xogħol (EQUAL) fil-Lussemburgu,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn E. Martins Ribeiro, President, S. Papasavvas u N. Wahl (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: T. Weiler, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20100304">4 ta’ Marzu 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="II-2483"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 147 KE jagħti lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej l-amministrazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) stabbilit permezz tal-Artikolu 146 KE. Il-FSE huwa, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 159 KE, wieħed mill-Fondi Strutturali.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-kuntest ġuridiku li jirregola l-Fondi Strutturali, b’mod partikolari l-għanijiet, l-organizzazzjoni, il-ħidma u l-implementazzjoni tal-għajnuna kif ukoll ir-rwol u l-kompetenzi tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri f’dan il-qasam, huwa stabbilit essenzjalment, għal dak li jirrigwarda l-perijodu ta’ pprogrammar 2000-2006, rilevanti għall-kawża inkwistjoni, mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tal-<DATE ISO="19990621">21 ta’ Ġunju 1999</DATE>, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 31).</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9(n) tal-imsemmi regolament, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>awtorità amministrattiva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> tfisser kull awtorità jew korp pubbliku jew privat fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali nominat mill-Istat Membru, jew l-Istat Membru meta huwa stess jeżerċita din il-funzjoni, sabiex jamministra l-għajnuna għall-finijiet ta’ dan ir-regolament. L-Artikolu 9(o) ta’ dan ir-regolament jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>awtorità li tħallas [ta<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> ħlas] <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>bħala<?PAGE NO="II-2484"?> <QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>awtorità waħda jew iktar nazzjonali, reġjonali jew lokali jew korpi nominati mill-Istati Membri bl-iskop li jfasslu u jissottomettu applikazzjonijiet għall-ħlas u jirċievu l-ħlasijiet mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 34(1)(f) tar-Regolament Nru 1260/1999 jipprovdi b’mod partikolari li l-awtorità amministrattiva għandha tiżgura l-korrettezza tal-operazzjonijiet iffinanzjati taħt l-għajnuna, b’mod partikolari bl-implimentazzjoni ta’ kontrolli interni konformi mal-prinċipji ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 1260/1999 jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="038.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ l-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, l-Istati Membri għandhom jerfgħu fl-ewwel lok ir-responsabbiltà għall-kontroll finanzjarju ta’ l-għajnuna. Għal dak l-iskop, il-miżuri li jieħdu għandhom:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jivverifikaw li l-arranġamenti għall-amministrazzjoni u l-kontroll ikunu ġew stabbiliti u qegħdin jiġu implimentati b’tali mod li jiżguraw li l-fondi Komunitarji qegħdin jintużaw b’effiċjenza u korrettezza;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jagħtu lill-Kummissjoni deskrizzjoni ta’ dawn l-arranġamenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>jiżguraw li l-għajnuna tiġi amministrata skond ir-regoli Komunitarji kollha applikabbli u li l-fondi li jkunu tpoġġew għad-disposizzjponi tagħhom jintużaw skond il-prinċipji ta’ amministrazzjoni finanzjarja serja;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="II-2485"?><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>jiċċertifikaw li d-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispiża [nfiq] preżentati lill-Kummissjoni jkunu eżatti u jiżguraw li jkunu jirriżultaw minn sistemi ta’ kontabilità ibbażati fuq dokumenti appoġġanti li huma verifikabbli[;]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>jipprevjenu, jiskopru u jikkoreġu irregolaritajiet, jgħarrfuhom lill-Kummissjoni, skond ir-regoli, u jżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-proċeduri amministtrattivi u legali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>jippresentaw lill-Kummissjoni, meta kull assistenza tiġi terminata, dikjarazzjoni mfassla minn persuna jew dipartiment li għandu funzjoni indipendenti mill-awtorità amministrattiva nominata Din id-dikjarazzjoni għandha tagħti fil-qosor il-konklużjonijiet tal-kontroll imwettaq fis-snin ta’ qabel u għandha tiżen il-validità ta’ l-applikazzjoni għall-ħlas tal-bilanċ finali u l-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet koperti miċ-ċertifikat finali ta’ l-ispiża. L-Istati Membri jistgħu jehmżu l-opinjoni tagħhom ma’ dan iċ-ċertifikat jekk iqisu li dan ikun meħtieġ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>jikkooperaw mal-Kummissjoni biex jiżguraw li l-Fondi Komunitarji jintużaw skond il-prinnċipji ta’ amministrazzjoni finanzjarja serja;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>jirkupraw kull ammont mitluf minħabba irregolarità li tkun instabet u, fejn hu xieraq, jimponu l-imgħax fuq ħlasijiet tardivi.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="038.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-Kummissjoni fir-responsabbiltà tagħha għall-implimentazzjoni ta’ l-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej għandha tiżgura li l-Istati Membri jkollhom sistemi ta’ amministrazzjoni u kontroll li jaħdmu sewwa biex il-fondi Komunitarji jintużaw b’effiċjenza u b’korrettezza.</P><?PAGE NO="II-2486"?><P>Għal dan il-għan, mingħajr preġudizzju għall-kontrolli imwettqa mill-Istati Membri skond il-liġijiet nazzjonali, ir-regolamenti u d-disposizzjonijet amministrattivi, l-uffiċjali jew l-impjegati tal-Kummissjoni jistgħu, skond l-arranġamenti miftiehma ma’ l-Istat Membru fil-parametri tal-kooperazzjoni mfissra fil-paragrafu 3, jagħmlu kontrolli fuq il-post, inkluż kontrolli f’forma ta’ kampjuni, ta’ l-operazzjonijet finanzjati mill-Fondi u tas-sistemi ta’ l-amministrazzjoni u tal-kontroll b’avviż ta’ mhux anqas minn ġurnata utli waħda. Il-Kummissjoni għandha tagħti avviż lill-Istat Membru konċernat bil-objettiv li tikseb l-għajnuna kollha meħtieġa. L-uffiċjali jew l-impjegati ta’ l-Istat Membru konċernat jistgħu jieħdu sehem f’dawn il-kontrolli.</P><P>Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istat Membru konċernat sabiex jagħmel kontroll fuq il-post sabiex jikkontrolla l-korrettezza ta’ transazzjoni waħda jew iżjed. L-uffiċjali jew l-impjegati tal-Kummissjoni jistgħu jieħdu sehem f’dawn il-kontrolli.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="038.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom fuq il-bażi ta’ l-arranġamenti amministrattivi bilaterali jikkooperaw sabiex jikkoordinaw il-pjanijiet, il-metodi u l-implimentazzjoni tal-kontrolli sabiex ikabbru l-utilità ta’ dawk imwettqa. Huma għandhom immedjatament ipartu r-riżultati tal-kontrolli mwettqa.</P><P>Ta’ mill-inqas darba fis-sena u, fi kwalunkwe każ, qabel ir-reviżjoni annwali provduta minn Artikolu 34(2), għandu jiġi eżaminat u evalwat dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ir-riżultati tal-kontrolli li jkun saru mill-Istat Membru u mill-Kummissjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>kull kummenti li jkunu saru minn korpi jew istituzzjonijiet ta’ kontroll oħra nazzjonali jew Komunitarji;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="II-2487"?><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>l-impatt finanzjarju ta’ l-irregolaritajiet li jkunu ġew osservati, il-passi li jkunu ttieħdu jew li jkunu għadhom meħtieġa biex jiġu koreġuti u, fejn ikun meħtieġ, aġġustamenti fis-sistemi ta’ amministrazzjoni u kontroll.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="038.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>Wara dawn l-eżaminazzjoni u evalwazzjoni u mingħajr preġudizzju għall-miżuri li għandhom jittieħdu immedjatament mill-Istat Membru skond dan l-Artikolu u Artikolu 39, il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijet, b’mod partikolari dwar l-impatt finanzjarju ta’ xi irregolaritajiet li jkunu nstabu. Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jiġu ndirizzati lill-Istat Membru u lill-awtorità amministrattiva tal-għajnuna konċernata. Ma l-osservazzjonijiet għandu jkun hemm, fejn ikun meeħtieġ, it-talbiet għal miżuri korrettivi biex jiġu rimedjati n-nuqqasijiet li jkunu nstabu fil-amministrazzjoni u biex jiġu koreġuti dawk l-irregolaritajiet li jkunu nstabu u li jkunu għadhom ma ġewx koreġuti. L-Istat Membru għandu jkollu l-opportunità li jikkummenta dwar dawn l-osservazzjonijet.