|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/266 |
30.1.2026 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2026/266
tas-26 ta’ Jannar 2026
li jistabbilixxi għall-2026 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Kunsill għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, inkluż ċerti kundizzjonijiet marbuta funzjonament ma' dawk l-opportunitajiet tas-sajd, kif xieraq. L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jipprevedi li l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri b'mod li tkun żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta' kull Stat Membru għal kull stokk tal-ħut jew tip ta' sajd. L-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) No 1380/2013 jipprevedi li l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu ffissati f'konformità mal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbilita fl-Artikolu 2(2) ta' dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Għalhekk, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-opportunitajiet tas-sajd għall-2026 jenħtieġ li jiġu ffissati abbażi tal-pariri xjentifiċi disponibbli, filwaqt li jitqiesu aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi, u jkun żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, u jitqiesu wkoll il-fehmiet espressi tul il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati. |
|
(3) |
Fis-47 laqgħa annwali tagħha tal-2024, il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (GFCM) adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/47/2024/1 li tistabbilixxi miżuri ta' ġestjoni fit-tul għas-sallura (Anguilla anguilla) kif previst fir-Rakkomandazzjoni GFCM/46/2023/16 dwar pjan ta' ġestjoni fit-tul għas-sallura (is-subżoni ġeografiċi 1 sa 27 tal-GFCM (“GSAs tal-GFCM”)). Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/47/2024/1 iżżomm għall-2026 il-perjodu magħluq ta' sitt xhur għas-sajd kummerċjali u projbizzjoni tas-sajd rikreattiv. Barra minn hekk, dik ir-Rakkomandazzjoni tillimita l-attivitajiet tas-sajd kummerċjali għall-frieħ tas-sallura għal perjodu ta' xahrejn u tippermetti dak is-sajd biss skont ċerti kundizzjonijiet. Dawk il-miżuri jridu japplikaw għall-ilmijiet marini kollha tal-Baħar Mediterran u għall-ilmijiet ħelwin, kif ukoll għall-ilmijiet salmastri, inkluż l-estwarji, il-laguni kostali u l-ilmijiet ta' tranżizzjoni, f'konformità ma' dik ir-Rakkomandazzjoni. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. |
|
(4) |
Fis-47 laqgħa annwali tagħha tal-2024, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/47/2024/2 li tistabbilixxi miżuri fit-tul għall-isfruttament sostenibbli tal-qroll l-aħmar (Corallium rubrum) kif previst fir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/4 dwar pjan ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli tal-qroll l-aħmar fil-Baħar Mediterran (GSAs 1 sa 27 tal-GFCM). Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/47/2024/2 iżżomm għall-2026 l-iffriżar tal-isforz tas-sajd espress bħala għadd massimu ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd u limiti tal-ħsad għall-qroll l-aħmar. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. |
|
(5) |
Fis-46 laqgħa annwali tagħha tal-2023, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/46/2023/14 dwar pjan ta' ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-lampuki (Coryphaena hippurus) fil-Baħar Mediterran (GSAs 1 sa 27 tal-GFCM). Dik ir-Rakkomandazzjoni introduċiet, b'mod konsistenti mal-approċċ prekawzjonarju u għal perjodu tranżizzjonali mill-2024 sal-2026, limitu massimu tal-kapaċità tal-flotta, iffriżar tal-kapaċità tal-irkapti biex jinġema' l-ħut (FADs) għal kull bastiment, limitu tal-qbid u għeluq temporanju. Għas-sajd rikreattiv, ir-Rakkomandazzjoni GFCM/46/2023/14 tipprevedi wkoll li jiġi osservat limitu tal-qabda ta' kuljum kif ukoll perjodu ta' projbizzjoni. Dawk il-miżuri ġew implimentati fil-liġi tal-Unjoni mill-2024 permezz tar-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2024/259 (2) u (UE) 2025/219 (3). Dawk il-miżuri jenħtieġ li jibqgħu jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni għall-2026. Dawk il-miżuri huma mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta' ġestjoni li jistgħu jiġu proposti mill-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv fil-GFCM għall-pjan ta' ġestjoni fit-tul għall-perjodu 2027 - 2031. |
|
(6) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) stabbilixxa pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Baħar Mediterran (GSAs 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM). Dak il-pjan jistabbilixxi miri u miżuri għall-konservazzjoni fit-tul u l-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet li jkopri. Dan jinkludi miżuri biex jinkiseb u jinżamm ir-rendiment massimu sostenibbli (MSY) għall-istokkijiet fil-mira, ikun żgurat li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar ireġġa' lura l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet maħsuda, u jżommhom 'il fuq mil-livelli li jistgħu jipproduċu l-MSY. |
|
(7) |
F'konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/1022, l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet elenkati fl-Artikolu 1(2) ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu ffissati f'konformità mal-firxa tal-valuri tal-mortalità mis-sajd li jwasslu għal MSY (meded tal-FMSY), jew f'livell inqas, u f'konformità mas-salvagwardji previsti f'dak ir-Regolament. Il-meded tal-FMSY huma stabbiliti fil-parir rilevanti tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). Meta ma tkun disponibbli l-ebda informazzjoni xjentifika xierqa, l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) u fl-Artikolu 1(3) ta' dak ir-Regolament għandhom jiġu ffissati f'konformità mal-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd, f'konformità mal-Artikolu 4(6) ta' dak ir-Regolament. |
|
(8) |
Barra minn hekk, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu espressi bħala l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti tat-tkarkir u għall-bastimenti tas-sajd bil-konz, stabbiliti f'konformità mar-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1022 u bħala l-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) u għall-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) fl-ilmijiet fondi, stabbiliti f'konformità mal-parir xjentifiku u mal-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(9) |
L-STECF intalab jissimula firxa wiesgħa ta' xenarji ta' ġestjoni tal-isforz għal unitajiet differenti ta’ ġestjoni tal-isforz (EMU - effort management units), jiġifieri EMU 1 (GSAs 1, 2, 5, 6 u 7 tal-GFCM) u l-EMU 2 (GSAs 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM), sal-2030. L-STECF ipprovda parir li juri li l-isforzi ta' selettività li saru fl-2025 inaqqsu b'mod sinifikanti l-mortalità mis-sajd għal xi stokkijiet u jqarrbuha lejn l-FMSY, filwaqt li enfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġu implimentati miżuri ta' ġestjoni addizzjonali. Madankollu, l-STECF ma setax jindirizza bis-sħiħ l-eżiti differenti tal-miżuri ta' selettività fl-2025. Sabiex ikun hemm żmien addizzjonali għal rieżami xjentifiku tal-isforzi ta' selettività li saru fl-2025 u fl-2024, jenħtieġ li l-livell tal-isforz tas-sajd jinżamm fil-livell stabbilit għall-2025 bir-Regolament (UE) 2025/219. |
|
(10) |
Fl-2025, l-STECF ta parir li l-bastimenti tas-sajd bil-konz għandhom impatt fuq il-merluzz riproduttiv (Merluccius merluccius), b'mod partikolari fil-GSAs 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM. Fil-GSAs 1, 2, 5, 6 u 7 tal-GFCM, huwa xieraq li, għall-2026, l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti tas-sajd bil-konz jinżamm fil-livelli stabbiliti għall-2025 bir-Regolament (UE) 2025/219, abbażi tal-Artikolu 7(5) tar-Regolament (UE) 2019/1022. |
|
(11) |
Fl-2025, l-STECF ta parir li l-mortalità mis-sajd tal-gamblu aħmar fil-GSAs 1, 2, 5, 6 u 7 tal-GFCM għadha 'l bogħod minn livelli sostenibbli u li għalhekk huma meħtieġa aktar miżuri ta' ġestjoni, minbarra t-tnaqqis tal-isforz tas-sajd. Għalhekk, sabiex nibnu fuq il-miżuri adottati fl-2022, fl-2023, fl-2024 u fl-2025, u f'konformità mal-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, huwa xieraq li r-reġim tal-isforz tas-sajd jiġi kkomplementat b'limiti massimi ta' qbid u li jiġu stabbiliti l-limiti massimi ta' qbid għall-gamblu aħmar fil-GSAs 1, 2, 5, 6 u 7 tal-GFCM fil-livell stabbilit għall-2025 bir-Regolament (UE) 2025/219. |
|
(12) |
