1.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/2


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10322 — TPG/Francisco Partners/Boomi)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 257/02)

1.   

Fit-22 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

TPG Partners VIII LP (“TPG”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Francisco Partners Management LLC (“Francisco Partners”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Boomi, Inc. (“Boomi”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

TPG u Francisco Partners jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Boomi kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

TPG: kumpanija globali ta’ investiment privat li tmexxi familja ta’ fondi, li tinvesti f’varjetà ta’ kumpaniji permezz ta’ akkwisti u ristrutturar korporattiv.

—

Francisco Partners: ditta ta’ investiment privat speċjalizzata fi sħubija ma’ negozji tat-teknoloġija, u

—

Boomi: il-forniment ta’ Pjattaforma ta’ Integrazzjoni bħala Servizz (Integration Platform as a Service, “iPaaS”), sett ta’ servizzi tal-cloud li jippermettu l-iżvilupp, l-eżekuzzjoni u l-governanza tal-flussi ta’ integrazzjoni li jgħaqqdu kull kombinazzjoni ta’ proċessi, servizzi, applikazzjonijiet, applikazzjonijiet u data fil-post u bbażati fuq il-cloud f’organizzazzjonijiet individwali jew fost diversi organizzazzjonijiet. Boomi tipprovdi wkoll servizzi ta’ Ġestjoni tal-API taċ-Ċiklu tal-Ħajja Sħiħa, li jippermettu lill-organizzazzjonijiet jippjanaw, jiddisinjaw, jimplimentaw, jittestjaw, jippubblikaw, joperaw, jikkunsmaw, iżommu, jaġġornaw u jirtiraw l-Interfaċċi għall-Ipprogrammar tal-Applikazzjonijiet (Application Programming Interfaces, “APIs”). Boomi bħalissa hija proprjetà ta’ Dell Technologies Inc.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10322 – TPG/Francisco Partners/Boomi

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.