</P><P>Jekk, wara li jkunu saru u anke fin-nuqqas ta’ kummenti mill-Istat Membru, il-Kummissjoni tadotta l-konklużjonijiet, l-Istat Membru għandu jieħu l-passi meħtieġa fiż-żmien stipulat sabiex jikkonforma mat-talbiet tal-Kummissjoni u jinforma lill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet tiegħu.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="038.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għal dan l-Artikolu, il-Kummissjoni, wara l-verifika meħtieġa, tista’ tissospendi l-pagament provisorju jew parti minnu jekk issib li n-nefqa konċernata tkun konnessa ma irregolarità serja li ma ġietx korretta u li tkun meħtieġa azzjoni immedjata. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru konċernat dwar l-azzjoni li ttieħdet u r-raġunijiet għaliha.. Jekk, wara ħames xhur, ir-raġunijiet għas-sospensjoni jibqgħu jeżistu jew l-Istat Membru konċernat ma jkunx informa lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda biex l-irregolarità serja tiġi rimedjata, id-dispożizzjonijiet stabbiliti taħt Artikolu 39 għandhom japplikaw. 6. Għal perjodu ta’ tliet snin, jekk ma jkunx deċiż mod ieħor fl-arranġamenti amministrattivi bilaterali, wara li l-Kummissjoni tħallas il-bilanċ finali fir-rigward ta’ xi għajnuna, l-awtoritajiet responsabbli għandhom iħallu għad-dispożizzjoni<?PAGE NO="II-2488"?> tal-Kummissjoni d-dokumenti ta’ appoġġ kollha (jew l-oriġinali jew verżjonijiet attestati li jkunu konformi ma’ l-oriġinali permezz ta’ mezzi komunement aċċettati għat-trasmissjoni ta’ informazzjoni) dwar in-nefqa u l-verifika ta’ l-għajnuna konċernata. Dan il-perjodu għandu jiġi interrott jew fil-każ ta’ proċeduri legali jew fuq talba debitament motivata tal-Kummissjoni.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 39 tar-Regolament Nru 1260/1999, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Korrezzjonijiet finanzjarji<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jgħid dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="039.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom, l-ewwel nett, jerfgħu r-responsabbiltà biex jinvestigaw l-irregolaritajiet, waqt li jaġixxu fuq l-evidenza ta’ xi bidla kbira li taffettwa n-natura jew il-kundizzjonijet għall-implimentazzjoni jew is-superviżjoni ta’ l-għajnuna u biex jagħmlu l-korrezzjonijet finanzjarji meħtieġa.</P><P>L-Istat Membru għandu jagħmel il-korrezzjonijet finali meħtieġa b’konnessjoni ma’ l-irregolarità individwali jew sistematika. Il-korrezzjonijiet magħmula mill-Istat Membru għandhom jikkonsistu fil-kanċellament tal-kontribuzzjoni Komunitarja kollha jew parti minnha. Il-fondi Komunitarji rilaxxati b’dan il-mod jistgħu jerġgħu jintużaw mill-Istat Membru għall-għajnuna konċernata, b’konformità ma l-arranġamenti li għandhom jiġu definiti skond Artikolu 53(2).</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="039.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Jekk, wara li jintemmu l-verifiki meħtieġa, il-Kummissjoni tikkonkludi li:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="II-2489"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>hemm nuqqasijiet serji fis-sistemi ta’ kontroll u l-amministrazzjoni li jistgħu jwasslu għal irregolaritajiet sistematiċi;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>il-Kummissjoni għandha tissospendi l-ħlasijiet provisorji in kwestjoni u, waqt li tispjega r-raġunijiet tagħha, titlob lill-Istat Membru jissottometti l-kummenti tiegħu u, fejn ikun approprjat, jagħmel korrezzjonijiet, fi żmien speċifikat.</P><P>Jekk l-Istat Membru joġġezzjona għall-osservazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jiġi mistieden għal smigħ mill-Kummissjoni, li fih iż-żewġ naħat f’kooperazzjoni ibbażata fuq is-sħubija jagħmlu l-almu tagħhom sabiex jilħqu ftehim dwar l-osservazzjonijiet u l-konklużjonijiet li jirrisultaw minnhom.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="039.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fi tmiem il-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’, jekk ma jkunx intlaħaq ftehim u l-Istat Membru ma jkunx għamel il-korrezzjonijiet u waqt li tagħti kas tal-kummenti magħmula mill-Istat Membru, tiddeċiedi fi żmien tliet xhur li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>tnaqqas il-ħlas akkont imsemmi f’Artikolu 32(2);</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa billi tikkanċella l-kontribuzzjoni tal-Fondi kollha jew parti minnha lill-għajnuna konċernata.</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="II-2490"?><P>Il-Kummissjoni għandha meta tiddeċiedi dwar l-ammont ta’ korrezzjoni tieħu in konsiderazzjoni, b’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, it-tip ta’ irregolarità jew bidla u d-daqs jew l-implikazzjonijet finanzjari tan-nuqqasijiet misjuba fis-sistemi ta’ l-amministrazzjoni jew ta’ kontroll ta’ l-Istati Membri.</P><P>Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni li taġixxi skond (a) jew (b) is-sospensjoni tal-ħlas provisorju għandha tintemm immedjatament.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 438/2001, tat-<DATE ISO="20010302">2 ta’ Marzu 2001</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni [amministrazzjoni] u ta’ kontroll għal għajnuna mogħtija taħt il-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 132), is-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll tal-awtoritajiet amministrattivi u ta’ ħlas u ta’ korpi intermedjarji għandhom, suġġett għall-proporzjonalità fir-rigward tal-volum tal-assistenza mogħtija, jipprovdu għal definizzjoni u allokazzjoni ċara u — sa fejn hija neċessarja sabiex tiġi żgurata amministrazzjoni finanzjarja tajba — separazzjoni adegwata tal-funzjonijiet fi ħdan l-organizzazzjoni kkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 438/2001 jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Sistemi ta’ ġestjoni [amministrazzjoni] u ta’ kontroll għandhom jinkludu proċeduri sabiex tiġi vverifikata l-kunsinna tal-prodotti u s-servizzi ko-finanzjati u r-realtà ta’ l-infiq mitlub u sabiex tiġi żgurata l-konformità mat-termini tad-deċiżjoni relevanti tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 28 tar-Regolament […] Nru 1260/1999 u mar-regoli nazzjonali u tal-Komunità applikabbli dwar, b’mod partikolari, l-eliġibbilità ta’ l-infiq<?PAGE NO="II-2491"?> għal għajnuna mill-Fondi Strutturali taħt l-assistenza konċernata, l-akkwist pubbliku, l-għajnuna mill-Istat (inklużi regoli dwar il-kumulazzjoni ta’ l-għajnuna), protezzjoni ta’ l-ambjent u l-ugwaljanza fl-opportunità.</P><P>Il-proċeduri għandhom jeħtieġu r-reġistrazzjoni tal-verifiki ta’ ħidmiet individwali fuq il-post. Ir-records għandhom jiddikjaraw ix-xogħol imwettaq, ir-riżultati tal-verifiki u l-miżuri meħuda fir-rigward tad-diskrepanzi. Fejn xi verifiki fiżiċi jew amministrattivi ma jkunux eżawrenti, iżda jiġu mwettqa fuq kampjun ta’ ħidmiet, ir-records għandhom jidentifikaw il-ħidmiet magħżula u għandhom jiddeskrivu l-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 438/2001:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll ta’ l-Istati Membri għandhom jipprovdu sekwenza ta’ transazzjonijiet ade[g]wati.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Sekwenza ta’ transazzjonijiet għandha titqies [a]degwata fejn din tippermetti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>rikonċiljazzjoni ta’ l-ammonti sommarji ċċertifikati lill-Kummissjoni bir-records ta’ infiq individwali u bid-dokumenti ta’ appoġġ miżmuma fil-varji livelli amministrattivi u mill-benefiċċjarji finali nklużi, fejn dawn ta’ l-aħħar mhumiex ir-reċipjenti finali tal-fondi, il-korpi jew ditti li jwettqu l-ħidmiet; u</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="II-2492"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>verifikazzjoni ta’ l-allokazzjoni u tat-trasferimenti tal-fondi tal-Komunità u nazzjonali disponibbli.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Deskrizzjoni indikattiva tal-ħtiġiet ta’ l-informazzjoni għal sekwenza ta’ transazzjonijiiet adegwata hija mogħtija fl-Anness I.