Fl-2025, l-STECF ta parir li huma meħtieġa aktar miżuri ta' ġestjoni għall-gamblu aħmar fil-GSAs 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM minbarra t-tnaqqis tal-isforz tas-sajd. Għalhekk huwa xieraq li r-reġim tal-isforz tas-sajd jiġi kkomplementat b'limiti massimi ta' qbid, biex nibnu fuq il-miżuri adottati fl-2022, fl-2023, fl-2024 u fl-2025 u f'konformità mal-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Jenħtieġ li l-limiti massimi ta' qbid għall-gamblu aħmar fil-GSAs 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM jinżammu fil-livell stabbilit għall-2025 bir-Regolament (UE) 2025/219. |
|
(13) |
Fl-2025, l-STECF ta parir li huma meħtieġa aktar miżuri ta' ġestjoni għall-gamblu aħmar kbir fil-GSAs 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM minbarra t-tnaqqis tal-isforz tas-sajd. Għalhekk huwa xieraq li r-reġim tal-isforz tas-sajd jiġi kkomplementat b'limiti massimi ta' qbid, sabiex nibnu fuq il-miżuri adottati fl-2022, fl-2023, fl-2024 u fl-2025, u li jiġu stabbiliti l-limiti massimi ta' qbid għall-gamblu aħmar kbir fil-GSAs 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM fil- livell stabbilit għall-2025 bir-Regolament (UE) 2025/219. |
|
(14) |
Biex jippromwovi l-użu tas-selettività tal-irkaptu tas-sajd u jistabbilixxi żoni magħluqin effiċjenti għas-sajd li jipproteġu l-frieħ tal-ħut u l-ħut riproduttiv, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110 (5) stabbilixxa mekkaniżmu ta' kumpens fir-rigward tar-reġim tal-isforz għall-bastimenti tat-tkarkir. Hekk kif l-STECF ikompli jirrakkomanda għall-2026 it-titjib ulterjuri tas-selettività tal-irkaptu tas-sajd u tal-effiċjenza taż-żoni magħluqa biex jiġu protetti l-ħut li għadu qed jikber u l-ħut riproduttiv, u peress li dawk il-miżuri għandhom impatt ippruvat fuq il-mortalità mis-sajd, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jallokaw jiem tas-sajd addizzjonali lil bastiment tas-sajd jekk dan ikun jikkonforma ma' tal-anqas waħda minn dawn il-miżuri stabbiliti fil-livell nazzjonali. Jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat ma jallokax jiem tas-sajd addizzjonali li jirriżultaw fil-qbiż tal-livell tal-isforz tas-sajd stabbilit għall-grupp tal-isforz tas-sajd rilevanti bir-Regolament (UE) 2024/259, jiġifieri, l-Anness III u l-Artikolu 8. |
|
(15) |
F'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/1022, meta l-parir xjentifiku juri li l-bijomassa ta' stokk riproduttiv ta' xi wieħed mill-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dak ir-Regolament tkun anqas mill-punt ta' referenza prekawzjonarju tal-bijomassa (BPA), jew tkun anqas mill-punt ta' referenza tal-limitu tal-bijomassa (BLIM), għandhom jittieħdu aktar miżuri ta' rimedju biex ikun żgurat ir-ritorn malajr tal-istokkijiet għal livelli ogħla minn dawk li kapaċi jipproduċu l-MSY. Fl-2025, l-STECF ikkonkluda li sebgħa mill-istokkijiet ikkonċernati għandhom bijomassa tal-istokk riproduttiv barra mil-limiti bijoloġiċi sikuri, jiġifieri l-iskampu (Nephrops norvegicus) fil-GSAs 6, 9 u 11 tal-GFCM, il-merluzz fil-GSAs 1, 5, 6 u 7 tal-GFCM, il-merluzz fil-GSAs 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM, il-gamblu aħmar fis-GSAs 6 u 7 tal-GFCM, u t-trilja tal-qawwi (Mullus surmuletus) fil-GSA 5 tal-GFCM. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu implimentati miżuri ta' rimedju fil-liġi tal-Unjoni, li jipprevedu limiti ta’ qbid għall-merluzz għall-bastimenti tas-sajd li jużaw l-għeżula u l-pariti, u l-introduzzjoni ta' daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni għall-iskampu. |
|
(16) |
Fl-44 laqgħa annwali tagħha tal-2021, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/20 dwar pjan ta' ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet pelaġiċi żgħar fil-Baħar Adrijatiku (GSAs 17 u 18 tal-GFCM), li mill-2022 sal-2029 introduċiet livell tal-qbid massimu u limitu massimu tal-kapaċità tal-flotta relatat għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża u għall-bastimenti tat-tkarkir pelaġiku li jimmiraw għall-ispeċijiet pelaġiċi żgħar. Dawk il-miżuri relatati mal-2026 jenħtieġ li jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. |
|
(17) |
Fit-48 sessjoni annwali tagħha fl-2025, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/48/2025/5 dwar reġim tas-sajd fit-tul u l-istabbiliment ta' limiti ta' qbid fl-2026 għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku (GSAs 17 u 18 tal-GFCM), li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/20 u li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/42/2018/8, GFCM/40/2016/3, GFCM/39/2015/1, GFCM/38/2014/1, GFCM/37/2013/1 u GFCM/30/2006/1. Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/48/2025/5 tistabbilixxi l-limiti ta’ qbid għall-inċova (Engraulis encrasicolus) u għas-sardin (Sardina pilchardus) għall-2026, f'konformità mar-regoli dwar il-kontroll tal-ħsad. Jenħtieġ li l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri tkun ibbażata fuq il-qabdiet storiċi ta' kull Stat Membru kkonċernat. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. |
|
(18) |
Fit-43 laqgħa annwali tagħha tal-2019, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/5 dwar pjan ta' ġestjoni pluriennali għal sajd sostenibbli għall-ħut tal-qiegħ fil-Baħar Adrijatiku (GSAs 17 u 18 tal-GFCM), li introduċiet reġim tal-isforz tas-sajd u limitu massimu tal-kapaċità tal-flotta għal ċerti stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ, kif ukoll obbligu biex fl-2026 jinkiseb l-FMSY għall-istokkijiet ewlenin. Dawk il-miżuri relatati mal-2026 jenħtieġ li jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. |
|
(19) |
Fit-48 sessjoni annwali tagħha fl-2025, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/48/2025/6 dwar l-implimentazzjoni ta' reġim tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet demersali ewlenin fil-Baħar Adrijatiku (il-GSAs 17 u 18 tal-GFCM) fl-2026, li jirriżulta mir-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/5. Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/48/2025/6 tipprevedi tnaqqis ta' 9,6 % tar-reġim tal-isforz tas-sajd għall-bastimenti bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti u żieda ta' 3 % tal-livelli tal-isforz tal-2025 għall-bastimenti tat-tkarkir bit-travu. Għalhekk, sabiex dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li jitnaqqas 9,6 % mill-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti stabbilit għall-2025 bir-Regolament (UE) 2025/219 u l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti tat-tkarkir bit-travu jenħtieġ li jiżdied bi 3 % meta mqabbel mal-livelli tal-2025. |
|
(20) |
Filwaqt li jitqiesu l-partikolaritajiet tal-flotta Slovena u l-impatt marġinali tagħha fuq l-istokkijiet tal-ispeċijiet pelaġiċi żgħar u fuq l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ, u f'konformità mal-paragrafu 33 tar-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/20 u mal-paragrafu 13 tar-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/5, huwa xieraq li jiġu ppreżervati x-xejriet tas-sajd eżistenti u jkun żgurat l-aċċess mill-flotta Slovena għal kwantità minima tal-istokkijiet tal-ispeċijiet pelaġiċi żgħar u għal allokazzjoni minima tal-isforz għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ. |
|
(21) |
Fil-45 laqgħa annwali tagħha tal-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/4 dwar pjan ta' ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Fliegu ta' Sqallija (GSAs 12 sa 16 tal-GFCM), li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/12 u GFCM/42/2018/5. Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/4 introduċiet reġim tal-isforz għall-merluzz u limiti ta’ qbid għall-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), kif ukoll iffriżar tal-kapaċità tas-sajd. Dawk il-miżuri relatati mal-2026 jenħtieġ li jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. |
|
(22) |
Fit-48 sessjoni tagħha tal-2025, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/48/2025/2 dwar l-estensjoni tal-perjodu tranżitorju tal-pjan ta' ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Fliegu ta' Sqallija (il-GSAs 12 sa 16 tal-GFCM), li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/4. Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/48/2025/2 tipprevedi l-estensjoni b'sena tal-perjodu tranżitorju tal-pjan ta' ġestjoni u għall-2026 iżżomm l-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti għall-2025. Għalhekk, sabiex dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li l-livell massimu ta' qabdiet stabbilit għall-2025 bir-Regolament (UE) 2025/219 jinżamm għall-2026. |
|
(23) |
