European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2949

28.5.2025

Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)

(C/2025/2949)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)

“Ribeira Sacra”

PDO-ES-A1128-AM05

Data tal-komunikazzjoni: 12.3.2025

1.   Isem il-prodott

“Ribeira Sacra”

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☒

DOP

☐

IĠP

☐

IĠ

3.   Settur

☐

prodotti agrikoli

☒

inbejjed

☐

xarbiet spiritużi

4.   Pajjiż terz li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika

Spanja

5.   Isem tal-awtoritajiet ta’ pajjiż terz jew tal-grupp ta’ produtturi stabbilit jew residenti f’pajjiż terz li jikkomunika l-emenda standard lill-Kummissjoni

Il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Ikel

Id-Direttorat Ġenerali għall-Ikel.

Is-Sottodirettorat Ġenerali għall-Kontroll tal-Kwalità tal-Ikel u l-Laboratorji Agroalimentari

6.   Kwalifika bħala emenda standard

Din hija emenda standard peress li ma tinvolvi l-ebda waħda mill-bidliet previsti fl-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

7.   Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i

TNAQQIS TAL-LIMITU TAR-RENDIMENT GĦAL KULL ETTARU GĦALL-GĦENEB AĦMAR

L-emenda mitluba tikkonsisti fit-tnaqqis tal-produzzjoni massima għal kull ettaru għall-għeneb aħmar mid-9 500 kg attwali għal kull ettaru għal 7 500 kg għal kull ettaru.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 5.2 tad-dokument uniku.

Raġuni:

L-emenda qed tintalan f’kuntest ta’ kriżi fil-kummerċjalizzazzjoni tal-inbejjed, bi tnaqqis fil-konsum fil-livell internazzjonali. Dan it-tnaqqis jaffettwa b’mod partikolari l-inbejjed ħomor prodotti f’reġjuni bi tradizzjoni qawwija ta’ vitikultura fi Franza, fil-Portugall u fi Spanja, bħal Ribeira Sacra, l-unika waħda mill-ħames denominazzjonijiet ta’ oriġini fil-Galicia fejn il-produzzjoni tal-inbid aħmar hija predominanti. Din is-sitwazzjoni wasslet għal akkumulazzjoni sinifikanti ta’ stokkijiet fil-fabbriki tal-inbid f’dawn iż-żoni tal-produzzjoni, li wasslet biex dan l-aħħar, xi pajjiżi tal-UE jattivaw diversi miżuri biex inaqqsu dawn is-surpluses, bħall-qlugħ mill-għeruq tad-dwieli, il-qtugħ bikri jew id-distillazzjoni għal użi industrijali, u din il-miżura tal-aħħar diġà ġiet adottata għad-denominazzjoni ta’ oriġini Ribeira Sacra fl-2024.

F’dan il-kuntest, it-tnaqqis fir-rendiment se jkun miżura li se sservi biex tittejjeb il-kwalità tal-għeneb maqtugħ u, għalhekk, tal-inbejjed prodotti, li għandha tiffaċilita l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom u ttejjeb il-prezzijiet imħallsa. Barra minn hekk, din il-miżura se sservi biex tqarreb il-provvista lejn id-domanda u għalhekk hija miżura xierqa biex tipprova tibbilanċja s-suq.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/Ismijiet (ta’ Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti (DOP) jew ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (IĠP))

Ribeira Sacra

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dielja kif elenkati fil-parti ii tal-anness vii tar-Regolament (UE) nru 1308/2013

1.

Inbid

3.1.   Klassifikazzjoni tal-inbid f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143

—

22 - XORB, SPIRTI U ĦALL

2204 - Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb, għajr dak tal-intestatura 2009

4.   Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed

1.   INBID AĦMAR: Ribeira Sacra ħomor bl-indikazzjoni “Súmmun” u Ribeira Sacra ħomor

DESKRIZZJONI QASIRA

Ribeira Sacra ħomor bl-indikazzjoni “Súmmun”:

—

Apparenza viżiva: ċara u tleqq, intensità tal-kulur minn medja sa għolja, b’kulur aħmar li jvarja minn lewn iċ-ċirasa għal aħmar fil-vjola.

—

Aroma: irwejjaħ ta’ frott minn tal-inqas waħda mill-kategoriji li ġejjin: bakek ħomor (frott tal-foresta) jew frott tas-siġar (frott aħmar tal-għadma).

—

Togħma: qawwija, bi rwejjaħ minn waħda mill-kategoriji li ġejjin: bakek ħomor jew frott tas-siġar aħmar; alkoħol, aċidità u astrinġenza bbilanċjati; togħma li ddum fil-ħalq.

