|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/264 |
10.2.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/264
tal-11 ta’ Novembru 2024
li tistabbilixxi l-mudell li jinkludi l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għar-rapportar mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2024) 7744)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 17 tad-Direttiva 2010/40/UE jirrikjedi li sal-21 ta’ Marzu 2025 l-Istati Membri jissottomettu lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva u tal-atti delegati adottati abbażi tagħha u tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi mudell għal tali rapport. Fir-rigward tal-atti delegati, ir-Regolamenti ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2013 (2), (UE) Nru 885/2013 (3), (UE) Nru 886/2013 (4), (UE) 2015/962 (5), (UE) 2017/1926 (6) u (UE) 2022/670 (7) ġew adottati. Ir-Regolament Delegat (UE) 2022/670 irid iħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2015/962 mill-1 ta’ Jannar 2025, u għaldaqstant il-mudell jenħtieġ li jirreferi biss għar-Regolament Delegat (UE) 2022/670. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2010/40/UE, ir-rapport irid jispeċifika l-attivitajiet u l-proġetti nazzjonali prinċipali tal-Istat Membru rigward l-oqsma ta’ prijorità u d-disponibbiltà ġeografika tad-data u tas-servizzi elenkati fl-Annessi III u IV ta’ dik id-Direttiva. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2010/40/UE, ir-rapport irid jiddistingwi bejn in-natura mandatorja jew addizzjonali tal-KPIs (Key Performance Indicators - Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni). Dik id-distinzjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-ambitu ġeografiku tal-KPIs u fuq il-kronoloġija tar-rapportar. |
|
(3) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2010/40/UE tirrikjedi lill-Istati Membri jirrapportaw kull 3 snin wara r-rapport inizjali dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tagħha. Għalhekk, il-mudell jenħtieġ li japplika għar-rapporti ta’ progress inizjali u sussegwenti. |
|
(4) |
Sabiex il-Kummissjoni jkollha informazzjoni ta’ politika ta’ livell għoli, jenħtieġ li r-rapport jagħti ħjiel dwar id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà maż-żmien tat-tipi ta’ data elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2010/40/UE u jenħtieġ li jkun ibbażat fuq stimi arrotondati infurmati. |
|
(5) |
Barra minn hekk, bil-ħsieb li jipprovdu informazzjoni ta’ politika ta’ livell għoli, jenħtieġ li l-KPIs jagħtu ħjiel dwar il-varar u l-impatt tat-tagħmir u tas-servizzi ITS fl-Unjoni maż-żmien. Għall-KPIs tal-benefiċċju li jivvalutaw l-impatt tas-servizzi ITS fuq il-ħin tal-ivvjaġġar, il-ħabtiet fit-toroq u l-emissjonijiet tas-CO2, l-għan hu li jinkisbu valuri ta’ referenza robusti, ibbażati fuq biżżejjed kampjuni tajbin. Dan jippermetti estrapolazzjoni prudenti fid-dawl tal-limitazzjonijiet tal-kalkoli ta’ dawn il-KPIs, ladarba l-impatt tal-ITS xi kultant ikun diffiċli li jiġi iżolat mill-impatt ta’ miżuri oħra. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/453/UE (8) stabbiliet linji gwida mhux vinkolanti għar-rapportar mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2010/40/UE. Meta jitqiesu n-natura u l-portata tal-bidliet meħtieġa skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2010/40/UE, b’mod partikolari n-natura mandatorja tal-mudell u tal-kontenut tiegħu, inkluż il-KPIs, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/453/UE titħassar. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tal-ITS, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mudell għar-rapporti inizjali u ta’ progress li jinkludu l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2010/40/UE, huwa stabbilit fl-Anness I.
In-natura mandatorja jew addizzjonali tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, skont l-ambitu ġeografiku u l-kronoloġija, hija stabbilita fl-Anness II.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/453/UE titħassar.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Wopke HOEKSTRA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/40/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2013 tas-26 ta’ Novembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment armonizzat ta’ eCall interoperabbli fl-UE kollha (ĠU L 91, 3.4.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2013/305/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2013 tal-15 ta’ Mejju 2013 li jissuplimenta d-Direttiva ITS 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni għal postijiet tal-parkeġġ sikuri u siguri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali (ĠU L 247, 18.9.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2013/885/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 886/2013 tal-15 ta’ Mejju 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data u l-proċeduri għall-forniment, fejn possibbli, ta’ informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza b’xejn lill-utenti (ĠU L 247, 18.9.2013, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2013/886/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/962 tat-18 ta’ Diċembru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali fl-UE kollha (ĠU L 157, 23.6.2015, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2015/962/oj).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926 tal-31 ta’ Mejju 2017 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha (ĠU L 272, 21.10.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/1926/oj).