Fil-45 laqgħa annwali tagħha tal-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/5 dwar pjan ta' ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu aħmar fil-Fliegu ta' Sqallija (GSAs 12 sa 16 tal-GFCM), li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/7 u GFCM/43/2019/6. Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/5 introduċiet limitu tal-qbid u ffriżar tal-kapaċità tas-sajd. Dawk il-miżuri relatati mal-2026 jenħtieġ li jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. |
|
(24) |
Fit-48 sessjoni annwali tagħha tal-2025, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/48/2025/9 dwar l-estensjoni tal-perjodu tranżitorju tal-pjan ta' ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu aħmar fil-Fliegu ta' Sqallija (il-GSAs 12 sa 16 tal-GFCM), li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/5. Għall-2026, ir-Rakkomandazzjoni GFCM/48/2025/9 tipprevedi l-estensjoni b'sena tal-perjodu tranżitorju tal-pjan ta' ġestjoni u tnaqqis ta' 3 % fil-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu aħmar. Għalhekk, sabiex dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li jitnaqqas 3 % fil-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu aħmar stabbilit għall-2025 bir-Regolament (UE) 2025/219. |
|
(25) |
Fil-45 laqgħa annwali tagħha tal-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/6 dwar pjan ta' ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu aħmar fil-Baħar Jonju (GSAs 19 sa 21 tal-GFCM), li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/8 u GFCM/42/2018/4. Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/6 introduċiet limitu tal-qbid u ffriżar tal-kapaċità tas-sajd. Dawk il-miżuri relatati mal-2026 jenħtieġ li jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. |
|
(26) |
Fit-48 sessjoni annwali tagħha tal-2025, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/48/2025/3 dwar l-estensjoni tal-perjodu tranżitorju tal-pjan ta' ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu aħmar fil-Baħar Jonju (il-GSAs 19 sa 21 tal-GFCM), li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/6. Għall-2026, ir-Rakkomandazzjoni GFCM/48/2025/3 tipprevedi l-estensjoni b'sena tal-perjodu tranżitorju tal-pjan ta' ġestjoni u tnaqqis ta' 3 % fil-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu aħmar. Għalhekk, sabiex dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li jitnaqqas 3 % mil-livell massimu fil-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu aħmar stabbilit għall-2025 bir-Regolament (UE) 2025/219. |
|
(27) |
Fil-45 laqgħa annwali tagħha tal-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/7 dwar pjan ta' ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet tal-gamblu aħmar kbir u tal-gamblu aħmar fil-Baħar Levantin (GSAs 24 sa 27 tal-GFCM), li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/6 u GFCM/42/2018/3. Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/7 introduċiet limitu tal-qbid u ffriżar tal-kapaċità tas-sajd. Dawk il-miżuri relatati mal-2026 jenħtieġ li jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. |
|
(28) |
Fit-48 sessjoni annwali tagħha tal-2025, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/48/2025/4 dwar l-estensjoni tal-perjodu tranżitorju tal-pjan ta' ġestjoni pluriennali għas-sajd sostenibbli bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu aħmar fil-Baħar Levantin (il-GSAs 24 sa 27 tal-GFCM), li temenda r-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/7. Għall-2026, ir-Rakkomandazzjoni GFCM/48/2025/4 tipprevedi l-estensjoni b'sena tal-perjodu tranżitorju tal-pjan ta' ġestjoni u tnaqqis ta' 3 % fil-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu aħmar. Għalhekk, sabiex dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li jitnaqqas 3 % fil-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu aħmar kbir u għall-gamblu aħmar stabbilit għall-2025 bir-Regolament (UE) 2025/219. |
|
(29) |
Fil-45 laqgħa annwali tagħha tal-2022, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/3 dwar pjan ta' ġestjoni pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fil-Baħar Alboran (il-GSAs 1 sa 3 tal-GFCM), li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/44/2021/4, GFCM/43/2019/2 u GFCM/41/2017/2. Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/3 introduċiet għadd massimu ta' bastimenti tas-sajd bil-konz u bastimenti tas-sajd bix-xlief awtorizzati għas-sajd fil-Baħar Alboran. Dik il-miżura jenħtieġ li tiġi implimentata fil-liġi tal-Unjoni. |
|
(30) |
Fit-48 sessjoni annwali tagħha tal-2025, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/48/2025/7 dwar reġim tas-sajd fit-tul għall-paġella ħamra fil-Baħar Alboran (il-GSAs 1 sa 3 tal-GFCM), li tirriżulta mir-Rakkomandazzjoni GFCM/45/2022/3 u li tħassar ir-Rakkomandazzjonijiet GFCM/47/2024/3 u GFCM/46/2023/15. Għall-2026, ir-Rakkomandazzjoni GFCM/48/2025/7 introduċiet tnaqqis ta' 56 % tal-limiti ta’ qbid għall-paġella ħamra. Għalhekk, sabiex dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li jitnaqqas 56 % mil-limiti massimi ta’ qbid għall-paġella ħamra stabbiliti għall-2025 bir-Regolament (UE) 2025/219. |
|
(31) |
Abbażi tal-parir xjentifiku tal-Grupp ta' Ħidma tal-GFCM għall-Baħar l-Iswed, il-livell attwali tal-mortalità mis-sajd għal-laċċa l-kaħla (Sprattus sprattus) jenħtieġ li tinżamm biex tkun żgurata s-sostenibbiltà tal-istokkijiet tal-laċċa l-kaħla fil-Baħar l-Iswed (il-GSA 29 tal-GFCM). Għalhekk jixraq li għal dak l-istokk tibqa' tiġi stabbilita kwota awtonoma. |
|
(32) |
Fis-47 laqgħa annwali tagħha tal-2024, il-GFCM adottat ir-Rakkomandazzjoni GFCM/47/2024/8 li temenda r-Rakkomandazzjonijiet GFCM/43/2019/3 u GFCM/41/2017/4 dwar pjan ta' ġestjoni pluriennali għall-barbun imperjali (Scophthalmus maximus) fil-Baħar l-Iswed (il-GSA 29 tal-GFCM). Ir-Rakkomandazzjoni GFCM/47/2024/8 introduċiet qabda totali permissibbli (TAC) reġjonali aġġornata u skema ta' allokazzjoni tal-kwoti għall-barbun imperjali. F'konformità mar-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/4, il-perjodu magħluq ta' xahrejn u l-limitazzjoni tal-jiem tas-sajd għal 180 fis-sena huma marbuta funzjonalment mal-opportunitajiet tas-sajd għall-barbun imperjali, għax, mingħajr dawk il-miżuri, it-TAC ikollu jitnaqqas biex jiġi żgurat l-irkupru ta' dik l-ispeċi. Dawk il-miżuri relatati mal-2026 jenħtieġ li jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni. |
|
(33) |
Fit-48 laqgħa annwali tagħha tal-2025, il-GFCM approvat riport tal-kwota mhux użata tal-Unjoni għall-barbun imperjali fl-2024. Dik il-miżura jenħtieġ li tiġi implimentata fil-liġi tal-Unjoni. Id-distribuzzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd li tirriżulta minn dak in-nuqqas ta’ użu għandha titwettaq fuq il-bażi tal-kontribut rispettiv ta' kull Stat Membru lejn in-nuqqas ta’ użu, mingħajr ma jiġi mmodifikat il-koeffiċjent tad-distribuzzjoni stabbilit bir-Regolament (UE) 2024/259 dwar l-allokazzjoni annwali tat-TAC. |
|
(34) |
L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (6), u b'mod partikolari għall-Artikoli 33 u 34 tiegħu b'rabta mar-reġistrazzjoni tal-qabdiet u tal-isforzi tas-sajd u n-notifika tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd. Għaldaqstant jenħtieġ li jiġu speċifikati l-kodiċijiet li l-Istati Membri jridu jużaw meta jibagħtu d-data lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament. |
|
(35) |
Biex tkun evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u jkun żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta' Jannar 2026. Għal raġunijiet ta' urġenza, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed, u li jisfruttaw l-istokkijiet tal-ħut li ġejjin:
|
(a) |
is-sallura (Anguilla anguilla), il-qroll l-aħmar (Corallium rubrum) u l-lampuka (Coryphaena hippurus) fil-Baħar Mediterran; |
|
(b) |
il-gamblu aħmar (Aristeus antennatus), il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris), il-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea), il-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus) u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-Punent tal-Baħar Mediterran; |
|
(c) |
l-inċova (Engraulis encrasicolus) u s-sardina (Sardina pilchardus) fil-Baħar Adrijatiku; |
|
(d) |
il-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus), il-lingwata komuni (Solea solea), il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-Baħar Adrijatiku; |
|
(e) |
il-merluzz (Merluccius merluccius) u l-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) fil-Fliegu ta' Sqallija; |
|
(f) |
il-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) u l-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) fil-Fliegu ta' Sqallija, fil-Baħar Jonju u fil-Baħar Levantin; |
|
(g) |