Ribeira Sacra ħomor:

—

Apparenza viżiva: ċara u tleqq, intensità tal-kulur minn medja sa għolja, b’kulur aħmar li jvarja minn lewn iċ-ċirasa għal aħmar fil-vjola.

—

Aroma: irwejjaħ ta’ frott minn tal-inqas waħda mill-kategoriji li ġejjin: bakek ħomor (frott tal-foresta) jew frott tas-siġar (frott aħmar tal-għadma).

—

Togħma: qawwija, bi rwejjaħ minn waħda mill-kategoriji li ġejjin: bakek ħomor jew frott tas-siġar aħmar; alkoħol, aċidità u astrinġenza bbilanċjati; togħma li ddum fil-ħalq.

*

Għal-limiti tal-parametri mhux indikati, iridu jiġu mħarsa r-regoli tal-UE fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): 11

—

Aċidità totali minima: 4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 13,33

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): 150

2.   INBID ABJAD: Ribeira Sacra bojod bl-indikazzjoni “Súmmum”

DESKRIZZJONI QASIRA

—

Apparenza viżiva: ċara u tleqq; b’lewn isfar li jvarja minn ċar għal dehbi.

—

Aroma: qawwija, irwejjaħ ta’ frott tas-siġar (frott abjad taż-żerriegħa u tal-għadma).

—

Togħma: qawwija, bi rwejjaħ ta’ frott tas-siġar; alkoħol u aċidità bbilanċjati; togħma li ddum fil-ħalq.

*

Għal-limiti tal-parametri mhux indikati, iridu jiġu mħarsa r-regoli tal-UE fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): 11

—

Aċidità totali minima: 4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 11,67

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): 200

3.   INBID AĦMAR: Ribeira Sacra ħomor bl-indikazzjoni “Súmmun Barrica” u Ribeira Sacra ħomor bl-indikazzjoni “Súmmun Garda”

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed, minbarra li jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq għal kull tip ta’ nbid, biex jiġu kkummerċjalizzati bħala “barrica” (bettija), irid ikollhom ukoll il-karatteristiċi li ġejjin:

—

Aroma: minn tal-inqas waħda mill-kategoriji li ġejjin: ħwawar, injam jew ballut.

—

Togħma: minn tal-inqas waħda mill-kategoriji li ġejjin: ħwawar, injam jew ballut.

*

Għal-limiti tal-parametri mhux indikati, iridu jiġu mħarsa r-regoli tal-UE fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): 12

—

Aċidità totali minima: 4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 20

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): 150

4.   INBID ABJAD: Ribeira Sacra Barrica bojod u Ribeira Sacra Garda bojod

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed, minbarra li jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq għal kull tip ta’ nbid, biex jiġu kkummerċjalizzati bħala “barrica” (bettija), irid ikollhom ukoll il-karatteristiċi li ġejjin:

—

Aroma: minn tal-inqas waħda mill-kategoriji li ġejjin: ħwawar, injam jew ballut.

—

Togħma: minn tal-inqas waħda mill-kategoriji li ġejjin: ħwawar, injam jew ballut.

*

Għal-limiti tal-parametri mhux indikati, iridu jiġu mħarsa r-regoli tal-UE fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): 12

—

Aċidità totali minima: 4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 18

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): 200

5.   INBID ROŻÈ: Ribeira Sacra rożè bl-indikazzjoni “Súmmum”

DESKRIZZJONI QASIRA

Apparenza viżiva: ċara u tleqq, intensità tal-kulur minn baxxa sa medja; kulur li jvarja minn roża ċara għal aħmar lewn iċ-ċirasa.

—

Aroma: irwejjaħ ta’ frott minn tal-inqas waħda mill-kategoriji li ġejjin: frott tal-foresta jew frott aħmar tal-għadma.

—

Togħma: qawwija, bi rwejjaħ minn waħda mill-kategoriji li ġejjin: frott tal-foresta jew frott aħmar tal-għadma; alkoħol u aċidità bbilanċjati; togħma li ddum fil-ħalq.

*

Għal-limiti tal-parametri mhux indikati, iridu jiġu mħarsa r-regoli tal-UE fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): 11

—

Aċidità totali minima: 4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 11,67

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): 200

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom

1.   Prattika enoloġika speċifika

—

Ir-rendiment tal-estrazzjoni ma jridx ikun aktar minn 69 l ta’ nbid għal kull 100 kg ta’ għeneb. Fil-każ tal-inbejjed rożè, dan l-ammont ma jridx ikun aktar minn 40 l ta’ nbid għal kull 100 kg ta’ għeneb.

