|
4.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 145/21 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/909
tat-18 ta' Frar 2019
li tistabbilixxi l-lista ta' stħarriġiet obbligatorji tar-riċerka u l-limiti għall-għanijiet tal-programm multiannwali tal-Unjoni għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta' qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (1), u b'mod partikolari l-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri għandhom jiġbru d-data bijoloġika, ambjentali, teknika u soċjoekonomika meħtieġa għall-ġestjoni tas-sajd. Il-programm multiannwali tal-Unjoni għall-ġbir, għall-ġestjoni u għall-użu tad-data fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura (EU MAP) għall-perjodu 2017-2019 ġie adottat bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1251 (3) u jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2019. |
|
(2) |
Il-programm multiannwali tal-Unjoni hu meħtieġ biex l-Istati Membri jispeċifikaw u jippjanaw l-attivitajiet tal-ġbir tad-data tagħhom fil-pjanijiet ta' ħidma nazzjonali tagħhom. Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), dawn il-pjanijiet ta' ħidma nazzjonali għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru tas-sena ta' qabel is-sena meta għandu japplika l-pjan ta' ħidma. |
|
(3) |
Bħala tħejjija għar-rieżami tal-EU MAP wara l-2019, qed isiru konsultazzjonijiet ma' esperti permezz tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd, il-gruppi ta' koordinazzjoni reġjonali, rappreżentanti tal-Istati Membri u partijiet konċernati rilevanti oħra, u se jintemmu biss fl-aħħar tal-2019. Minħabba f'hekk, l-EU MAP il-ġdida li tqis l-eżiti ta' dawn il-konsultazzjonijiet ma tistax tiġi adottata qabel l-2021. |
|
(4) |
Għalhekk għall-2020 u l-2021 hemm bżonn jiġu adottati dispożizzjonijiet dwar il-lista ta' stħarriġiet obbligatorji tar-riċerka fuq il-baħar u l-limiti li inqas minnhom, l-Istati Membri mhumiex obbligati jiġbru d-data, li hemm inkluż fl-EU MAP attwali, abbażi tar-Regolament (UE) 2017/1004. |
|
(5) |
Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni tistabbilixxi, b'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1004, il-lista ta' stħarriġiet obbligatorji tar-riċerka fuq il-baħar u l-limiti li inqas minnhom, l-Istati Membri mhumiex obbligati jiġbru d-data abbażi tal-attivitajiet tagħhom tas-sajd u tal-akkwakultura jew iwettqu stħarriġiet fuq il-baħar, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(b) u (c) ta' dak ir-Regolament. L-arranġamenti dettaljati dwar il-ġbir u l-ġestjoni tad-data bijoloġika, ambjentali, teknika u soċjoekonomika mill-Istati Membri, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a) ta' dak ir-Regolament, huma previsti bid-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/910 (5). |
|
(6) |
Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1251 titħassar. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-finijiet tal-programm multiannwali tal-Unjoni għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data fis-settur tas-sajd għall-perjodu 2020-2021, il-lista ta' stħarriġiet obbligatorji tar-riċerka fuq il-baħar u l-limiti li inqas minnhom, l-Istati Membri mhumiex obbligati jiġbru d-data abbażi tal-attivitajiet tagħhom tas-sajd u tal-akkwakultura jew iwettqu stħarriġiet fuq il-baħar, li jkopru l-partijiet tal-programm multiannwali tal-Unjoni msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2017/1004, tinsab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1251 hi mħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2020.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2020.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Frar 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 157, 20.6.2017, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1251 tat-12 ta' Lulju 2016 li tadotta programm multiannwali tal-Unjoni għall-ġbir, għall-ġestjoni u għall-użu ta' data fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura għall-perjodu 2017-2019 (ĠU L 207, 1.8.2016, p. 113)
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/910 tat-13 ta' Marzu 2019 li tistabbilixxi l-programm multiannwali tal-Unjoni għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data bijoloġika, ambjentali, teknika u soċjoekonomika fis-setturi tas-sajd u l-akkwakultura (ara paġna 27 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS
KAPITOLU I
Stħarriġ tar-riċerka fuq il-baħar
Għall-inqas għandu jsir kull stħarriġ tar-riċerka fuq il-baħar imsemmi fit-Tabella ta' dan l-Anness (li tissostitwixxi t-Tabella 10 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1251), diment li rieżami tal-istħarriġiet ma jasalx għall-konklużjoni li l-istħarriġ ma jkunx għadu xieraq għal informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-istokkijiet u l-ġestjoni tas-sajd. Abbażi tal-istess kriterji xjentifiċi tar-rieżami, f'din il-lista jistgħu jitniżżlu stħarriġiet ġodda.
Fil-pjanijiet ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-istħarriġiet tar-riċerka fuq il-baħar li jridu jsiru u għandhom ikunu responsabbli għal dawn l-istħarriġiet.
L-Istati Membri li jikkontribwixxu għall-istħarriġiet tar-riċerka internazzjonali għandhom jikkoordinaw l-isforzi tagħhom fl-istess reġjun tal-baħar.
Fil-pjanijiet ta' ħidma nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kontinwità mat-tfassil tal-istħarriġiet preċedenti.
Dan il-Kapitolu jissostitwixxi l-Kapitolu IV tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1251.