il-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fil-Baħar Alboran; |
|
(h) |
il-laċċa l-kaħla (Sprattus sprattus) u l-barbun imperjali (Scophthalmus maximus) fil-Baħar l-Iswed. |
2. Dan ir-Regolament japplika wkoll għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni, inkluż is-sajd rikreattiv, meta tali attivitajiet tas-sajd jissemmew b'mod espliċitu fid-dispożizzjonijiet rilevanti.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Barra minn hekk, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“ilmijiet internazzjonali” tfisser l-ilmijiet li ma jinsabu fis-sovranità jew fil-ġuriżdizzjoni tal-ebda Stat; |
|
(b) |
“sajd rikreattiv” tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi ħajjin tal-baħar għar-rikreazzjoni, għat-turiżmu jew għall-isport; |
|
(c) |
“qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser:
|
|
(d) |
“kwota” tfisser proporzjon tat-TAC allokata għall-Unjoni jew għal Stat Membru; |
|
(e) |
“kwota awtonoma tal-Unjoni” tfisser limitu tal-qbid allokat b'mod awtonomu lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fin-nuqqas ta' TAC maqbula; |
|
(f) |
“kwota analitika” tfisser kwota awtonoma tal-Unjoni li għaliha jkun hemm disponibbli valutazzjoni analitika; |
|
(g) |
“valutazzjoni analitika” tfisser evalwazzjoni kwantitattiva tax-xejriet ta' stokk partikolari, imsejsa fuq data dwar il-bijoloġija u l-isfruttament tal-istokk, li l-analiżi xjentifika tagħha tkun indikat li hija ta' kwalità tajba biżżejjed biex skontha jkunu jistgħu jingħataw pariri xjentifiċi dwar l-alternattivi għall-qbid fil-ġejjieni; |
|
(h) |
“irkaptu li jiġma” l-ħut" (FAD) tfisser kwalunkwe tagħmir li jżomm f'wiċċ il-baħar bl-objettiv li jattira l-ħut. |
Artikolu 3
Żoni tas-sajd
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet taż-żoni tas-sajd li ġejjin:
|
(a) |
“subżoni ġeografiċi tal-GFCM” (GSAs tal-GFSM) tfisser iż-żoni stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2124 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7); |
|
(b) |
“il-Baħar Mediterran” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 1 sa 27 tal-GFCM, kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2124; |
|
(c) |
“il-Punent tal-Mediterran” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM, kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2124; |
|
(d) |
“il-Baħar Adrijatiku” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM , kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2124; |
|
(e) |
“il-Fliegu ta' Sqallija” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 12, 13, 14, 15 u 16 tal-GFCM, kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2124; |
|
(f) |
“il-Baħar Jonju” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 19, 20 u 21 tal-GFCM, kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2124; |
|
(g) |
“il-Baħar Levantin” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 24, 25, 26 u 27 tal-GFCM, kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2124; |
|
(h) |
“il-Baħar Alboran” tfisser l-ilmijiet tas-subżoni ġeografiċi 1, 2 u 3 tal-GFCM, kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2124; |
|
(i) |
“il-Baħar l-Iswed” tfisser l-ilmijiet tas-subżona ġeografika 29 tal-GFCM, kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/2124. |
TITOLU II
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI
Kapitolu I
Il-Baħar Mediterran
Artikolu 4
Sallura
1. Dan l-Artikolu japplika għas-subżoni ġeografiċi 1 sa 27 tal-GFCM, għall-ilmijiet salmastri u għall-ilmijiet ħelwin. L-ilmijiet salmastri jinkludu l-estwarji, il-laguni kostali u l-ilmijiet ta' tranżizzjoni.
2. Għandhom ikunu projbiti l-attivitajiet tas-sajd kummerċjali għas-sallura (Anguilla anguilla) li jkollha tul kumplessiv iżjed minn 12 cm, bħala speċi fil-mira jew bħala qabda aċċessorja inċidentali, għal perjodu ta' mill-inqas sitt xhur fl-2026. Għal dak il-għan, kull Stat Membru kkonċernat għandu jiddetermina perjodu magħluq wieħed jew aktar soġġetti għal dan li ġej:
|
(a) |
meta xieraq, il-perjodu/i magħluqin jistgħu jvarjaw fi ħdan Stat Membru partikolari minn żona tas-sajd għal oħra biex titqies ix-xejra tal-migrazzjoni ġeografika u temporali tas-sallura fl-istadji differenti tal-ħajja tagħha; |
|
(b) |
il-perjodu/i magħluqin għandhom itulu mill-inqas sitt xhur konsekuttivi, jew sitt xhur b'kollox f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3; u |
|
(c) |
il-perjodu/i magħluqin għandhom ikunu konsistenti mal-objettivi tal-konservazzjoni stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 (8), mal-pjanijiet ta' ġestjoni nazzjonali fis-seħħ, u max-xejriet tal-migrazzjoni temporali tas-sallura fl-istadju tal-ħajja rispettiv fl-Istat Membru kkonċernat. |
3. Il-perjodu magħluq għandu jkun mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2026, u kull Stat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi perjodu magħluq addizzjonali ta' tliet xhur li jrid ikun bejn l-1 ta' April u t-30 ta' Novembru 2026.
4. L-attivitajiet tas-sajd kummerċjali għas-sallura li jkollha tul kumplessiv iżjed minn 12 cm għandhom jiġu awtorizzati kull sena għal perjodu ta' xahrejn, u dawk l-attivitajiet tas-sajd għandha timmonitorjahom minn istituzzjoni xjentifika deżinjata li għandha tissorvelja l-ġbir u l-analiżi tad-data.
5. L-għadd massimu ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-għadd massimu ta' rkapti passivi awtorizzati biex jimmiraw għas-sallura li jkollha tul kumplessiv iżjed minn 12 cm għal skopijiet kummerċjali ma għandhomx jaqbżu l-livelli stabbiliti fl-Anness I.
6. Is-sajd rikreattiv tas-sallura fl-istadji kollha tal-ħajja għandu jkun projbit.
7. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar:
|
(a) |
il-perjodu/i magħluqin li jkun iddetermina f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 sal-1 ta' Marzu 2026; |
|
(b) |
il-miżuri nazzjonali relatati mal-perjodu/i magħluqin li jkun iddetermina f'konformità mal-paragrafi 2 u 3, fi żmien ġimagħtejn mill-adozzjoni tagħhom; u |
|
(c) |
il-perjodu awtorizzat għas-sajd tas-sallura li jkollha tul kumplessiv iżjed minn 12 cm f'konformità mal-paragrafu 4, sal-1 ta' Marzu 2026. |
Artikolu 5
Qroll aħmar
1. Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jaħsdu l-qroll l-aħmar (Corallium rubrum) fil-Baħar Mediterran.
2. Għas-sajd immirat, l-għadd massimu ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-kwantitajiet massimi tal-istokkijiet tal-qroll l-aħmar maħsuda mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni kif ukoll l-attivitajiet tal-ħsad tal-Unjoni ma għandhomx jaqbżu l-livelli stabbiliti fl-Anness II.
Artikolu 6
Lampuka
1. Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet tas-sajd pelaġiku kummerċjali kollha mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu għal-lampuka (Coryphaena hippurus) bi rkapti li jiġmgħu l-ħut (FADs) fil-Baħar Mediterran. Japplika wkoll għas-sajd rikreattiv tal-lampuka fil-Baħar Mediterran.
2. Il-kapaċità massima tal-flotta, espressa f'għadd ta' bastimenti, kW u tunnellaġġ gross (GT), tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati biex jistadu għal-lampuka hija stabbilita fl-Anness III.
3. L-għadd massimu ta' FADs għal kull bastiment awtorizzat biex jistad għal-lampuka huwa stabbilit fl-Anness III.
4. Il-livell tal-qbid massimu għal-lampuka ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness III.
5. Is-sajd rikreattiv għal-lampuka għandu jkun permess mill-15 ta' Awwissu sal-31 ta' Diċembru u l-għadd massimu ta’ qabdiet għandu jkun limitat għal 10 kg jew ħames ħutiet ta’ kwalunkwe daqs għal kull persuna kuljum.
Kapitolu II
Il-Punent tal-Baħar Mediterran
Artikolu 7
Stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ
1. Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd mill-bastimenti tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ imsemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2019/1022 fil-Punent tal-Baħar Mediterran.
2. L-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti tat-tkarkir u għall-bastimenti tas-sajd bil-konz huwa stabbilit fl-Anness IV għal dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jimmaniġġjaw l-isforz tas-sajd massimu permissibbli f'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/1022 u mal-Artikoli 26 sa 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
3. Il-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu abjad fil-Baħar Alboran, fil-Gżejjer Baleariċi, fit-Tramuntana ta' Spanja u fil-Golf tal-Iljuni huma stabbiliti fl-Anness IV .
4. Il-limiti massimi ta’ qbid għall-gamblu abjad f'Korsika, fil-Baħar tal-Liguria, fil-Baħar Tirren u f'Sardinja huma stabbiliti fl-Anness IV.
