12006E157

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU XVI - L-Industrija - Artikolu 157

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0117 - 0118
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0103 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0249 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0049 - Consolidated version
(EEC Treaty - no official publication available)


Artikolu 157

1. Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu l-kundizzjonijiet neċessarji għall-kompetittività ta' l-industrija tal-Komunità.

Għal dan l-iskop, skond is-sistema ta’ swieq miftuħa u kompetittivi, l-azzjoni tagħhom għandha tfittex li:

- tħaffef l-adattament ta’ l-industrija għal bidliet strutturali;

- tinkoraġġixxi ambjent favorevoli għall-inizjattiva u għall-iżvilupp ta’ l-impriżi fi ħdan il-Komunità kollha, partikolarment ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju;

- tinkoraġġixxi ambjent favorevoli għall-kooperazzjoni bejn l-impriżi;

- tikkoltiva l-isfruttament aħjar tal-potenzjal industrijali tal- politika ta’ innovazzjoni, riċerka u żvilupp teknoloġiku.

2. L-Istati Membri, għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin, b’konnessjoni mal-Kummissjoni u, fejn meħtieġ, għandhom jikkordinaw l-azzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni tista' tieħu kull inizjattiva utli biex tippromwovi dik il-koordinazzjoni.

3. Il-Komunità għandha tikkontribwixxi biex jitlaħqu l-miri kif imniżżla fil-paragrafu 1 permezz tal-politika u l-attivitajiet li ssegwi skond disposizzjonijiet oħra ta’ dan it-Trattat. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi bil-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, jista’ jiddeċidi dwar miżuri speċifiċi b’appoġġ għall-azzjoni meħuda fl-Istati Membri biex jintlaħqu l-miri mniżżla fil-paragrafu 1.

Dan it-Titolu m’għandux iservi ta’ bażi għall-introduzzjoni mill-Komunità ta’ xi miżura li tista’ twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni jew li jkun fiha disposizzjonijiet fiskali jew disposizzjonijiet relatati mad-drittijiet jew l-interessi ta’ l-impjegati.

--------------------------------------------------