(7) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/670 tat-2 ta’ Frar 2022 jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali fl-UE kollha (ĠU L 122, 25.4.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/670/oj).
(8) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/453/UE tat-13 ta’ Lulju 2011 li tadotta linji gwida għar-rappurtar mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 193, 23.7.2011, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/453/oj).
ANNESS I
Mudell għar-rapport inizjali u għar-rapporti ta’ progress
Id-Direttiva 2010/40/UE
Ir-Rapport ta’ Implimentazzjoni 20XX
Isem_il-pajjiż
Data
Werrej
|
1. |
Introduzzjoni | 5 |
|
1.1. |
Ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet u l-proġetti nazzjonali | 5 |
|
1.2. |
Progress ġenerali li sar mill-[sena tar-rapport preċedenti] | 5 |
|
1.3. |
Informazzjoni ta’ kuntatt | 5 |
|
2. |
Proġetti, attivitajiet u inizjattivi ewlenin | 5 |
|
2.1. |
Qasam ta’ prijorità I. Servizzi STI ta’ informazzjoni u ta’ mobbiltà | 5 |
|
2.1.1. |
Deskrizzjoni tal-attivitajiet u tal-proġetti nazzjonali ewlenin | 5 |
|
2.1.2. |
Progress li sar mill-[sena tar-rapport preċedenti] | 5 |
|
2.1.3. |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1926 fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha (azzjoni ta’ prijorità a) | 5 |
|
2.1.4. |
Obbligu ta’ rapportar skont ir-Regolament Delegat (UE) 2022/670 fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali fl-UE kollha (azzjoni ta’ prijorità b) | 5 |
|
2.2. |
Qasam ta’ prijorità II. Servizzi STI tal-ivvjaġġar, tat-trasport u tal-ġestjoni tat-traffiku | 5 |
|
2.2.1. |
Deskrizzjoni tal-attivitajiet u tal-proġetti nazzjonali ewlenin | 5 |
|
2.2.2. |
Progress li sar mill-[sena tar-rapport preċedenti] | 6 |
|
2.3. |
Qasam ta’ prijorità III. Servizzi STI ta’ sikurezza u ta’ sigurtà fit-toroq | 6 |
|
2.3.1. |
Deskrizzjoni tal-attivitajiet u tal-proġetti nazzjonali ewlenin | 6 |
|
2.3.2. |
Progress li sar mill-[sena tar-rapport preċedenti] | 6 |
|
2.3.3. |
eCall 112 (azzjoni ta’ prijorità d – ir-Regolament Delegat (UE) Nru 305/2013) | 6 |
|
2.3.4. |
Obbligu ta’ rapportar skont ir-Regolament Delegat (UE) Nru 886/2013 fir-rigward tad-data u l-proċeduri għall-forniment, fejn possibbli, ta’ informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza b’xejn lill-utenti (azzjoni ta’ prjorità c) | 6 |
|
2.3.5. |
Obbligu ta’ rapportar skont ir-Regolament Delegat (UE) Nru 885/2013 fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni għal postijiet tal-parkeġġ sikuri u siguri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali (azzjoni ta’ prijorità e) | 6 |
|
2.4. |
Qasam ta’ prijorità IV. Servizzi STI għal mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata | 6 |
|
2.4.1. |
Deskrizzjoni tal-attivitajiet u tal-proġetti nazzjonali ewlenin | 6 |
|
2.4.2. |
Progress li sar mill-[sena tar-rapport preċedenti] | 6 |
|
2.5. |
Id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà permezz tal-NAPs tat-tipi ta’ data elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2010/40/UE | 7 |
|
2.5.1. |
Data relatata mal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku fit-toroq u dwar in-navigazzjoni mal-UE kollha | 7 |
|
2.5.2. |
Data relatata ma’ informazzjoni u ma’ servizzi ta’ prenotazzjoni għal postijiet ta’ parkeġġ sikuri u siguri għat-trakkijiet u għall-vetturi kummerċjali | 9 |
|
2.5.3. |