5. L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri, kif stipulat fl-Anness IV, għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:
|
(a) |
l-iskambji li jsiru skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
|
(b) |
it-tnaqqis u r-riallokazzjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; |
|
(c) |
il-ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (9) jew skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
|
(d) |
il-kwantitajiet miżmuma f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew trasferiti skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
|
(e) |
it-tnaqqis li jsir skont l-Artikoli 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
Artikolu 8
Mekkaniżmu ta' kumpens
1. Għat-taqsima tal-flotta kkonċernata, Stat Membru jista' jadotta leġiżlazzjoni nazzjonali dwar mekkaniżmu ta’ kumpens sabiex jagħti fl-2026 lill-bastimenti eliġibbli li jtajru l-bandiera tiegħu allokazzjoni addizzjonali ta' jiem tas-sajd kif prevista fil-paragrafu 2 u kkalkulata f'konformità mal-paragrafi 7 u 8, dment li l-bastiment li jirċievi l-allokazzjoni addizzjonali jissodisfa waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin stabbiliti fil-livell nazzjonali:
|
(a) |
il-bastiment juża xibka tat-tkarkir b'manka b'malji kwadri ta' mill-inqas 45 mm meta jistad fil-blata kontinentali u x-xaqliba ta' fuq; |
|
(b) |
il-bastiment juża xibka tat-tkarkir b'manka b'malji kwadri ta' mill-inqas 50 mm meta jistad fil-blata kontinentali u x-xaqliba ta' fuq u fl-ilmijiet fondi; |
|
(c) |
l-attività tal-bastiment hija soġġetta għal perjodu magħluq li jipprojbixxi l-attivitajiet tas-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir f'fond bejn 100 m u 500 m għal mill-inqas sitt ġimgħat konsekuttivi bejn Frar u Settembru; |
|
(d) |
l-attività tal-bastiment hija soġġetta għal perjodu magħluq li jipprojbixxi l-attivitajiet tas-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir fil-GSAs 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM għal mill-inqas erba' ġimgħat konsekuttivi bejn Marzu u Ottubru; |
|
(e) |
l-attività tal-bastiment hija soġġetta għal perjodu magħluq li jipprojbixxi attivitajiet tas-sajd għall-bastimenti tat-tkarkir fil-GSAs 1, 2, 5, 6 u 7 tal-GFCM għal mill-inqas erba' ġimgħat konsekuttivi bejn Marzu u Ottubru; |
|
(f) |
mill-inqas 5 % taż-żoni tas-sajd tal-bastiment f'fond ta' bejn 100 m u 500 m jaqgħu f'żona li hija soġġetta għal perjodu magħluq ta' 12-il xahar li jipprojbixxi l-attivitajiet tas-sajd; |
|
(g) |
iż-żoni tas-sajd tal-bastiment jaqgħu f'żona ta' għeluq temporanju stabbilit biex jitnaqqsu b'mill-inqas 20 % il-qabdiet ta' ħut riproduttiv tal-merluzz; |
|
(h) |
iż-żoni tas-sajd tal-bastiment jaqgħu f'żona ta' għeluq temporanju stabbilit biex jitnaqqsu b'mill-inqas 25 % il-qabdiet ta' frieħ tal-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ kollha jew b'mill-inqas 20 % il-qabdiet ta' ħut riproduttiv tal-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ kollha; |
|
(i) |
iż-żoni tas-sajd tal-bastiment huma soġġetti għal għeluq permanenti għall-attività tas-sajd bil-bastimenti tat-tkarkir li jistadu għall-gamblu aħmar u għall-gamblu aħmar kbir fl-ilmijiet fondi f'fond ta' inqas minn 600 m; |
|
(j) |
iż-żoni tas-sajd tal-bastiment ikunu soġġetti għal għeluq permanenti għall-attività tas-sajd b'bastimenti tat-tkarkir li jistadu f’ilmijiet fondi f'fond ta' aktar minn 800 m; |
|
(k) |
il-bastiment juża xibka tat-tkarkir b'bibien sospiżi fuq wiċċ l-ilma jew sospiżi fl-ilma, diriġenti b'kuntatt baxx jew bibien oħra li jnaqqsu l-kuntatt tal-bibien u l-irkaptu ma' qiegħ il-baħar, biex jippreservaw il-ħabitats essenzjali tal-ħut tal-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ; |
|
(l) |
il-bastiment juża rkaptu regolat selettiv ħafna li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu jirriżultaw, skont studju tal-STECF, fi tnaqqis ta' mill-inqas 25 % tal-qabdiet ta' frieħ tal-ħut tal-ispeċijiet tal-qiegħ kollha jew tnaqqis ta' mill-inqas 20 % tal-qabdiet ta' ħut riproduttiv tal-ispeċijiet tal-qiegħ kollha meta mqabbla mal-2020, bħal għarbiel bi spazji ta' 20 mm; |
|
(m) |
mill-inqas 10 % taż-żoni tas-sajd tal-bastiment f'fond ta' bejn 300 m u 600 m jaqgħu f'żona li hija soġġetta għal għeluq permanenti għall-attività tas-sajd bil-bastimenti tat-tkarkir li jistadu għall-iskampu fil-GSAs 6, 9 jew 11 tal-GFCM; |
|
(n) |
l-Istat Membru kkonċernat jimplimenta waqfien permanenti ta' 5 % sa 10 % tal-flotta kkonċernata jew jimplimenta waqfien permanenti ta' aktar minn 10 % tal-flotta kkonċernata. |
2. L-allokazzjoni ta' jiem addizzjonali tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata kif ġej:
|
(a) |
jekk bastiment jissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (a), Stat Membru jista' jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd b'9,3 %, sakemm:
|
|
(b) |
jekk bastiment jissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (b), Stat Membru jista' jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd bi 15,4 %, sakemm:
|
|
(c) |
jekk l-attività tal-bastiment tkun soġġetta għall-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (c), Stat Membru jista' jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd b'10 %, sakemm il-bastiment ikkonċernat ma jkunx diġà ġie soġġett għal dik il-kundizzjoni fl-2025 u jibqa' soġġett għaliha fl-2026, f'liema każ l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd għal dak il-bastiment tista' tiżdied bi 12 %; il-perċentwali msemmija f'dan il-punt ma jistgħux jiġu akkumulati; |
|
(d) |
jekk l-attività tal-bastiment tkun soġġetta għall-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (d), Stat Membru jista' jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd bi 15 %, sakemm il-bastiment ikkonċernat ma jkunx diġà ġie soġġett għal dik il-kundizzjoni fl-2025 u jibqa' soġġett għaliha fl-2026, f'liema każ l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd għal dak il-bastiment tista' tiżdied bi 18 %; jekk l-għeluq jiġi estiż kontinwament għal ġimgħat addizzjonali, l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd ta' dak il-bastiment tista' tiżdied bi 2 % għal kull ġimgħa addizzjonali; il-perċentwali msemmija f'dan il-punt ma jistgħux jiġu akkumulati; |
|
(e) |
jekk l-attività tal-bastiment tkun soġġetta għall-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (e), Stat Membru jista' jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd bi 15 %, sakemm il-bastiment ikkonċernat ma jkunx diġà ġie soġġett għal dik il-kundizzjoni fl-2025 u jibqa' soġġett għaliha fl-2026, f'liema każ l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd għal dak il-bastiment tista' tiżdied bi 18 %; jekk l-għeluq jiġi estiż kontinwament għal ġimgħat addizzjonali, l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd ta' dak il-bastiment tista' tiżdied bi 2 % għal kull ġimgħa addizzjonali; il-perċentwali msemmija f'dan il-punt ma jistgħux jiġu akkumulati; |
|
(f) |
jekk il-bastiment ikun soġġett għall-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (f), Stat Membru jista' jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd b'4 %; |
|
(g) |
jekk l-attività tal-bastiment tkun soġġetta għall-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (g), Stat Membru jista' jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd bi 13 %, sakemm il-bastiment ikkonċernat ma jkunx diġà ġie soġġett għal dik il-miżura fl-2025 u jibqa' soġġett għaliha fl-2026, f'liema każ l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd għal dak il-bastiment tista' tiżdied bi 15 %; il-perċentwali msemmija f'dan il-punt ma jistgħux jiġu akkumulati; |
|
(h) |
jekk l-attività tal-bastiment tkun soġġetta għall-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (h), Stat Membru jista' jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd bi 3 %; |
|
(i) |
jekk l-attività tal-bastiment tkun soġġetta għall-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (i), Stat Membru jista' jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd b'6 %; |
|
(j) |
jekk l-attività tal-bastiment tkun soġġetta għall-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (j), Stat Membru jista' jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd bi 3 %, li tista' tiżdied sa 5 % jekk dik il-miżura diġà kienet implimentata fl-2025; |
|
(k) |
jekk bastiment jissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (k), Stat Membru jista' jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd bi 3 %; |
|
(l) |
jekk bastiment jissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (l), Stat Membru jista' jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd bi 3 %; |
|
(m) |
jekk l-attività tal-bastiment tkun soġġetta għall-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (m), Stat Membru jista' jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd bi 8 %; |
|
(n) |
jekk l-attività tal-bastiment tkun soġġetta għall-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (n), Stat Membru jista' jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd bi 15 %, sakemm waqfien permanenti ma japplikax għal aktar minn 10 % tal-flotta kkonċernata, f'liema każ l-Istat Membru jista' jżid l-allokazzjoni tal-jiem tas-sajd bi 30 %. |
3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta lill-Kummissjoni l-abbozz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali relatata mal-kundizzjonijiet magħżula għall-mekkaniżmu ta' kumpens mekkaniżmu msemmi fil-paragrafu 1 mill-inqas xahar qabel l-adozzjoni tiegħu.