—

Biex jintuża t-terminu “barrica”, jeħtieġ li l-inbejjed ikunu ġew immaturati fi btieti tal-injam, filwaqt li jiġu rrispettati r-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tal-perjodi minimi ta’ maturazzjoni u l-volumi massimi:

—

Ħomor: minimu ta’ 6 xhur fi btieti b’kapaċità massima ta’ 500 l.

—

Bojod: minimu ta’ 3 xhur fi btieti b’kapaċità massima ta’ 600 l.

—

Biex jintuża t-terminu “Garda” (b’referenza għall-inbejjed li “jinżammu” jew “jinħażnu”), l-inbejjed jeħtieġ li jkunu tħallew jimmaturaw għal mill-inqas 7 xhur fil-każ tal-ħomor u 4 xhur fil-każ tal-bojod, f’tankijiet magħmulin mill-injam, mill-konkrit jew minn materjali oħra awtorizzati skont il-liġi dwar l-ikel, bl-eċċezzjoni tal-azzar u l-poliester, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-volum li ġejjin:

—

għall-ħomor:

—

tankijiet tal-injam b’kapaċità ta’ bejn 225 l u 10 000 l

—

tankijiet magħmula mill-konkrit jew minn materjali oħra b’kapaċità massima ta’ 5 000 l

—

għall-bojod:

—

tankijiet tal-injam b’kapaċità ta’ bejn 225 l u 8 000 l

—

tankijiet magħmula mill-konkrit jew minn materjali oħra b’kapaċità massima ta’ 5 000 l

2.   Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

—

Il-varjetajiet tal-għeneb aħmar Mencía, Brancellao, Merenzao, Sousón, Caíño tinto, Caíño longo u Caíño bravo u l-varjetajiet tal-għeneb abjad Godello, Loureira, Treixadura, Dona branca, Albariño, Torrontés, Branco lexítimo u Caíño blanco jitqiesu bħala l-varjetajiet ippreferuti jew ewlenin. L-inbejjed bl-indikazzjoni “Súmmum” se jkun fihom mill-inqas 85 % tal-varjetajiet ta’ għeneb ippreferuti jew ewlenin. L-inbejjed ħomor li ma jiġux ikkummerċjalizzati bl-indikazzjoni “Súmmum” għandu jkun fihom mill-inqas 70 % tal-varjetà Mencía.

—

L-użu ta’ preses kontinwi jew ta’preses ċentrifugi ta’ veloċità għolja mhux permess.

—

Mhumiex permessi prattiki li jinvolvu t-tisħin minn qabel tal-għeneb jew it-tisħin tal-most jew tal-inbid li fih il-karfa tkun għadha preżenti biex jiġi estratt il-kulur b’mod sfurzat.

—

Meta jiġu prodotti l-inbejjed rożè Ribeira Sacra, il-perjodu ta’ kuntatt mal-qoxra ma jistax jaqbeż it-48 siegħa.

—

Il-laqx tal-ballut ma jistax jintuża waqt il-produzzjoni tal-inbid jew fi proċessi sussegwenti.

3.   Prattika ta’ kultivazzjoni

—

L-għeneb irid jinqata’ b’attenzjoni kbira u jinġabar bl-idejn f’ċestuni tal-ħsad awtorizzati mill-Bord Regolatorju. Irid jintuża biss għeneb tajjeb u misjur biżżejjed biex jiġu prodotti l-inbejjed protetti.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.

Varjetajiet ta’ għeneb aħmar

7 500 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

51,75 ettolitru għal kull ettaru

2.

Varjetajiet ta’ għeneb abjad

12 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

82,80 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika demarkata

Iż-żona demarkata hija magħmula minn ħames subżoni li jkopru partijiet mill-muniċipalitajiet li ġejjin:

—

Is-subżona ta’ Amandi: Sober u Monforte de Lemos.

—

Is-subżona ta’ Chantada: Portomarín, Taboada, Chantada, Carballedo u A Peroxa.

—

Is-subżona ta’ Quiroga-Bibei: Monforte de Lemos, A Pobra de Brollón, Quiroga, Ribas de Sil, a Pobra de Trives, Manzaneda u San Xoán de Río.

—

Is-subżona ta’ Ribeiras do Miño: Paradela, O Saviñao, Pantón, Sober u Monforte de Lemos.

—

Is-subżona ta’ Ribeiras do Sil: A Teixeira, Parada do Sil, Castro Caldelas u Nogueira de Ramuín.