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-istess regolament, dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ nfiq, jgħid dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Iċ-ċertifikati tad-dikjarazzjonjiet ta’ nfiq interim u finali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 32(3) u (4) tar-Regolament […] Nru 1260/1999 għandhom jiġu stabbiliti fil-forma preskritta fl-Anness II minn persuna jew dipartiment fi ħdan l-awtorità ta’ ħlas li hija indipendenti funzjonalment minn kwalunkwe servizzi ta’ approvazzjoni tat-talbiet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Qabel ma tiċċertifika dikjarazzjoni partikolari, l-awtorità ta’ ħlas għandha tissodisfa lilha nnifisha li ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-awtorità ta’ ġestjoni [amministrattiva] u l-korpi intermedjarji ssodisfaw il-ħtiġiet tar-Regolament […] Nru 1260/1999, b’mod partikolari l-Artikolu 38(1)(ċ) u (e) u l-Artikolu 32(3) u (4), u osservaw it-termini tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 28 tar-Regolament;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="II-2493"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>id-dikjarazzjoni ta’ nfiq tinkludi l-infiq biss:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>li jkun fil-fatt ġie magħmul fi ħdan il-perjodu ta’ eliġibbilità stabbilit fid-deċiżjoni fil-forma ta’ nfiq mill-benefiċċjarji finali, fi ħdan it-tifsira tal-paragrafi 1.2, 1.3 u 2 tar-Regola Nru 1 ta’ l-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1685/2000 [tat-<DATE ISO="20000728">28 ta’ Lulju 2000</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-eliġibbilità ta’ l-infiq ta’ operazzjonijiet kofinanzjati mill-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 122)], li jista’ jiġi sostnut b’fatturi jew b’dokumenti ta’ żamma ta’ kontijiet ta’ valur probatorju ekwivalenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>li jkun ġie mġarrab fil-ħidmiet li ġew magħżula għall-fondi taħt l-assistenza partikolari konċernata bi qbil mal-kriterji ta’ għażla u ta’ proċedura tagħha u li jkunu ġew soġġetti għar-regoli tal-Komunità matul il-perjodu kollu li matulu jkun ġie mġarrab l-infiq; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>minn miżuri li għalihom l-għajnuna kollha ta’ l-Istat ġiet approvata b’mod formali mill-Kummissjoni, fejn relevanti.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Sabiex l-ade[g]watezza tas-sistemi ta’ kontroll [amministrazzjoni] u tas-sekwenza ta’ transazzjonijiet tkun tista’ dejjem tiġi kkunsidrata qabel ma tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ta’ nfiq lill-Kummissjoni, l-awtorità ta’ ġestjoni [amministrattiva] għandha tiżgura li l-awtorità ta’ ħlas tinżamm informata bil-proċeduri mħaddma mill-awtorità ta’ ġestjoni [amministrattiva] u minn korpi intermedji [intermedjarji] sabiex:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>tivverifika l-kunsinna tal-prodotti u servizzi ko-iffinanzjati u l-verità ta’ l-infiq mistqarr;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="II-2494"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tiżgura l-konformità mar-regoli applikabbli; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>żżomm is-sekwenza tat-transazzjonijiet.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>F’każijiet fejn l-awtorità ta’ ġestjoni [amministrattiva] u l-awtorità ta’ ħlas huma jew jappartjenu għall-istess korp, dan il-korp għandu jiżgura li jiġu applikati l-proċeduri li joffru standards ekwivalenti ta’ kontroll għal dawk stipulati fil-paragrafi 2 u 3.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20000808">8 ta’ Awwissu 2000</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C (2000) 1128 li tapprova d-dokument uniku ta’ pprogrammar għall-għajnuna strutturali Komunitarja li taqa’ taħt l-objettiv Nru 3 fil-Lussemburgu (CCI Nru 1999LU053DO001), li pprovdiet għal nefqa totali ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">93578900</FT> u kofinanzjament Komunitarju ta’ ammont massimu ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">39452700</FT>. Din id-deċiżjoni ġiet emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni C (2007) 4256, tal-<DATE ISO="20070910">10 ta’ Settembru 2007</DATE>, li bidlet in-nefqa totali għal EUR <FT TYPE="NUMBER">83289224</FT> u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-FSE għal EUR <FT TYPE="NUMBER">35576935</FT>.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20010322">22 ta’ Marzu 2001</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C (2001) 42 li tapprova l-programm ta’ inizjattiva Komunitarja tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-inugwaljanzi relatati mas-suq tax-xogħol (EQUAL) fil-Lussemburgu (CCI Nru 2000LU050PC001), li pprovdiet għal nefqa totali ta EUR <FT TYPE="NUMBER">8800000</FT> u kontribuzzjoni tal-FSE ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">4400000</FT>. Din id-deċiżjoni ġiet emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni<?PAGE NO="II-2495"?> C (2007) 3658, tal-<DATE ISO="20070724">24 ta’ Lulju 2007</DATE>, li bidlet in-nefqa totali għal EUR <FT TYPE="NUMBER">8707522</FT> u l-kontribuzzjoni tal-FSE għal EUR <FT TYPE="NUMBER">4353761</FT>.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20020207">7 ta’ Frar 2002</DATE>, l-awtoritajiet Lussemburgiżi bagħtu, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 438/2001, deskrizzjoni tas-sistemi tagħhom ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll għaż-żewġ għotjiet ta’ għajnuna koperti mid-Deċiżjonijiet C (2000) 1128 u C (2001) 42 (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>għajnuna inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Bejn it-8 u l-<DATE ISO="20020710">10 ta’ Lulju 2002</DATE>, is-servizzi tal-Kummissjoni wettqu, b’applikazzjoni tal-Artikolu 38(2) tar-Regolament Nru 1260/1999, abbażi tad-deskrizzjoni trażmessa mill-awtoritajiet Lussemburgiżi, missjoni ta’ verifika preventiva fil-kuntest tal-perijodu ta’ pprogrammar 2000-2006 sabiex tiġi evalwata l-implementazzjoni tas-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20020822">22 ta’ Awwissu 2002</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet ir-rapport ta’ verifika finali lill-awtoritajiet Lussemburgiżi. F’dan ir-rapport, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonkludew b’mod partikolari, abbażi ta’ dikjarazzjoni teoretika, li s-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll stabbiliti mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu joffru garanziji suffiċjenti ta’ osservanza tal-leġiżlazzjoni eżistenti u ta’ kriterji ġeneralment aċċettati ta’ amministrazzjoni tajba.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ missjoni ta’ verifika mwettqa fis-7 u fit-<DATE ISO="20030708">8 ta’ Lulju 2003</DATE> sabiex jiġi redatt b’mod partikolari r-rendikont tal-proċeduri dwar l-għeluq tal-perijodu ta’ pprogrammar 1994-1999, is-servizzi tal-Kummissjoni eżaminaw ukoll is-sistemi stabbiliti għall-perijodu ta’ pprogrammar 2000-2006.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20030904">4 ta’ Settembru 2003</DATE>, ir-rapport ta’ verifika dwar din il-missjoni ta’ kontroll intbagħat lill-awtoritajiet Lussemburgiżi. F’dan ir-rapport ta’ verifika,<?PAGE NO="II-2496"?> is-servizzi tal-Kummissjoni kkonstataw li r-rakkomandazzjonijiet fir-rapport ta’ verifika preċedenti kienu ġeneralment ġew segwiti.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Mill-14 sas-<DATE ISO="20040616">16 ta’ Ġunju 2004</DATE>, il-Kummissjoni wettqet verifika li kopriet is-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll tal-programm EQUAL. Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20050211">11 ta’ Frar 2005</DATE>, hija bagħtet ir-rapport ta’ verifika dwar din il-missjoni. Skont dan ir-rapport ta’ verifika, dawn is-sistemi ssodisfaw il-kriterji leġiżlattivi mingħajr preġudizzju għall-kontrolli msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>ta’ 5 %<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> li kienu għadhom ma twettqux.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Bejn il-11 ta’ Ġunju u t-<DATE ISO="20070713">13 ta’ Lulju 2007</DATE>, is-servizzi tal-Kummissjoni wettqu diversi missjonijiet sabiex jikkonfermaw, abbażi ta’ kampjuni każwali, il-livell ta’ garanzija tas-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll stabbiliti fil-kuntest tal-għajnuna inkwistjoni. Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20071129">29 ta’ Novembru 2007</DATE>, ir-rapport ta’ verifika ta’ din il-missjoni ntbagħat lill-awtoritajiet Lussemburgiżi (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>rapport ta’ verifika tad-<DATE ISO="20071129">29 ta’ Novembru 2007</DATE><QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>). Dan ir-rapport enfasizza nuqqasijiet materjali fis-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll tal-għajnuna inkwistjoni, għal dak li jirrigwarda s-separazzjoni tal-funzjonijiet li jaqgħu taħt l-awtorità amministrattiva u dawk li jaqgħu taħt l-awtorità ta’ ħlas, l-ewwel verifiki mwettqa mill-awtorità amministrattiva, iċ-ċertifikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ nfiq mill-awtorità ta’ ħlas u s-sekwenza ta’ tranżazzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20080116">16 ta’ Jannar 2008</DATE>, l-awtoritajiet Lussemburgiżi ressqu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar ir-rapport ta’ verifika tad-<DATE ISO="20071129">29 ta’ Novembru 2007</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20080129">29 ta’ Jannar 2008</DATE>, il-Kummissjoni fakkret lill-awtoritajiet Lussemburgiżi li kellhom l-obbligu li jistabbilixxu mill-ġdid l-amministrazzjoni tajba tal-għajnuna inkwistjoni, b’mod partikolari permezz tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba u billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-baġit Komunitarju.</TXT></NP><?PAGE NO="II-2497"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil-laqgħa annwali tad-<DATE ISO="20080229">29 ta’ Frar 2008</DATE>, il-Kummissjoni avżat lill-awtoritajiet Lussemburgiżi li, f’każ li jonqsu milli jistabbilixxu mill-ġdid l-amministrazzjoni tajba tal-għajnuna inkwistjoni, hija setgħet tadotta deċiżjoni ta’ sospensjoni tal-ħlasijiet provviżorji.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20080513">13 ta’ Mejju 2008</DATE>, il-Kummissjoni indikat li hija kienet ser iżżomm il-pożizzjoni tagħha u wieġbet għall-argumenti mressqa mill-awtoritajiet Lussemburgiżi fl-ittra tagħhom tas-<DATE ISO="20080116">16 ta’ Jannar 2008</DATE>. Hija indikat li l-ebda waħda mir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport ta’ verifika tad-<DATE ISO="20071129">29 ta’ Novembru 2007</DATE> ma setgħet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>tingħalaq<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> abbażi tal-elementi ppreżentati. Skont l-Artikolu 39(2) tar-Regolament Nru 1260/1999, il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Lussemburgiżi sabiex iressqu, fi żmien xahrejn mid-data meta waslet l-imsemmija ittra, l-osservazzjonijiet tagħhom kif ukoll id-deskrizzjoni tal-miżuri korrettivi meħuda sabiex itejbu l-operat tas-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll għall-għajnuna inkwistjoni u tal-korrezzjonijiet finanzjarji neċessarji.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’laqgħa tal-<DATE ISO="20080520">20 ta’ Mejju 2008</DATE> bejn ir-rappreżentanti tal-Ispettorat Ġenerali tal-Finanzi Lussemburgiż u s-servizzi tal-Kummissjoni, dawn tal-aħħar iddeskrivew b’mod iktar dettaljat ir-raġunijiet insostenn tal-pożizzjoni tagħhom għal dak li jirrigwarda n-nuqqasijiet tas-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll. L-awtoritajiet Lussemburgiżi indikaw, min-naħa tagħhom, li huma jżommu l-pożizzjoni tagħhom li spjegaw fl-ittra tas-<DATE ISO="20080116">16 ta’ Jannar 2008</DATE>. F’laqgħa li saret fis-<DATE ISO="20080617">17 ta’ Ġunju 2008</DATE> bejn ir-rappreżentanti tal-awtorità amministrattiva Lussemburgiża u s-servizzi tal-Kummissjoni, l-awtorità amministrattiva żammet ukoll il-pożizzjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni C (2008) 5383, tal-<DATE ISO="20080924">24 ta’ Settembru 2008</DATE>, dwar is-sospensjoni tal-ħlasijiet provviżorji tal-FSE lid-dokumenti uniku ta’ pprogrammar għall-għajnuna strutturali Komunitarja li taqa’ taħt l-objettiv Nru 3 fil-Lussemburgu u d-Deċiżjoni C (2008) 5730, tas-<DATE ISO="20081006">6 ta’ Ottubru 2008</DATE>, dwar is-sospensjoni tal-ħlasijiet provviżorji tal-programm EQUAL lil-Lussemburgu (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>deċiżjonijiet ikkontestati<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), il-Kummissjoni ssospendiet il-ħlasijiet provviżorji tal-FSE li jirrigwardaw l-għajnuna inkwistjoni. Hija kkonkludiet li kienu<?PAGE NO="II-2498"?> jeżistu nuqqasijiet serji fis-sistemi ta’ amministrazzjoni jew ta’ kontroll li jistgħu jwasslu għal irregolaritajiet sistematiċi fis-sens tal-Artikolu 39(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1260/1999 għal dak li jirrigwarda l-imsemmija għajnuna.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Qorti Ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat il-preżenti rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>It-trattazzjoni tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tal-<DATE ISO="20100304">4 ta’ Marzu 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati;</P></ITEM><ITEM><P>tordna li l-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="II-2499"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiddikjara inammissibbli r-rikors sa fejn jikkonċerna d-Deċiżjoni C (2008) 5383;</P></ITEM><ITEM><P>tiċħad il-kumplament tar-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tordna li l-Gran Dukat tal-Lussemburgu jbati l-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-preżenti rikors huwa tardiv u, għaldaqstant, inammissibbli sa fejn huwa indirizzat kontra d-Deċiżjoni C (2008) 5383. Fil-fatt, skont il-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE, rikors għal annullament għandu jiġi ppreżentat fi żmien xahrejn min-notifikazzjoni tal-miżura lir-rikorrent. Issa, fil-każ inkwistjoni, id-Deċiżjoni C (2008) 5383 waslet lir-Rappreżentanza Permanenti tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-Unjoni fil-<DATE ISO="20080925">25 ta’ Settembru 2008</DATE>. Għaldaqstant, il-preżenti rikors ġie ppreżentat wara t-terminu sa fejn jikkonċerna d-Deċiżjoni C (2008) 5383.</TXT></NP><?PAGE NO="II-2500"?><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu ma ressaq l-ebda osservazzjoni f’dan ir-rigward fin-noti tiegħu. Huwa madankollu indika, waqt is-seduta, bi tweġiba għal mistoqsija magħmula mill-Qorti Ġenerali, li hija ma tikkontestax li d-Deċiżjoni C (2008) 5383 waslet għandu fil-<DATE ISO="20080925">25 ta’ Settembru 2008</DATE>, u saret nota ta’ dan fil-proċess verbali tas-seduta.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Għandu jiġi mfakkar li, skont il-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE, ir-rikors għal annullament għandu jiġi ppreżentat fi żmien xahrejn min-notifikazzjoni lir-rikorrent tal-att ikkontestat. Skont l-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, dan it-terminu għandu jiżdied b’terminu ta’ għaxart ijiem għal raġuni ta’ distanza.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza kostanti, dan it-terminu għall-preżentata ta’ rikors huwa ta’ ordni pubbliku u ma huwiex għad-dispożizzjoni tal-partijiet u tal-qorti, billi ġie stabbilit bil-għan li tiġi żgurata ċ-ċarezza u ċ-ċertezza tas-sitwazzjonijiet ġuridiċi u li tiġi evitata kull diskriminazzjoni jew trattament arbitrarju fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19970123">23 ta’ Jannar 1997</DATE>, Coen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-246/95" PAGE.ECR="I-403" YEAR="1997">C-246/95, Ġabra p. I-403</REF.DOC.ECR>, punt 21, u tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19970918">18 ta’ Settembru 1997</DATE>, Mutual Aid Administration Services vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-121/96+T-151/96" PAGE.ECR="II-1355" YEAR="1997">T-121/96 u T-151/96, Ġabra p. II-1355</REF.DOC.ECR>, punt 38).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-każ inkwistjoni, skont l-Artikolu 101(1)(a) u (b) u l-Artikolu 101(2) tar-Regoli tal-Proċedura, it-terminu għall-preżentata ta’ rikors kontra d-Deċiżjoni C (2008) 5383 beda jiddekorri mis-<DATE ISO="20080926">26 ta’ Settembru 2008</DATE>, il-ġurnata wara d-data ta’ notifikazzjoni tal-imsemmija deċiżjoni lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu.</TXT></NP><?PAGE NO="II-2501"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-terminu għall-preżentata tar-rikors kontra din id-deċiżjoni, li kien jinkludi mhux biss it-terminu ta’ xahrejn previst fil-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE, iżda wkoll it-terminu għal raġuni ta’ distanza previst fl-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura, għalaq fil-<DATE ISO="20081205">5 ta’ Diċembru 2008</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, sa fejn jirrigwarda d-Deċiżjoni C (2008) 5383, il-preżenti rikors għal annullament, ippreżentat fis-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, ġie ppreżentat tardivament u għandu, konsegwentement, jiġi ddikjarat inammissibbli. Ir-rikors huwa, min-naħa l-oħra, ammissibbli sa fejn jirrigwarda d-Deċiżjoni C (2008) 5730, billi din tal-aħħar ġiet notifikata lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu fis-<DATE ISO="20081007">7 ta’ Ottubru 2008</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tiegħu, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu jqajjem, essenzjalment, żewġ motivi. