European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1925

28.2.2024

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2024/[numru], u bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/[numru], dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

(C/2024/1925)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi ddeżinjati fl-Anness V tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2024/[numru] (2), u fl-Anness XV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/[numru] (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista tal-persuni ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi ddeżinjati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 765/2006 jeħtieġ li jkomplu japplikaw għal dawk il-persuni ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi.

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill qabel it-30 ta' Novembru 2023, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn li d-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1 Global and Horizontal Affairs

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, skont l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK.


(1)   ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

(2)   ĠU L, 2024/769, 27.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/769/oj.

(3)   ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.

(4)   ĠU L, 2024/768, 27.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/768/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1925/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)