Dawn il-muniċipalitajiet huma mifruxa fil-provinċji ta’ Lugo u Ourense fil-Komunità Awtonoma tal-Galicia.

7.   Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed

 

ALBARIN BLANCO - BRANCO LEXITIMO

 

ALBARIÑO

 

BRANCELLAO

 

CAÍÑO BLANCO

 

CAÍÑO BRAVO

 

CAÍÑO LONGO

 

CAÍÑO TINTO

 

DOÑA BLANCA - DONA BRANCA

 

GARNACHA TINTORERA

 

GODELLO

 

GRAN NEGRO

 

JUAN GARCÍA - MOURATÓN

 

LOUREIRA - LOUREIRO BLANCO

 

MENCÍA

 

MERENZAO

 

SOUSÓN

 

TEMPRANILLO

 

TORRONTÉS

 

TREIXADURA

8.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-karatteristika ewlenija ta’ dawn l-inbejjed hija l-prattika tat-tkabbir tad-dwieli magħrufa bħala “viticultura heroica” (vitikultura eroika), li fiha d-dwieli jitkabbru fuq għoljiet imtarrġa wieqfa li jiffurmaw pajsaġġ antropoġeniku impressjonanti. Din il-formazzjoni tal-pajsaġġ tfisser li hemm ħafna mikroklimi. Għalhekk, l-għażla tal-altitudni u l-orjentazzjoni tad-dwieli hija fattur kruċjali biex jiġi żgurat li l-għeneb isir kif suppost. Barra minn hekk, l-għeneb użat jikkonsisti prinċipalment minn varjetajiet awtokoni. Dawn intgħażlu mill-produtturi tal-inbid matul is-sekli u adattaw għall-klima u l-ħamrija lokali. Iż-żona tipproduċi l-aktar inbejjed ħomor, bl-aktar varjetà prominenti tkun il-Mencía. L-inbejjed fihom togħma ta’ frott, b’kulur aħmar lewn iċ-ċirasa u aċidità bbilanċjata.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona tal-produzzjoni hija magħmula prinċipalment minn għoljiet weqfin, li jagħmluha diffiċli li jinbnew fabbriki tal-inbid. L-inbejjed jistgħu għalhekk isiru f’fabbriki tal-inbid mibnija fuq art li tinsab f’ċerti parroċċi ħdejn iż-żona tal-produzzjoni, fis-subżoni u l-muniċipalitajiet li ġejjin:

Amandi: Sober.

Chantada: Carballedo, A Peroxa, Portomarín, Taboada u Chantada.

Ribeiras do Miño: Pantón u O Saviñao.

Ribeiras do Sil: A Teixeira u Castro Caldelas.

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-imballaġ irid isir fil-post tal-produzzjoni. It-trasport u l-ibbottiljar tal-inbid barra miż-żona tal-produzzjoni tal-inbid jistgħu jipperikolaw il-kwalità, peress li l-inbid jista’ jkun espost għall-ossidazzjoni u għar-riduzzjoni, għal varjazzjonijiet fit-temperatura u għal influwenzi oħra. Aktar ma l-inbid jiġi ttrasportat ’il bogħod, aktar ikun kbir ir-riskju. L-ibbottiljar fil-post tal-produzzjoni jippermetti li jinżammu l-karatteristiċi u l-kwalità tal-prodott.

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Il-karattri użati biex jindikaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini jridu jkunu mill-inqas 4 mm twal. L-isem tas-subżona u tal-varjetà għandhom jiġu indikati bl-użu ta’ karattri li ma jaqbżux nofs l-għoli ta’ dawk użati għall-isem tad-DOP.

L-użu tat-trademark huwa obbligatorju. Jekk l-inbejjed jiġu ttikkettati bi trademarks li jintużaw ukoll għal denominazzjonijiet ta’ oriġini oħrajn, l-isem Ribeira Sacra jrid ikun fl-istess parti viżiva bħat-trademark u tal-inqas tliet darbiet akbar minnha. L-isem Ribeira Sacra jrid jidher ukoll fuq l-istess sfond u bl-istess stil ta’ kitba bħal dik tat-trademark.

Se titwaħħal tikketta sekondarja nnumerata fuq il-fliexken kollha. Din it-tikketta sekondarja trid tinkludi l-logo tad-denominazzjoni ta’ oriġini.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://agacal.xunta.gal/sites/default/files/calidade-alimentaria/vinos/Pliego-condiciones-Ribeira-Sacra-enero-2025_ES.pdf


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2949/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)