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 39(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1260/1999, peress li l-Kummissjoni ssospendiet il-ħlasijiet relatati mal-għajnuna inkwistjoni filwaqt li l-kundizzjonijiet meħtieġa ma kinux sodisfatti.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-ordni li fih għandhom jiġu eżaminati l-motivi mqajma mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, kwistjoni li fuqha ma hemmx qbil bejn il-partijiet, jidher li jaqbel li jiġi eżaminat il-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 39(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1260/1999 qabel dak ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.</TXT></NP><?PAGE NO="II-2502"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 39(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1260/1999</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu jsostni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 39(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1260/1999 billi ssospendiet l-għajnuna inkwistjoni għalkemm il-kundizzjonijiet meħtieġa minn din id-dispożizzjoni ma kinux sodisfatti. Il-konklużjoni li jeżistu nuqqasijiet serji li jistgħu jwasslu għal irregolaritajiet sistematiċi hija manifestament żbaljata. Anki jekk jeżistu xi irregolaritajiet, huma żgħar u mhux sistematiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għal dak li jirrigwarda l-organizzazzjoni tal-awtorità amministrattiva u tal-awtorità ta’ ħlas, la l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 438/2001 u lanqas kull dispożizzjoni oħra tal-imsemmi regolament ma jipprekludu li dawn iż-żewġ awtoritajiet jappartjenu lill-istess korp. Din l-ipoteżi hija barra minn hekk prevista fl-Artikolu 9(4) tal-istess regolament u xejn ma jwaqqaf lill-awtorità amministrattiva u lill-awtorità ta’ ħlas milli jwettqu flimkien il-verifiki tagħhom. Billi talbet tali grad ta’ separazzjoni fl-operat, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi. Fir-replika, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu jippreċiża li, għalkemm huwa veru li l-kontrolluri taż-żewġ awtoritajiet jeżerċitaw il-kontroll fl-istess ħin mal-istess benefiċjarju finali, ma jirriżulta ebda riskju ta’ kompliċità bejn il-kontrollur u l-kontroll, meta jittieħdu inkunsiderazzjoni r-regoli ta’ etika applikabbli fi ħdan is-servizz pubbliku Lussemburgiż.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>It-tieni nett, għal dak li jirrigwarda l-verifiki tal-ewwel livell mill-awtorità amministrattiva u ċ-ċertifikazzjonijiet ta’ nfiq mill-awtorità ta’ ħlas, il-Gran Dukat<?PAGE NO="II-2503"?> tal-Lussemburgu jsostni li ċ-ċertifikazzjoni ta’ nfiq suċċessiv, jiġifieri l-għażla tal-awtorità amministrattiva nazzjonali li tiddikjara l-infiq li dwaru hemm dubju iżda li l-kwalifikazzjoni ġuridika ta’ ineligibbiltà ma tkunx għandha ġiet stabbilita fil-mument tad-dikjarazzjoni, hija konformi mal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 438/2001. Bl-istess mod, il-fatt li jiġi eskluż biss l-element ivvizzjat ta’ nefqa msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>parzjalment ineliġibbli<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> u mhux in-nefqa kollha ma jiksirx din id-dispożizzjoni. Fil-fatt, hija tħalli lill-awtoritajiet nazzjonali marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tal-operat tas-sistemi tagħhom ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll, bil-kundizzjoni li dawn is-sistemi jipprovdu għal proċeduri sabiex tiġi vverifikata l-kunsinna tal-prodotti u s-servizzi kofinanzjati u r-realtà tal-infiq iddikjarat u sabiex tiġi żgurata l-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjonijiet korrispondenti tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, skont il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ma kienx hemm l-obbligu li jittieħed inkunsiderazzjoni d-dokument ta’ ħidma tal-<DATE ISO="20051221">21 ta’ Diċembru 2005</DATE> dwar il-prattiki tajbin li jikkonċernaw il-verifiki ta’ amministrazzjoni li għandhom jiġu effettwati mill-Istati Membri fir-rigward tal-proġetti kofinanzjati mill-fondi strutturali u mill-fondi ta’ koeżjoni, invokat mill-Kummissjoni insostenn tal-interpretazzjoni tagħha, fl-eżekuzzjoni tal-programmi. Ma hemmx dubju li meta jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kontrolli <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> effettwati mill-awtoritajiet lussemburgiżi, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni ser jiġu protetti.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu jikkunsidra li l-konstatazzjonijiet magħmula fir-rapport ta’ verifika tad-<DATE ISO="20071129">29 ta’ Novembru 2007</DATE> dwar is-sekwenza ta’ tranżazzjonijiet, li huma riprodotti fil-punti 30 sa 32 tad-deċiżjonijiet ikkontestati u li skonthom il-fajls miżmuma mill-awtorità amministrattiva huma inkompleti u ma jinkludux ċerti elementi essenzjali sabiex tintwera l-eliġibbiltà u r-regolarità tal-infiq, ma humiex eżatti. Dan il-punt tqajjem diġà mill-awtoritajiet Lussemburgiżi fl-osservazzjonijiet tagħhom tas-<DATE ISO="20080116">16 ta’ Jannar 2008</DATE>, fejn b’mod partikolari ġie enfasizzat li kien definittivament possibbli li tinstab l-informazzjoni kollha dwar il-baġit dettaljat u dwar ir-riżultati li jridu jintlaħqu fil-formola ta’ applikazzjoni għal kull proġett iffinanzjat. Fl-aħħar nett, fil-kontroreplika, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu jenfasizza li l-informazzjoni li allegatament hija nieqsa qatt ma ntalbet mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti kollha tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu. Hija tenfasizza li, kuntrarjament għal dak li jsostni, f’dan il-każ ma humiex<?PAGE NO="II-2504"?> inkwistjoni irregolaritajiet żgħar, iżda ċertu numru ta’ nuqqasijiet serji li jeffettwaw l-organizzazzjoni, il-verifiki tal-ewwel livell mill-awtorità amministrattiva, iċ-ċertifikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ nfiq mill-awtorità ta’ ħlas u s-sekwenza ta’ tranżazzjonijiet, li jikkostitwixxu elementi prinċipali tas-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll u li kull wieħed minnhom kien jiġġustifika sospensjoni tal-ħlasijiet provviżorji.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi mfakkar li jirriżulta mill-ġurisprudenza li r-regola li tgħid li biss l-infiq li sar mill-awtoritajiet nazzjonali skont ir-regoli Komunitarji huwa kopert mill-baġit tapplika wkoll fil-każ li tingħata għajnuna finanzjarja mill-FSE (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20050915">15 ta’ Settembru 2005</DATE>, Irlanda vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-199/03" PAGE.ECR="I-8027" YEAR="2005">C-199/03, Ġabra p. I-8027</REF.DOC.ECR>, punt 26).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 39(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1260/1999, il-Kummissjoni tissospendi l-ħlasijiet provviżorji jekk, wara li twettaq il-verifiki neċessarji, tikkonkludi li jeżistu nuqqasijiet serji fis-sistemi ta’ amministrazzjoni jew ta’ kontroll li jistgħu jwasslu għal irregolaritajiet sistematiċi. L-Artikolu 39(3) tal-istess regolament jindika li l-Kummissjoni tista’ sussegwentement, skont il-każ, tagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa billi tikkanċella l-kontribuzzjoni tal-fondi kollha jew parti minnha lill-għajnuna kkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Skont ir-rekwiżit ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba li huwa l-bażi tal-implementazzjoni tal-fondi strutturali u meta jiġu kkunsidrati r-responsabbiltajiet mogħtija lill-awtoritajiet nazzjonali f’din l-implementazzjoni, l-obbligu<?PAGE NO="II-2505"?