4. L-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
il-lista ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom u li jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet għall-kumpens imsemmija fil-paragrafi 1 u 2; u |
|
(b) |
l-għadd relatat ta' jiem addizzjonali tas-sajd. |
5. In-notifika tal-allokazzjoni addizzjonali tal-jiem tas-sajd għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Lulju 2026. Jekk l-Istat Membru kkonċernat jippreżenta lill-Kummissjoni n-notifika tiegħu ta' allokazzjoni addizzjonali ta' jiem tas-sajd wara l-31 ta' Lulju 2026, il-perċentwali speċifikati fil-paragrafu 2 għandhom jitnaqqsu bin-nofs.
6. L-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta b'mod separat, kull xahar, lill-Kummissjoni l-isforz li jkun sar biex jinqata' mill-allokazzjoni addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2 billi juża l-kodiċijiet tar-rapportar speċifiċi għal dak il-fini.
7. L-Istat Membru kkonċernat għandu jikkalkula l-allokazzjoni addizzjonali tal-jiem tas-sajd skont il-linja bażi li tikkorrispondi għall-isforz tas-sajd massimu permissibbli ffissat bir-Regolament (UE) 2024/259, b'mod proporzjonali għall-għadd rilevanti ta' bastimenti eliġibbli kkonċernati mill-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafi 1 u 2.
8. L-Istat Membru kkonċernat ma għandux jalloka jiem tas-sajd addizzjonali li jirriżultaw fil-qbiż tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli stabbilit għall-grupp tal-isforz tas-sajd rilevanti fir-Regolament (UE) 2024/259, jiġifieri, l-Anness III u l-Artikolu 8.
9. L-Istatu Membru kkonċernat għandu jtejjeb il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-bastimenti tas-sajd imsemmija f'dan l-Artikolu sabiex jiżgura l-konformità mal-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà stabbiliti fil-paragrafu 1 u l-miżuri nazzjonali korrispondenti.
10. L-Istat Membru kkonċernat jista' jittrasferixxi jiem addizzjonali allokati f’konformità ma’ dan l-Artikolu bejn bastimenti li jimplimentaw l-istess kundizzjonijiet, dment li japplika fattur ta' konverżjoni li jkun appoġġat mill-aħjar parir xjentifiku disponibbli.
11. Jekk il-bastiment ikkonċernat jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), l-għadd ta’ jiem addizzjonali tas-sajd allokati għal dak il-bastiment skont il-paragrafu 2, punti (a) u (b), jistgħu jiġu akkumulati.
Artikolu 9
Miżuri ta' rimedju għall-merluzz fil-GSAs 1, 2, 5, 6 u 7 tal-GFCM u l-iskampu fil-GSA 6 tal-GFCM
1. Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tal-Unjoni li jaqbdu l-merluzz (Merluccius merluccius) fil-GSAs 1, 2, 5, 6 u 7 u l-iskampu (Nephrops norvegicus) fil-GSA 6 tal-GFCM.
2. Il-limitu massimu tal-qbid tal-merluzz għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jużaw l-għeżula u l-pariti (GNS, GTR, GND) fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Punent tal-Baħar Mediterran huwa stipulat fl-Anness IV.
3. L-Istati Membri għandhom jadottaw daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni tal-iskampu ta' mill-inqas 25 mm tul tal-karapaċi (CL).
4. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiv ta' investigazzjonijiet xjentifiċi, dment li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).
Artikolu 10
Miżuri ta' rimedju għall-merluzz fil-GSAs 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM u l-iskampu fil-GSAs 9 u 11 tal-GFCM
1. Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tal-Unjoni li jaqbdu l-merluzz (Merluccius merluccius) fil-GSAs 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM u l-iskampu (Nephrops norvegicus) fil-GSAs 9 u 11 tal-GFCM.
2. Il-limitu massimu tal-qbid tal-merluzz għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jużaw l-għeżula u l-pariti (GNS, GTR, GND) fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Punent tal-Baħar Mediterran huwa stipulat fl-Anness IV.
3. Għandu jkun ipprojbit l-użu ta’ rkaptu bid-diriġenti tewmin għall-bastimenti tat-tkarkir li jistadu fil-GSAs 8, 9, 10 u 11 tal-GFCM.
4. L-Istati Membri għandhom jadottaw daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni tal-iskampu ta' mill-inqas 25 mm tul tal-karapaċi (CL).
5. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal operazzjonijiet tas-sajd imwettqa għall-fini esklużiv ta' investigazzjonijiet xjentifiċi, dment li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241.
Artikolu 11
Reġistrazzjoni u trażmissjoni tad-data
1. L-Istati Membri għandhom jirreġistraw u jibagħtu d-data dwar l-isforz tas-sajd lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u mal-Artikoli 146c, 146d u 146e tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 (11).
2. Meta l-Istati Membri jippreżentaw data lill-Kummissjoni relatata mal-isforz tas-sajd skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, dawn għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-gruppi tal-isforz tas-sajd stabbiliti fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.
Kapitolu III
Il-Baħar Adrijatiku
Artikolu 12
Stokkijiet pelaġiċi żgħar
1. Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu s-sardina (Sardina pilchardus) u l-inċova (Engraulis encrasicolus) fil-Baħar Adrijatiku.
2. Il-livell tal-qbid massimu għas-sardina u għall-inċova ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness V.
3. Il-kapaċità massima tal-flotta, espressa f'għadd ta' bastimenti, kW u tunnellaġġ gross (GT), tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati biex jistadu għall-istokkijiet pelaġiċi żgħar hija stabbilita fl-Anness V.
4. L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw meta Stat Membru juża l-flessibbiltà ta' sena b'sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Artikolu 13
Stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ
1. Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-merluzz (Merluccius merluccius), l-iskampu (Nephrops norvegicus), il-lingwata komuni (Solea solea), il-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) u t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fil-Baħar Adrijatiku.
2. L-isforz tas-sajd massimu permissibbli għal dawk l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ u l-kapaċità massima tal-flotta fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness V.
3. L-Istati Membri għandhom jiġġestixxu l-isforz massimu permissibbli f'konformità mal-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Artikolu 14
Trażmissjoni tad-data
Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jippreżentaw data relatata mal-ħatt l-art u mal-isforz tas-sajd lill-Kummissjoni, dawn għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet u l-kodiċijiet tal-gruppi tal-isforz tas-sajd stabbiliti fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament.
Kapitolu IV
Il-Fliegu ta' Sqallija
Artikolu 15
Il-merluzz u l-gamblu abjad
1. Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-merluzz (Merluccius merluccius) u l-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) fil-Fliegu ta' Sqallija.
2. Il-kapaċità massima tal-flotta, espressa f'għadd ta' bastimenti, kW u GT, tal-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati biex jistadu għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu hija stabbilita fl-Anness VI.
3. L-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-merluzz (espress f'għadd ta' jiem tas-sajd), għall-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ bid-diriġenti (OTB) li jistadu għall-merluzz huwa stabbilit fl-Anness VI.
4. Il-livell tal-qbid massimu tal-gamblu abjad ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness VI.
5. L-Istati Membri għandhom jimmaniġġjaw l-isforz tas-sajd massimu permissibbli f'konformità mal-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Artikolu 16
Gambli tal-fond
1. Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) u l-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) fil-Fliegu ta' Sqallija.
2. Il-kapaċità massima tal-flotta, espressa f'għadd ta' bastimenti, kW u GT, tal-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati biex jistadu għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu hija stabbilita fl-Anness VI .
3. Il-livell tal-qbid massimu ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness VI.
Artikolu 17
Trażmissjoni tad-data
Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jippreżentaw data dwar il-ħatt l-art tal-kwantitajiet tal-istokkijiet maqbuda lill-Kummissjoni dawn għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.
Kapitolu V
Il-Baħar Jonju u l-Baħar Levantin
Artikolu 18
Gambli tal-fond
1. Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-gamblu aħmar kbir (Aristaeomorpha foliacea) u l-gamblu aħmar (Aristeus antennatus) fil-Baħar Jonju u fil-Baħar Levantin.
2. Il-kapaċità massima tal-flotta, espressa f'għadd ta' bastimenti, kW u GT, tal-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ awtorizzati biex jistadu għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu hija stabbilita fl-Anness VII.
3. Il-livell tal-qbid massimu ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness VII.
Kapitolu VI
Il-Baħar Alboran
Artikolu 19
Paġella ħamra
1. Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd kummerċjali u rikreattiv mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) bil-konzijiet u bix-xlief fil-Baħar Alboran.