KAPITOLU II
Il-limiti
|
(1) |
Dan il-Kapitolu għandu japplika għas-sajd tal-Unjoni u jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1251. |
|
(2) |
Ma għandha tinġabar l-ebda data bijoloġika meta għal ċertu stokk jew speċi ta' ħut:
|
Meta l-għadd totali tal-kwoti rilevanti ta' diversi Stati Membri, li s-sehem tat-TAC tagħhom ikun inqas minn 10 %, ikun iżjed minn 25 % tas-sehem tat-TAC ta' ċertu stokk, il-limitu ta' 10 % imsemmi fil-punt (a) ma għandux japplika u l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kondiviżjoni tal-kompiti fil-livell reġjonali biex jiżguraw li l-istokk ikun kopert bil-kampjunar skont il-ħtiġijiet tal-utent finali.
L-ebda limitu ma għandu japplika għall-ispeċijiet pelaġiċi kbar u għall-ispeċijiet anadromi u katadromi.
|
(3) |
Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet iżjed speċifiċi relatati ma' obbligi internazzjonali skont l-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Gestjoni tas-Sajd, jenħtieġ li ma tinġabar l-ebda data bijoloġika meta għal ċertu stokk ta' ħut sfruttat b'mod internazzjonali li ma jkunx stokk ta' speċijiet pelaġiċi kbar jew ta' speċijiet migratorji ħafna, is-sehem tal-Unjoni jkun inqas minn 10 %. |
|
(4) |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu stimi tal-qabdiet minn stħarriġiet eżistenti dwar is-sajd rikreattiv, inkluż dawk li jsiru skont il-Qafas għall-Ġbir tad-Data jew minn xi studju pilota ieħor, fi żmien sentejn mid-data meta din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ. Dawn l-istħarriġiet għandhom jippermettu l-valutazzjoni tas-sehem tal-qabdiet mis-sajd rikreattiv imqabbel mal-qabdiet kummerċjali għall-ispeċijiet kollha f'reġjun tal-baħar li għalihom huma meħtieġa stimi tal-qabdiet tas-sajd rikreattiv skont dan il-programm multiannwali tal-Unjoni. It-tfassil u d-dimensjoni sussegwenti tal-istħarriġiet nazzjonali dwar is-sajd rikreattiv, inkluż kull limitu għall-ġbir tad-data, għandhom jiġu kkoordinati fil-livell tar-reġjun tal-baħar u għandhom ikunu skont il-ħtiġijiet tal-utent finali. |
L-ebda limitu ma għandu japplika għall-qabdiet rikreattivi tal-istokkijiet tal-ħut li huma soġġetti għall-irkupru jew għal pjanijiet ta' ġestjoni multiannwali bħal dawk li japplikaw għall-ispeċijiet pelaġiċi kbar u għall-ispeċijiet migratorji ħafna.
|
(5) |
Ma hemm bżonn tinġabar l-ebda data soċjali u ekonomika dwar l-akkwakultura jekk il-produzzjoni totali tal-Istat Membru tkun inqas minn 1 % tal-volum u tal-valur tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. Ma hemm bżonn tinġabar l-ebda data dwar l-akkwakultura għall-ispeċijiet li jammontaw għal inqas minn 10 % tal-produzzjoni tal-akkwakultura tal-Istat Membru skont il-volum u l-valur. Barra minn hekk, l-Istati Membri bi produzzjoni totali ta' inqas minn 2,5 % tal-volum u tal-valur tal-produzzjoni totali tal-akkwakultura tal-Unjoni jistgħu jiddefinixxu metodoloġija simplifikata, bħal pereżempju studji pilota, biex jestrapolaw id-data meħtieġa għall-ispeċijiet li jammontaw għal aktar minn 10 % tal-produzzjoni tal-akkwakultura tal-Istati Membri skont il-volum u l-valur. |
Id-data ta' referenza għandha tkun l-aħħar sottomissjoni tal-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 762/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u d-data korrispondenti ppubblikata mill-Eurostat.
|
(6) |
Ma hemm bżonn tinġabar l-ebda data ambjentali dwar l-akkwakultura meta l-produzzjoni totali tal-akkwakultura tal-Istat Membru tkun inqas minn 2,5 % tal-volum u tal-valur tal-produzzjoni totali tal-akkwakultura tal-Unjoni. |
Id-data ta' referenza għandha tkun l-aħħar sottomissjoni tal-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 762/2008, u d-data korrispondenti ppubblikata mill-Eurostat.
|
(7) |
Il-parteċipazzjoni (fiżika jew finanzjarja) ta' Stat Membru fl-istħarriġiet tar-riċerka fuq il-baħar li hemm mniżżlin fil-lista tal-istħarriġiet fuq il-baħar ta' dan l-Anness mhix obbligatorja meta s-sehem tiegħu tat-TAC tal-Unjoni tal-ispeċi fil-mira tal-istħarriġ ikun inqas mil-limitu ta' 3 %. Meta ma tiġi ffissata l-ebda TAC, il-parteċipazzjoni (fiżika jew finanzjarja) ta' Stat Membru fl-istħarriġiet tar-riċerka fuq il-baħar mhix obbligatorja meta s-sehem tiegħu mill-ħatt totali tal-Unjoni tat-tliet (3) snin preċedenti ta' stokk jew speċi jkun inqas mil-limitu ta' 3 %. Il-limiti għall-istħarriġiet dwar il-multispeċijiet u l-ekosistemi jistgħu jiġu ddefiniti fil-livell tar-reġjun tal-baħar. |
|
(8) |
Minkejja l-punti 2 sa 7, fl-istess reġjun tal-baħar, l-Istati Membri jistgħu jaqblu dwar limitu alternattivi.
Lista tal-istħarriġiet tar-riċerka fuq il-baħar (2)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 762/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar il-preżentazzjoni mill-Istati Membri tal-istatistika dwar l-akkwakultura u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 788/96 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 1).
(2) Il-lista tal-istħarriġiet tar-riċerka fuq il-baħar tissostitwixxi t-Tabella 10 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1251.