> tal-Istati Membri li jistabbilixxu sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll, previst fl-Artikolu 38(1) tar-Regolament Nru 1260/1999 u li l-modalitajiet tiegħu huma ppreċiżati fl-Artikoli 2 sa 8 tar-Regolament Nru 438/2001, huwa ta’ natura essenzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi ddeterminat jekk il-Kummissjoni kellhiex raġun li tissospendi l-ħlasijiet provviżorji relatati mal-programm EQUAL lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu meta jittieħdu inkunsiderazzjoni n-nuqqasijiet li hija identifikat u li huma marbuta, l-ewwel nett, mal-organizzazzjoni tal-awtorità amministrattiva u tal-awtorità ta’ ħlas, it-tieni nett, mal-verifiki tal-ewwel livell effettwati mill-awtorità amministrattiva u maċ-ċertifikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ nfiq mill-awtorità ta’ ħlas, u, it-tielet nett, mas-sekwenza ta’ tranżazzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għal dak li jirrigwarda l-organizzazzjoni tal-awtorità amministrattiva u tal-awtorità ta’ ħlas, il-Kummissjoni indikat, fil-punt 3.1.1.5 tar-rapport ta’ verifika tad-<DATE ISO="20071129">29 ta’ Novembru 2007</DATE>, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>deher li l-persuni responsabbli sabiex jeżegwixxu l-verifiki previsti fl-Artikolu 4 [tar-Regolament Nru 438/2001] u dawk previsti fl-Artikolu 9 [tal-imsemmi regolament] għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni ta’ nfiq jeżerċitaw dawn il-funzjonijiet flimkien<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ddeduċiet minn din il-konstatazzjoni, fil-premessa 18 tad-Deċiżjoni C (2008) 5730, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>l-organizzazzjoni tal-awtorità amministrattiva u tal-awtorità ta’ ħlas ma [setgħetx] tiġi kkunsidrata bħala adegwata u ma tissodisfax ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 438/2001 (definizzjoni u allokazzjoni ċara u separazzjoni adegwata tal-funzjonijiet; garanzija li l-funzjonijiet jiġu mwettqa b’mod sodisfaċenti)<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu jsostni essenzjalment li, kuntrarjament għall-interpretazzjoni mressqa mill-Kummissjoni, l-eżerċizzju konġunt tal-kontrolli tal-awtorità amministrattiva u tal-awtorità ta’ ħlas relatati mal-għajnuna li hija s-suġġett tad-Deċiżjoni C (2008) 5730 (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>għajnuna EQUAL<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) effettwati rispettivament mill-awtorità ta’ ħlas u amministrattiva ma jmurx kontra r-Regolament 438/2001.</TXT></NP><?PAGE NO="II-2506"?><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li l-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 438/2001 jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>[i]s-sistemi ta’ ġestjoni [amministrazzjoni] u ta’ kontroll ta’ awtoritajiet amministrattivi u ta’ ħlas u korpi intermedji [intermedjarji] għandhom, soġġett għall-proporzjonalità fir-rigward tal-volum ta’ assistenza mogħtija, jipprovdu għal definizzjoni ċara, allokazzjoni ċara u, dak li [sa fejn] jkun hemm bżonn sabiex tiġi żgurata prattika [amministrazzjoni] finanzjarja tajba, separazzjoni [a]degwata tal-funzjonijiet fi ħdan l-organizzazzjoni konċernata<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Għalkemm, kif isostni l-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Artikolu 9(4) ta’ dan ir-regolament ma jipprekludix li l-awtorità amministrattiva u l-awtorità ta’ ħlas jappartjenu għall-istess korp, għandha xorta waħda teżisti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>allokazzjoni ċara<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>separazzjoni [a]degwata<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> tal-funzjonijiet ġewwa l-organizzazzjoni kkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jirriżulta b’mod ċar mill-motivazzjoni tad-Deċiżjoni C (2008) 5730 fuq dan il-punt li ma hijiex tant il-konstatazzjoni ta’ irregolaritajiet fil-kontrolli effettwati mill-imsemmija awtoritajiet, iżda pjuttost n-nuqqas ta’ affidabbiltà li ġiet enfasizzata mill-Kummissjoni. Fil-fatt, fl-opinjoni tal-Kummissjoni, l-eżerċizzju konġunt tal-funzjonijiet ta’ amministrazzjoni u ta’ ħlas toħloq dubju fuq l-imparzjalità tal-aġenti responsabbli għall-kontrolli meta tittieħed inkunsiderazzjoni l-qrubija u l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>kompliċità<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> li tali eżerċizzju konġunt jimplika. Jirriżulta b’mod partikolari mill-premessa 17 tad-Deċiżjoni C (2008) 5730 li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>il-verifiki previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament 438/2001 u l-kontrolli previsti fl-Artikolu 9 ta’ dan l-istess regolament ma jistgħux [...] jitwettqu flimkien, minħabba r-riskju ta’ distorsjoni tal-ġudizzju tal-awtorità li għandha tiċċertifika l-applikazzjonijiet ta’ ħlas<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Din il-kunsiderazzjoni għandha tiġi approvata. Fil-fatt, billi l-awtorità amministrattiva u l-awtorità ta’ ħlas għandhom, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-għajnuna ffinanzjata mill-FSE, jeżerċitaw kontrolli ta’ natura differenti fi stadji distinti, l-eżerċizzju konkomitanti tal-funzjonijiet mogħtija lil dawn l-awtoritajiet jippreżenta riskju mhux negliġibbli ta’ koordinazzjoni, jew saħansitra ta’ fużjoni, bejn l-imsemmija kontrolli u, għaldaqstant, huwa ta’ natura li joħloq dubji dwar l-affidabbiltà tal-imsemmija kontrolli.</TXT></NP><?PAGE NO="II-2507"?><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Barra minn hekk, u mingħajr ma kien hemm lok li tirreferi għall-indikazzjonijiet li jidhru fid-dokument ta’ ħidma dwar il-prattiki tajbin li japplikaw għall-funzjoni ta’ ċertifikazzjoni tal-awtorità ta’ ħlas ippreżentat mis-servizzi tal-Kummissjoni lill-Istati Membri, iċċitat mill-Kummissjoni, din tal-aħħar kellha raġun li tikkonkludi li l-organizzazzjoni tal-awtoritajiet ta’ ħlas u amministrattivi Lussemburgiżi kisru l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 438/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>It-tieni nett, għal dak li jirrigwarda n-nuqqasijiet fil-verifiki tal-ewwel livell mill-awtorità amministrattiva u fiċ-ċertifikazzjonijiet ta’ nfiq mill-awtorità ta’ ħlas, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu jsostni, essenzjalment, li, billi kkritikat is-sistema ta’ verifiki tal-ewwel livell u ta’ ċertifikazzjonijiet relatati mal-għajnuna EQUAL, il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-ebda nefqa mhux eliġibbli ma ttieħdet effettivament inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-kontrolli mwettqa <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> u li, definittivament, l-interessi finanzjarji tal-Komunità ġew protetti.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi enfasizzat li l-Kummissjoni osservat fir-rapport ta’ verifika tagħha tad-<DATE ISO="20071129">29 ta’ Novembru 2007</DATE> li, għal dak li jirrigwarda ċertu nfiq, mhux biss l-awtorità amministrattiva ma kinitx wettqet jew ma wettqitx b’mod adegwat il-verifiki tal-ewwel livell, bi ksur tal-artikolu 34 tar-Regolament Nru 1260/1999 u tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 438/2001, iżda wkoll li l-awtorità ta’ ħlas ma għamlitx iċ-ċertifikazzjoni tal-infiq skont l-Artikolu 38(1)(d) tar-Regolament Nru 438/2001. Fil-fatt, dawn l-awtoritajiet iddikjaraw, f’ċertu numru ta’ każijiet, infiq li dwaru huma kellhom dubju. B’mod iktar preċiż, l-awtorità amministrattiva wettqet verifiki inkompleti ta’ nfiq iddikjarat. Barra minn hekk, il-konstatazzjonijiet eventwali ta’ irregolaritajiet magħmula fil-kuntest ta’ verifiki tal-ewwel livell ma ttiħdux sistematikament inkunsiderazzjoni mill-awtorità ta’ ħlas fl-istadju taċ-ċertifikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ nfiq.</TXT></NP><?PAGE NO="II-2508"?><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Tali nuqqasijiet huma serji fis-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll u jistgħu jwasslu għal irregolaritajiet sistematiċi. Fil-fatt, kemm fl-istadju tal-verifiki tal-ewwel livell imwettqa mill-awtorità amministrattiva kif ukoll f’dak taċ-ċertifikazzjoni mwettqa mill-awtorità ta’ ħlas, li jikkostitwixxu garanziji ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiżguraw <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> u b’mod eżawrjenti kemm ir-realtà kif ukoll il-konformità tal-infiq previst. Kuntrarjament għal dak li jsostni l-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ma huwiex biżżejjed li l-awtoritajiet nazzjonali jwettqu verifiki <HT TYPE="ITALIC">ex post</HT> segwiti, skont il-każ, b’korrezzjonijiet finanzjarji.