2. Il-livell tal-qbid massimu ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fl-Anness VIII.
3. L-għadd massimu ta' konzijiet u xlief awtorizzati għas-sajd tal-paġella ħamra huwa stabbilit fl-Anness VIII.
4. Għandu jiġi stabbilit għeluq temporali bl-għan li jiġi protett l-istokk ewlieni matul ir-riproduzzjoni għal perjodi ta' mhux inqas minn 60 jum kontinwu. Tali għeluq għandu jdum mill-inqas xahrejn u għandu jsir fil-perjodu minn Jannar sa Marzu 2026 u għandu jkopri ż-żoni ewlenin tad-distribuzzjoni tal-paġella ħamra fil-Baħar Alboran.
5. Is-sajd rikreattiv għall-paġella ħamra għandu jkun projbit.
Kapitolu VII
Il-Baħar l-Iswed
Artikolu 20
Laċċa kaħla
1. Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-laċċa l-kaħla (Sprattus sprattus) fil-Baħar l-Iswed.
2. Il-kwota awtonoma tal-Unjoni għal-laċċa l-kaħla hija stabbilita fl-Anness IX.
3. L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw meta Stat Membru juża l-flessibbiltà ta' sena b'sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Artikolu 21
Barbun imperjali
1. Dan l-Artikolu japplika għall-attivitajiet kollha tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għal attivitajiet oħra tas-sajd tal-Unjoni li jaqbdu l-barbun imperjali (Scophthalmus maximus) fil-Baħar l-Iswed.
2. It-TAC għall-barbun imperjali applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed, l-allokazzjoni ta' din it-TAC fost l-Istati Membri u l-kundizzjonijiet marbuta funzjonalment magħha, meta xieraq, huma stabbiliti fl-Anness IX.
3. L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw meta Stat Membru juża l-flessibbiltà ta' sena b'sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Artikolu 22
Ġestjoni tal-isforz tas-sajd għall-barbun imperjali
Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati biex jistadu għall-barbun imperjali fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 21, irrispettivament mit-tul kumplessiv tal-bastiment, ma għandhomx jaqbżu l-180 jum tas-sajd fis-sena.
Artikolu 23
Perjodu ta' għeluq għall-barbun imperjali
Mill-15 ta' April sal-15 ta' Ġunju 2026, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti milli jwettqu xi attività tas-sajd għall-barbun imperjali, inkluż it-trażbord, iż-żamma abbord, il-ħatt l-art u l-ewwel bejgħ tal-barbun imperjali, fl-ilmijiet tal-Unjoni li jinsabu fil-Baħar l-Iswed.
Artikolu 24
Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar l-Iswed
L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stabbilita fl-Anness IX ta' dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:
|
(a) |
l-iskambji li jsiru skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
|
(b) |
it-tnaqqis u r-riallokazzjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; |
|
(c) |
it-tnaqqis li jsir skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
Artikolu 25
Trażmissjoni tad-data
Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jippreżentaw data lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art tal-kwantitajiet tal-istokkijiet tal-laċċa l-kaħla u tal-barbun imperjali maqbuda fl-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed, dawn għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness IX ta' dan ir-Regolament.
TITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 26
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2026 sal-31 ta' Diċembru 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. PANAYIOTOU
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1380/oj).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/259 tal-10 ta’ Jannar 2024 li jistabbilixxi għall-2024 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed (ĠU L, 2024/259, 11.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/259/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/219 tat-30 ta’ Jannar 2025 li jistabbilixxi għall-2025 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed (ĠU L, 2025/219, 4.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/219/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1022/oj).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2022 (ĠU L 21, 31.1.2022, p. 165, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2022/110/oj).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1224/oj).
(7) Ir-Regolament (UE) 2023/2124 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Ottubru 2023 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran (GFCM) (ĠU L, 2023/2124, 12.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2124/oj).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 tat-18 ta' Settembru 2007 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1100/oj).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/847/oj).
(10) Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) Nru 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1241/oj).
(11) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/404/oj).
ANNESS I
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD KUMMERĊJALI TAL-UNJONI GĦALL-FRIEĦ TAS-SALLURA FIL-KUNTEST TAL-PJAN TA' ĠESTJONI PLURIENNALI TAL-KUMMISSJONI ĠENERALI TAS-SAJD GĦALL-MEDITERRAN (GFCM) GĦAS-SALLURA FIL-BAĦAR MEDITERRAN
It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-għadd massimu permissibbli ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-għadd massimu ta' rkaptu tas-sajd awtorizzati għall-attivitajiet tas-sajd kummerċjali għas-sallura ta' tul totali ta' inqas minn 12 cm.
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tiġi pprovduta t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi alfa-3 |
Isem komuni |
|
Anguilla anguilla |
ELE |
Sallura |
Tabella 1
Għadd massimu ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd
|
Stati Membri |
Sallura ELE |
|
Spanja |
153 |
Tabella 2
Għadd massimu ta' rkapti tas-sajd
|
Stati Membri |
Rkaptu tas-sajd |
Kodiċi tal-irkaptu |
Unitajiet |
|
Spanja |
Nases |
EPO |
249 |
ANNESS II
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-PJAN TA' ĠESTJONI PLURIENNALI TAL-KUMMISSJONI ĠENERALI TAS-SAJD GĦALL-MEDITERRAN (GFCM) GĦALL-QROLL AĦMAR FIL-BAĦAR MEDITERRAN
It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-għadd massimu permissibbli ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-livell massimu ta' kwantitajiet maqbuda ta' qroll aħmar fil-Baħar Mediterran.
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tiġi pprovduta t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi alfa-3 |
Isem komuni |
|
Corallium rubrum |
COL |
Qroll aħmar |
Tabella 1
Għadd massimu ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd (*1)
|
Stati Membri |
Qroll aħmar COL |
|
Il-Greċja |
12 |
|
Spanja |
0 (*2) |
|
Franza |
32 |
|
Il-Kroazja |
0 (*2) |
|
L-Italja |
40 |
Tabella 2
Livell massimu ta' kwantitajiet maħsuda espress f'tunnellati ta' piż ħaj
|
Speċi: |
Qroll aħmar Corallium rubrum |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar Mediterran GSAs 1-27 COL/GF1-27 |
|
|
Il-Greċja |
1 844 |
|
|
|
|
Spanja |
0 |
|||
|
Franza |
1 400 |
|
||
|
Il-Kroazja |
0 |
|||
|
L-Italja |
1 378 |
|
||
|
L-Unjoni |
4 622 |
|
||
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
||
(*1) Jirrappreżenta l-għadd ta' bastimenti jew bugħaddasa, jew it-tnejn li huma, jew l-abbinament ta' bugħaddas wieħed ma' bastiment wieħed, awtorizzati għall-ħsad tal-qroll aħmar.
(*2) F'konformità mal-projbizzjoni temporali attwali għas-sajd tal-qroll aħmar stabbilita fl-ilmijiet Spanjoli u fl-ilmijiet Kroati, sakemm ikun hemm bidliet possibbli.
(**) F'konformità mal-projbizzjoni temporali attwali għas-sajd tal-qroll aħmar stabbilita fl-ilmijiet Spanjoli u fl-ilmijiet Kroati, sakemm ikun hemm bidliet possibbli.
ANNESS III
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-ĠESTJONI TAL-LAMPUKI FIL-BAĦAR MEDITERRAN
It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-għadd massimu, il-kW u t-tunnellaġġ gross (GT) tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati jistadu għall-lampuki bl-użu ta' rkapti biex jinġema' l-ħut (FADs) fil-Baħar Mediterran u l-livell massimu ta' qabdiet.
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.
Għall-finijiet ta' dan l-Anness, qed tiġi pprovduta t-tabella komparattiva li ġejja tal-ismijiet bil-Latin u l-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi alfa-3 |
Isem komuni |
|
Coryphaena hippurus |
DOL |
Lampuka |
Tabella 1
Kapaċità massima tal-flotta tal-bastimenti li jistadu għal-lampuka bl-użu ta' FADs fil-Baħar Mediterran (GSAs 1-27)
|
Stat Membru |
Għadd ta' bastimenti |
kW |
GT |
|
L-Italja |
261 |
21 061 |
1 986 |
|
Malta |
130 |
16 662 |
1 296,28 |
|
Spanja |
45 |
2 105,73 |
153,34 |
Tabella 2
L-għadd massimu ta' FADs għal kull bastiment awtorizzat li jistad għal-lampuki fil-Baħar Mediterran (GSAs 1-27), kif ukoll limitu ta' qbid ta' kuljum għas-sajd tal-lampuki bil-qasba
|
Stat Membru |
Għadd ta' FADs għal kull bastiment |
|
L-Italja |
100 |
|
Malta |
200 |
|
Spanja |
50 |
|
Sajd rikreattiv |
Sajd bil-qasba – limitu ta' qbid ta' kuljum = 10 kg jew 5 ħutiet/persuna/jum |
Tabella 3
Il-livell massimu ta' qabdiet f'tunnellati ta' piż ħaj maqbuda fil-Baħar Mediterran (GSAs 1-27)
|
Speċi: |
Lampuka Coryphaena hippurus |
Zone: |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali tal-GSAs 1-27 (DOL/MED) |
|
|
L-Italja |
1 174 |
|
Livell massimu ta' qabdiet |
|
|
Malta |
517 |
|
||
|
Spanja |
127 |
|
||
|
L-Unjoni |
1 818 |
|
||
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
||
ANNESS IV
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KUNTEST TAL-ĠESTJONI TAL-ISTOKKIJIET TAL-ĦUT TAL-QIEGĦ FIL-PUNENT TAL-BAĦAR MEDITERRAN
It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-isforz tas-sajd massimu permissibbli (f'jiem tas-sajd) skont il-gruppi tal-istokkijiet, kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (13), tar-Regolament (UE) 2019/1022, il-limiti massimi ta' qbid u t-tul kumplessiv tal-bastimenti għat-tipi kollha tax-xbieki tat-tkarkir (1) u tal-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ li jistadu għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Baħar Mediterran.