Data dwar avvenimenti jew kundizzjonijiet identifikati relatati mas-sikurezza fit-toroq li jikkonċernaw l-informazzjoni minima universali dwar it-traffiku relatata mas-sikurezza fit-toroq | 10 |
|
2.5.4. |
Data statika dwar it-traffiku multimodali għal servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha | 10 |
|
2.6. |
Disponibbiltà tas-servizzi elenkati fl-Anness IV tad-Direttiva 2010/40/UE | 11 |
|
2.6.1. |
Servizzi ta’ informazzjoni minima universali dwar it-traffiku relatata mas-sikurezza fit-toroq | 11 |
|
2.7. |
Inizjattivi / punti ewlenin oħra | 11 |
|
2.7.1. |
Deskrizzjoni ta’ inizjattivi / punti ewlenin nazzjonali oħra u proġetti mhux koperti fl-oqsma ta’ prijorità 1 sa 4: | 11 |
|
2.7.2. |
Progress li sar mill-[sena tar-rapport preċedenti] | 11 |
|
3. |
Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs, Key Performance Indicators) | 11 |
|
3.1. |
Varar tal-KPIs | 11 |
|
3.1.1. |
Infrastrutturi / tagħmir għall-ġbir tal-informazzjoni (KPI tat-triq) | 11 |
|
3.1.2. |
Detezzjoni tal-inċidenti (KPI tat-triq) | 11 |
|
3.1.3. |
Miżuri ta’ ġestjoni tat-traffiku u ta’ kontroll tat-traffiku (KPI tat-triq) | 11 |
|
3.1.4. |
Servizzi u applikazzjonijiet ta’ STI kooperattivi (KPI tat-triq) | 12 |
|
3.1.5. |
Informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali (KPI tat-triq) | 12 |
|
3.1.6. |
Informazzjoni dinamika dwar l-ivvjaġġar (KPI multimodali) | 12 |
|
3.1.7. |
Informazzjoni dwar il-merkanzija (jekk possibbli multimodali jew KPI tat-triq) | 12 |
|
3.2. |
KPIs tal-benefiċċji | 12 |
|
3.2.1. |
Bidla fil-ħin tal-ivvjaġġar (KPI tat-triq) | 12 |
|
3.2.2. |
Bidla fl-għadd ta’ ħabtiet fit-toroq li jirriżultaw fi mwiet jew f’korrimenti (KPI tat-triq) | 13 |
|
3.2.3. |
Bidla fl-emissjonijiet tas-CO2 mit-traffiku (KPI tat-triq) | 13 |
|
3.3. |
KPIs finanzjarji | 13 |
1. Introduzzjoni
1.1. Ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet u l-proġetti nazzjonali
Inklużi l-leġiżlazzjoni jew l-istrateġiji nazzjonali dwar is-Servizzi ta’ Trasport Intelliġenti (“STI”), jew it-tnejn li huma
1.2. Progress ġenerali li sar mill-[sena tar-rapport preċedenti]
Sommarju tal-progress li sar mir-rapport preċedenti:
1.3. Informazzjoni ta’ kuntatt
2. Proġetti, attivitajiet u inizjattivi ewlenin
2.1. Qasam ta’ prijorità I. Servizzi STI ta’ informazzjoni u ta’ mobbiltà
2.1.1. Deskrizzjoni tal-attivitajiet u tal-proġetti nazzjonali ewlenin
Deskrizzjoni tal-inizjattivi rilevanti, l-objettiv, il-perjodu ta’ żmien, l-istadji importanti, ir-riżorsi, il-parti(jiet) kkonċernata/ikkonċernati ewlenija/ewlenin u l-istatus tagħhom:
2.1.2. Progress li sar mill-[sena tar-rapport preċedenti]
Deskrizzjoni tal-progress li sar fil-qasam mill-[sena tar-rapport preċedenti]:
2.1.3. Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1926 fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha (azzjoni ta’ prijorità a)
Il-progress li sar f’termini tal-aċċessibbiltà, l-iskambju u l-użu mill-ġdid tat-tipi ta’ data dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku stabbiliti fl-Anness:
L-ambitu ġeografiku tad-data stabbilita fl-Anness aċċessibbli permezz tal-punt ta’ aċċess nazzjonali, u l-kwalità tagħha, inklużi l-kriterji użati għad-definizzjoni ta’ din il-kwalità u l-mezzi użati għall-monitoraġġ tagħha:
Il-konnessjoni tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar:
Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 9:
Deskrizzjoni tal-bidliet fil-punt nazzjonali jew fil-punt komuni ta’ aċċess, fejn rilevanti:
Informazzjoni addizzjonali (eż. il-mobilityDCAT-AP jew il-katalgi ta’ metadata oħra ġew implimentati?):