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>It-tielet nett, dawn il-kunsiderazzjonijiet huma validi wkoll għal dak li jirrigwarda l-monitoraġġ tas-sekwenza ta’ tranżazzjonijiet prevista fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 438/2001. F’dan ir-rigward, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu ma weriex li s-sempliċi rinviju tal-formoli ta’ applikazzjoni relatati mal-għajnuna EQUAL seta’ waħdu jipprovdi l-indikazzjonijiet preċiżi kollha rikjesti mill-Artikolu 7(2) u (3) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Fuq dan il-punt, għandu jiġi enfasizzat li l-Anness I tar-Regolament Nru 438/2001, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Deskrizzjoni indikattiva tal-ħtiġiet ta’ informazzjoni għal sekwenza tat-transazzjonijiet adegwata<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, jagħti indikazzjonijiet preċiżi ħafna għal dak li jirrigwarda l-obbligi imposti fuq l-awtoritajiet nazzjonali. Issa, huwa indikat b’mod ċar li dawn l-awtoritajiet għandhom ikollhom u jżommu, fil-livell adattat ta’ amministrazzjoni, kotba tal-kontijiet kif ukoll l-informazzjoni kollha għal kull operazzjoni kofinanzjata.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, il-Kummissjoni kellha raġun li tikkonkludi li jeżistu nuqqasijiet serji fis-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll, li jistgħu jwasslu għal irregolaritajiet sistematiċi u, għaldaqstant, li tissospendi l-ħlasijiet provviżorji<?PAGE NO="II-2509"?> għall-għajnuna EQUAL. F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li l-obbligu tal-applikanti u tal-benefiċjarji ta’ għajnuna Komunitarja li jiżguraw li jagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni suffiċjentement preċiża, sabiex is-sistema ta’ kontroll u ta’ prova mwaqqfa sabiex tivverifika jekk ġewx sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna tkun tista’ taħdem b’mod korrett, hija inerenti fis-sistema ta’ għajnuna tal-FSE u essenzjali għat-tħaddim tajjeb tagħha (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20070606">6 ta’ Ġunju 2007</DATE>, Mediocurso vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-251/05+T-425/05" PAGE.ECR="II-85" YEAR="2007">T-251/05 u T-425/05, Ġabra p. II-85</REF.DOC.ECR>, punt 67, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dan il-motiv ma jistax jiġi milqugħ.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu jikkunsidra li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, peress li hija kienet espressament ikkonstatat, fir-rapporti ta’ verifika preventivi mibgħuta fit-<DATE ISO="20020822">22 ta’ Awwissu 2002</DATE> u fl-<DATE ISO="20030904">4 ta’ Settembru 2003</DATE> rispettivament, iżda wkoll f’dak tas-<DATE ISO="20050207">7 ta’ Frar 2005</DATE>, li s-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll għall-għajnuna inkwistjoni joffru garanziji sodisfaċenti ħafna. Billi għamlet hekk, il-Kummissjoni waslet, fil-missjonijiet ta’ verifika, għal konklużjonijiet dijametrikament opposti minn dawk fid-deċiżjonijiet ikkontestati.</TXT></NP><?PAGE NO="II-2510"?><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Issa, minn naħa, dawn il-verifiki preventivi tal-2002 u tal-2003 imwettqa b’applikazzjoni tal-Artikolu 38(2) tar-Regolament Nru 1260/1999, kienu l-uniċi li twettqu matul dak il-perijodu ta’ pprogrammar u, min-naħa l-oħra, id-deċiżjonijiet ikkontestati rriżultaw biss wara verifika mwettqa wara dan il-perijodu, jiġifieri fi żmien meta ma kienx għadu possibbli li jsiru tibdiliet fis-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll inkwistjoni. F’dan il-każ, l-awtoritajiet Lussemburgiżi ma kellhom l-ebda raġuni sabiex ma jafdawx fl-evalwazzjoni fl-imsemmija rapporti għal dak li jirrigwarda l-konformità tas-sistemi tagħhom ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu jippreċiża li, fil-missjonijiet ta’ verifika preċedenti tagħhom, is-servizzi tal-Kummissjoni kienu vvalidaw espressament il-metodu ta’ organizzazzjoni tal-awtorità amministrattiva u tal-awtorità ta’ ħlas kif ukoll il-monitoraġġ tas-sekwenza ta’ tranżazzjonijiet u l-proċedura ta’ ċertifikazzjoni ta’ nfiq suċċessiv ipprattikata mill-awtoritajiet Lussemburgiżi.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda d-dokumenti ta’ ħidma dwar il-prattiki tajbin li għalihom tirreferi l-Kummissjoni, b’kull probabbiltà dawn ġew redatti fl-aħħar tas-sena 2005, jiġifieri sewwa wara l-bidu tal-għajnuna li taqa’ taħt il-perijodu ta’ pprogrammar rilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda r-rapport tas-<DATE ISO="20050207">7 ta’ Frar 2005</DATE> li ġie wara l-verifika addizzjonali ta’ Ġunju 2004, li ġie ppreżentat mill-Kummissjoni fl-Anness tar-risposta, dan jikkonferma l-fatt li s-servizzi tal-Kummissjoni kienu kollox ma’ kollox sodisfatti bis-sistema ta’ għażla tal-proġetti, bid-dikjarazzjoni ta’ nfiq u bil-kontroll.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu jikkunsidra li, kuntrarjament għall-pożizzjoni meħuda mill-Kummissjoni, il-verifiki ta’ Lulju 2002, ta’ Lulju 2003 u ta’ Ġunju 2004 ma kellhomx portata limitata. Jirriżulta minn ħarsa oġġettiva lejn it-tliet rapporti ta’ verifika relatati li huma ġew redatti wara eżami dettaljat sabiex, minn naħa, jiġi<?PAGE NO="II-2511"?> ddeterminat jekk il-proċeduri realment stabbiliti kinux jikkorrispondu għal dawk notifikati lill-Kummissjoni u jekk kinux konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli u, min-naħa l-oħra, jiġi vverifikat, permezz ta’ kampjuni minn promoturi speċifiċi, jekk is-sistemi setgħux jiġu vvalidati b’mod konkret. F’dan ir-rigward, ma jistax jiġi allegat fir-rigward tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu li l-kampjun ta’ operazzjonijiet ikkontrollati f’dawn il-missjonijiet ta’ verifika kien limitat u, għaldaqstant, mhux rappreżentattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Kummissjoni kienet perfettament informata u approvat fl-intier tagħhom is-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll Lussemburgiżi.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu. Hija ssostni, essenzjalment, li r-rapporti ta’ verifika ma humiex ta’ natura li joħolqu aspettattivi leġittimi u li, f’kull każ, ma ħolqux tali aspettattivi fil-każ inkwistjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, id-dritt li jiġu invokati l-aspettattivi leġittimi jippresupponi li jkunu sodisfatti tliet kundizzjonijiet kumulattivi. Fl-ewwel lok, għandhom ikunu ngħataw garanziji preċiżi, bla kundizzjonijiet u konsistenti, li joriġinaw minn sorsi awtorizzati u affidabbli, lill-persuna kkonċernata mill-amministrazzjoni. Fit-tieni lok, dawn il-garanziji għandhom ikunu tali li jnisslu aspettattivi leġittimi fil-persuna indirizzata. Fit-tielet lok, dawn il-garanziji għandhom ikunu konformi mar-regoli applikabbli (ara s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20050630">30 ta’ Ġunju 2005</DATE>, Branco vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-347/03" PAGE.ECR="II-2555" YEAR="2005">T-347/03, Ġabra p. II-2555</REF.DOC.ECR>, punt 102, u l-ġurisprudenza ċċitata, u<?PAGE NO="II-2512"?> tat-<DATE ISO="20060223">23 ta’ Frar 2006</DATE>, Cementbouw Handel &amp; Industrie vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-282/02" PAGE.ECR="II-319" YEAR="2006">T-282/02, Ġabra p. II-319</REF.DOC.ECR>, punt 77).</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dan il-każ, titqajjem il-mistoqsija jekk l-evalwazzjonijiet fir-rapporti ta’ verifika tal-2002, 2003 u 2005 dwar il-proġetti kofinanzjati mill-FSE kinux ta’ natura li joħolqu aspettattivi leġittimi tal-awtoritajiet nazzjonali, li huma responsabbli, qabel kollox, għall-amministrazzjoni u l-kontroll tal-għajnuna.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita li l-ksur tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi ma jistax jiġi invokat minn persuna li hija ħatja ta’ ksur manifest tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19851212">12 ta’ Diċembru 1985</DATE>, Sideradria vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="67/84" PAGE.ECR="3983" YEAR="1985">67/84, Ġabra p. 3983</REF.DOC.ECR>, punt 21, u d-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20041125">25 ta’ Novembru 2004</DATE>, Vela u Tecnagrind vs Il-Kummissjoni, C-18/03 P, mhux ippubblikat fil-Ġabra, punti 117 sa 119; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-<DATE ISO="20030409">9 ta’ April 2003</DATE>, Forum des migrants vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-217/01" PAGE.ECR="II-1563" YEAR="2003">T-217/01, Ġabra p. II-1563</REF.DOC.ECR>, punt 76, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Diġà ġie ppreċiżat fil-ġurisprudenza li l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi ma jistax jiġi invokat fl-oppożizzjoni tas-sospensjoni ta’ għajnuna Komunitarja meta l-kundizzjonijiet stabbiliti għall-għoti tal-imsemmija għajnuna ma ġewx sodisfatti manifestament (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tad-<DATE ISO="19990929">29 ta’ Settembru 1999</DATE>, Sonasa vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-126/97" PAGE.ECR="II-2793" YEAR="1999">T-126/97, Ġabra p. II-2793</REF.DOC.ECR>, punt 39, u tal-<DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE>, Branco vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-162/04" PAGE.ECR="II-102" YEAR="2006">T-162/04, Ġabra p. II-102</REF.DOC.ECR>, punt 123, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hekk kif jirriżulta mill-eżami tal-ewwel motiv, il-Kummissjoni ma wettqet ebda żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet, fid-Deċiżjoni C (2008) 5730, li kienu jeżistu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>diversi nuqqasijiet serji fis-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> li jistgħu jwasslu għal irregolaritajiet sistematiċi u li, konsegwentement, kellhom jiġu sospiżi l-ħlasijiet provviżorji relatati mal-għajnuna EQUAL.