L-opportunitajiet tas-sajd kollha stabbiliti f'dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1022 u fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.
Għall-finijiet ta' dan l-Anness, qed tiġi pprovduta t-tabella komparattiva li ġejja tal-ismijiet bil-Latin u l-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi alfa-3 |
Isem komuni |
|
Aristaeomorpha foliacea |
ARS |
Gamblu aħmar kbir |
|
Aristeus antennatus |
ARA |
Gamblu aħmar |
|
Merluccius merluccius |
HKE |
Merluzz |
|
Mullus barbatus |
MUT |
Trilja tal-ħama |
|
Nephrops norvegicus |
NEP |
Skampu |
|
Parapenaeus longirostris |
DPS |
Gambli tal-fond |
|
1. |
Sforz tas-sajd massimu permissibbli (f'jiem tas-sajd)
|
|
2. |
Limiti massimi ta' qbid għall-gambli tal-fond
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3. |
Limiti massimi ta' qbid għall-merluzz
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) TBB, OTB, PTB, TBN, TBS, TB, OTM, PTM, TMS, TM, OTT, OT, PT, TX, OTP u TSP.
ANNESS V
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR ADRIJATIKU
It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-opportunitajiet tas-sajd skont il-gruppi tal-istokkijiet jew il-gruppi ta' sforz tal-bastimenti u, fejn ikun xieraq, il-kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali, inkluż l-għadd massimu ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati biex jistadu għall-ispeċijiet pelaġiċi żgħar.
L-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti f'dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.
Għall-finijiet ta' dan l-Anness, qed tiġi pprovduta t-tabella komparattiva li ġejja tal-ismijiet bil-Latin u l-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi alfa-3 |
Isem komuni |
|
Engraulis encrasicolus |
ANE |
Inċova |
|
Merluccius merluccius |
HKE |
Merluzz |
|
Mullus barbatus |
MUT |
Trilja tal-ħama |
|
Nephrops norvegicus |
NEP |
Skampu |
|
Parapenaeus longirostris |
DPS |
Gambli tal-fond |
|
Sardina pilchardus |
PIL |
Sardina |
|
Solea solea |
SOL |
Lingwata komuni |
|
1. |
Stokkijiet pelaġiċi żgħar – GSAs 17 u 18
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. |
Stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ – GSAs 17 u 18
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Id-dispożizzjoni taħt il-paragrafu 28 tar-Rakkomandazzjoni GFCM/44/2021/20 ma għandhiex tapplika għall-flotot nazzjonali ta' inqas minn 10 bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża jew bastimenti tat-tkarkir pelaġiċi li jistadu b'mod attiv għall-istokkijiet pelaġiċi żgħar, kif irreġistrat kemm fir-reġistru nazzjonali u f'dak tal-GFCM fl-2014, kif inhu fil-każ tas-Slovenja. F'dak il-każ, il-kapaċità tal-flotta attiva tista' tiżdied b'mhux aktar minn 50 % tal-għadd ta' bastimenti u f'termini ta' tunnellaġġ gross (GT, gross tonnage), tunnellaġġ reġistrat gross (GRT, gross registered tonnage) u kW.
(*2) Is-Slovenja ma għandhiex taqbeż il-limitu tal-isforz ta' 3 000 jum tas-sajd fis-sena f'konformità mal-paragrafu 13 tar-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/5.
(*3) Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 9(c) u 28 tar-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/5 ma għandhomx japplikaw għall-flotot nazzjonali li joperaw bix-xbieki tat-tkarkir (OTB) u li jistadu għal inqas minn 1 000 jum matul il-perjodu ta' referenza msemmi fil-paragrafu 9(c) tar-Rakkomandazzjoni GFCM/43/2019/5. Il-kapaċità tas-sajd tal-flotta attiva li topera bix-xbieki tat-tkarkir (OTB) ma għandhiex tiżdied b'aktar minn 50 % fir-rigward tal-perjodu ta' referenza.
ANNESS VI
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-KANAL TA' SQALLIJA
It-tabelli f'dan l-Anness jistabbilixxu l-opportunitajiet tas-sajd skont il-gruppi tal-istokkijiet jew il-gruppi ta' sforz tal-bastimenti u, fejn xieraq, il-kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali, inkluż l-għadd massimu ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati biex jistadu għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ u għall-gambli tal-fond.
L-opportunitajiet tas-sajd kollha stabbiliti f'dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.
Għall-finijiet ta' dan l-Anness, qed tiġi pprovduta t-tabella komparattiva li ġejja tal-ismijiet bil-Latin u l-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi alfa-3 |
Isem komuni |
|
Merluccius merluccius |
HKE |
Merluzz |
|
Parapenaeus longirostris |
DPS |
Gambli tal-fond |
|
Aristaeomorpha foliacea |
ARS |
Gamblu aħmar kbir |
|
Aristeus antennatus |
ARA |
Gamblu aħmar |
|
1. |
Stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. |
Gambli tal-fond
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
ANNESS VII
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR JONJU U FIL-BAĦAR LEVANTIN
It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-għadd massimu ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati jistadu għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Baħar Jonju u fil-Baħar Levantin u l-livell massimu ta' qabdiet.
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.
Għall-finijiet ta' dan l-Anness, qed tiġi pprovduta t-tabella komparattiva li ġejja tal-ismijiet bil-Latin u l-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi alfa-3 |
Isem komuni |
|
Aristaeomorpha foliacea |
ARS |
Gamblu aħmar kbir |
|
Aristeus antennatus |
ARA |
Gamblu aħmar |
|
1. |
Il-Baħar Jonju
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. |
Il-Baħar Levantin
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
ANNESS VIII
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR ALBORAN
It-tabelli f’dan l-Anness jistabbilixxu l-għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni awtorizzati jistadu għall-paġella ħamra fil-Baħar Alboran u l-livell massimu ta' qabdiet.
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed tiġi pprovduta t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi alfa-3 |
Isem komuni |
|
Pagellus boraraveo |
SBR |
Paġella ħamra |
|
(a) |
Il-livell massimu ta' qabdiet li jsiru bil-konzijiet u bix-xlief espress f'tunnellati ta' piż ħaj
|
||||||||||||||||
|
(b) |
Għadd massimu ta' konzijiet u xlief awtorizzati għas-sajd fil-Baħar Alboran (GSAs 1, 2 u 3)
|
ANNESS IX
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UNJONI FIL-BAĦAR L-ISWED
It-tabelli f'dan l-Anness jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti, mogħtija f'tunnellati ta' piż ħaj, skont l-istokk u, fejn xieraq, il-kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali.
L-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti f'dan l-Anness għandhom ikunu soġġetti għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għall-GSAs tal-GFCM.
Għall-finijiet ta' dan l-Anness, qed tiġi pprovduta t-tabella komparattiva li ġejja tal-ismijiet bil-Latin u l-ismijiet komuni tal-istokkijiet tal-ħut:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi alfa-3 |
Isem komuni |
|
Sprattus sprattus |
SPR |
Laċċ ikħal |
|
Scophthalmus maximus |
TUR |
Barbun imperjali |
|
Speċi |
Laċċ ikħal Sprattus sprattus |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed – GSA 29 (SPR/F3742C) |
|
|
Il-Bulgarija |
8 032,50 |
|
TAC analitika L-Artikolu 3(2) u 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
|
|
Ir-Rumanija |
3 442,50 |
|
||
|
L-Unjoni |
11 475 |
|
||
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|
||
|
Speċi: |
Barbun imperjali Scophthalmus maximus |
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed – GSA 29 (TUR/F3742C) |
|
|
Il-Bulgarija |
86,3 |
|
TAC analitika L-Artikolu 3(2) u 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika. |
|
|
Ir-Rumanija |
88,3 |
|
||
|
L-Unjoni |
174,6 |
|||
|
TAC |
890 |
|
||
(*1) Mill-15 ta' April sal-15 ta' Ġunju 2026 ma għandha tkun permessa l-ebda attività tas-sajd, inkluż it-trażbord, iż-żamma abbord, il-ħatt l-art u l-ewwel bejgħ.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/266/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)