</TXT></NP><?PAGE NO="II-2513"?><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Tali irregolaritajiet għandhom, bħal fil-każ tal-ksur manifest tal-leġiżlazzjoni Komunitarja li abbażi tiegħu titfassal deċiżjoni ta’ għoti ta’ għajnuna Komunitarja jew bħal fil-każ tad-dispożizzjonijiet f’deċiżjoni ta’ għoti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Sonasa vs Il-Kummissjoni, punti 36, 36 u 39 iktar ’il fuq, u d-digriet Vela vs Il-Kummissjoni, punti 117 u 118 iktar ’il fuq), jiġu kkwalifikati bħala ksur manifest tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>L-eżistenza eventwali ta’ irregolaritajiet li ma kinux segwiti jew identifikati preċedentement fl-ebda każ ma tista’ tifforma l-bażi ta’ aspettattivi leġittimi (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20031016">16 ta’ Ottubru 2003</DATE>, Irlanda vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-339/00" PAGE.ECR="I-11757" YEAR="2003">C-339/00, Ġabra p. I-11757</REF.DOC.ECR>, punt 81). Barra minn hekk, xejn ma jwaqqaf lill-Kummissjoni, wara li tidentifika nuqqasijiet waqt kontroll speċifiku, milli tasal għal konsegwenzi finanzjarji. L-awtoritajiet nazzjonali, li huma responsabbli qabel kollox għall-kontroll finanzjarju tal-għajnuna (ara l-Artikolu 38(1) tar-Regolament Nru 1260/1999), ma jistgħux jeżentaw lilhom infushom mir-responsabbiltà tagħhom billi jinvokaw il-fatt li l-Kummissjoni ma kkonstatat ebda irregolarità f’kontroll preċedenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19990422">22 ta’ April 1999</DATE>, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-28/94" PAGE.ECR="I-1973" YEAR="1999">C-28/94, Ġabra p. I-1973</REF.DOC.ECR>, punt 76).</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Għaldaqstant, billi ġiet stabbilita l-eżistenza ta’ irregolaritajiet serji fir-rigward tal-leġiżlazzjoni applikabbli, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu ma jistax isostni li l-evalwazzjonijiet fir-rapporti ta’ verifika magħmula bejn l-2002 u l-2004 ħolqu xi tamiet fondati kemm fir-rigward tal-konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja tas-sistema ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll bħal dik ikkunsidrata f’dan il-każ u għalhekk kif ukoll fir-rigward tal-għoti definittiv tal-ħlasijiet effettwati għall-għajnuna EQUAL.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>F’kull każ, hekk kif il-Kummissjoni enfasizzat waqt is-seduta, rapporti ta’ verifika redatti mis-servizzi tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-implementazzjoni ta’ operazzjonijiet iffinanzjati minn fondi strutturali ma humiex, bħala prinċipju, ta’ natura li joħolqu aspettattivi leġittimi, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 71 iktar ’il fuq, għal dak<?PAGE NO="II-2514"?> li jirrigwarda l-konformità tas-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. Tali rapporti huma stabbiliti ġeneralment permezz ta’ kampjuni, abbażi ta’ elementi rappreżentattivi, u mhux eżawrjenti, relatati mal-għajnuna, u huma limitati li jiddeskrivu s-sitwazzjoni osservata fid-data meta seħħet il-verifika. Barra minn hekk, dawn ir-rapporti jirriflettu biss l-opinjoni professjonali ta’ aġenti responsabbli għall-operazzjonijiet ta’ kontroll fuq il-post u mhux dik tal-Kummissjoni, li tesprimi ruħha sussegwentement wara proċedura kontradittorja li tinvolvi mill-viċin lill-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni tapplika iktar u iktar f’dan il-każ billi ma jirriżultax mill-elementi tal-proċess li l-konklużjonijiet fir-rapporti ta’ verifika redatti wara dak tad-<DATE ISO="20071129">29 ta’ Novembru 2007</DATE> taw xi garanzija preċiża lill-awtoritajiet Lussemburgiżi ta’ natura li toħloq tamiet għal dak li jirrigwarda l-konformità tas-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll tal-għajnuna EQUAL u, b’hekk, ħolqu aspettattivi leġittimi dwar il-fatt li l-Kummissjoni ma kinitx ser tissospendi l-għajnuna finanzjarja Komunitarja mogħtija għall-imsemmija għajnuna.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Huwa ċar li r-rapporti ta’ verifika preċedenti ma kellhomx fil-fatt la l-istess għan u lanqas l-istess portata bħal dak tad-<DATE ISO="20071129">29 ta’ Novembru 2007</DATE>. L-ewwel nett, ir-rapport dwar il-verifika preventiva mwettqa mit-8 sat-<DATE ISO="20020712">12 ta’ Lulju 2002</DATE> jindika biċ-ċar li għandu bħala għan li jistabbilixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>rendikont ġenerali tal-karatteristiċi tas-sistema ta’ amministrazzjoni, ta’ ħlas u ta’ kontroll relatati mal-għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. Din il-missjoni ta’ verifika kellha biss, fil-kliem tar-rapport stess, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>il-permess li turi li s-sistema ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll implementati mill-Istat Membru joffru garanziji suffiċjenti<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> abbażi ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>dikjarazzjoni teoretika<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. It-tieni nett, ir-rapport tal-<DATE ISO="20030904">4 ta’ Settembru 2003</DATE> dwar il-verifika mwettqa f’Lulju 2003 jsemmi li, minbarra r-rendikont tal-proċeduri ta’ għeluq li jirrigwardaw il-perijodu ta’ pprogrammar 1994-1999, kien intiż sabiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>tanalizza s-segwitu għar-rapport ta’ verifika tal-2002<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. It-tielet nett, ir-rapport tas-<DATE ISO="20050207">7 ta’ Frar 2005</DATE> dwar il-verifika ta’ Ġunju 2004 kellu bħala għan li janalizza s-sitwazzjoni abbażi ta’ aspetti differenti tal-leġiżlazzjoni indirizzati mill-awdituri (ara l-punt 6 tal-Parti I tal-imsemmi rapport).</TXT></NP><?PAGE NO="II-2515"?><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dawn il-verifiki kienu intiżi sabiex isiru ċerti kontrolli dwar l-implementazzjoni ta’ sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll tal-għajnuna EQUAL. Kien biss ir-rapport tad-<DATE ISO="20071129">29 ta’ Novembru 2007</DATE>, li jindika fis-suġġett tiegħu li huwa intiż sabiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>jikkontrolla proġetti abbażi ta’ kampjuni każwali bl-għan li jiġi kkonfermat il-livell ta’ garanzija tas-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll għall-perijodu ta’ pprogrammar 2000-2006<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, li seta’ jikkonferma l-livell ta’ garanzija mogħti lis-sistemi fis-seħħ matul il-verifiki preċedenti (ara l-punt 1 tal-imsemmi rapport). Il-fatt li dan ir-rapport ta’ verifika definittiv kien disponibbli biss wara l-perijodu ta’ pprogrammar previst fil-każ inkwistjoni, jiġifieri l-perijodu 2000-2006, ma huwiex tort tal-Kummissjoni, peress li huwa inerenti fis-sistema ta’ kontroll finanzjarju li jirriżulta mir-Regolament Nru 1260/1999.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Għal dawn il-motivi, għandu jiġi miċħud ukoll it-tieni motiv imqajjem mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu u, għaldaqstant, ir-rikors kollu kemm hu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress illi l-Gran Dukat tal-Lussemburgu tilef, hemm lok li jiġi kkundannat ibati l-ispejjeż, skont it-talbiet tal-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="II-2516"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Martins Ribeiro</P><P>Papasavvas</P><P>Wahl</P><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20100618">18 ta’ Ġunju 2010</DATE>.</P><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>