2.1.4. Obbligu ta’ rapportar skont ir-Regolament Delegat (UE) 2022/670 fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali fl-UE kollha (azzjoni ta’ prijorità b)
Il-progress li sar f’termini tal-aċċessibbiltà, tal-iskambju u tal-użu mill-ġdid tat-tipi ta’ data stabbiliti fl-Anness:
L-ambitu ġeografiku tad-data aċċessibbli permezz tal-Punt ta’ Aċċess Nazzjonali, il-bidliet fin-network primarju tat-toroq u fil-kontenut tad-data tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali u l-kwalità tagħhom, inklużi l-kriterji użati għad-definizzjoni ta’ din il-kwalità u l-mezzi użati għall-monitoraġġ tagħha:
Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 12 bir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 11:
Deskrizzjoni tal-bidliet fil-punt nazzjonali jew fil-punt komuni ta’ aċċess, fejn rilevanti:
Informazzjoni addizzjonali (eż. liema tipi ta’ data qed jiġu pprovduti? Ġew implimentati l-mobilityDCAT-AP jew katalgi ta’ metadata oħra? Ir-rekwiżiti tal-kwalità qed jiġu vverifikati?):
2.2. Qasam ta’ prijorità II. Servizzi STI tal-ivvjaġġar, tat-trasport u tal-ġestjoni tat-traffiku
2.2.1. Deskrizzjoni tal-attivitajiet u tal-proġetti nazzjonali ewlenin
Deskrizzjoni tal-inizjattivi rilevanti, l-objettiv, il-perjodu ta’ żmien, l-istadji importanti, ir-riżorsi, il-parti(jiet) kkonċernata/ikkonċernati ewlenija/ewlenin u l-istatus tagħhom:
2.2.2. Progress li sar mill-[sena tar-rapport preċedenti]
Deskrizzjoni tal-progress li sar fil-qasam mill-[sena tar-rapport preċedenti]:
2.3. Qasam ta’ prijorità III. Servizzi STI ta’ sikurezza u ta’ sigurtà fit-toroq
2.3.1. Deskrizzjoni tal-attivitajiet u tal-proġetti nazzjonali ewlenin
Deskrizzjoni tal-inizjattivi rilevanti, l-objettiv, il-perjodu ta’ żmien, l-istadji importanti, ir-riżorsi, il-parti(jiet) kkonċernata/ikkonċernati ewlenija/ewlenin u l-istatus tagħhom:
2.3.2. Progress li sar mill-[sena tar-rapport preċedenti]
Deskrizzjoni tal-progress li sar fil-qasam mill-[sena tar-rapport preċedenti]:
2.3.3. eCall 112 (azzjoni ta’ prijorità d – ir-Regolament Delegat (UE) Nru 305/2013)
Informazzjoni dwar kwalunkwe bidla rigward l-infrastruttura tal-PSAPs għall-eCall nazzjonali u l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jivvalutaw il-konformità tal-operati tal-PSAPs għall-eCall:
Informazzjoni addizzjonali:
2.3.4. Obbligu ta’ rapportar skont ir-Regolament Delegat (UE) Nru 886/2013 fir-rigward tad-data u l-proċeduri għall-forniment, fejn possibbli, ta’ informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza b’xejn lill-utenti (azzjoni ta’ prijorità c)
Il-progress li sar fl-implimentazzjoni tas-servizz ta’ informazzjoni, inklużi l-kriterji użati biex jiġi definit il-livell tal-kwalità tiegħu u l-mezzi użati għall-monitoraġġ tal-kwalità tiegħu:
Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 3 sa 8 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 886/2013:
Fejn rilevanti, deskrizzjoni tal-bidliet fil-punt ta’ aċċess nazzjonali:
Informazzjoni addizzjonali (eż. sorsi tad-data użati għall-forniment ta’ informazzjoni dwar it-traffiku relatata mas-sikurezza):
2.3.5. Obbligu ta’ rapportar skont ir-Regolament Delegat (UE) Nru 885/2013 fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni għal postijiet tal-parkeġġ sikuri u siguri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali (azzjoni ta’ prijorità e)
Għadd ta’ postijiet ta’ parkeġġ u spazji ta’ parkeġġ differenti fit-territorju tagħhom:
Perċentwal ta’ postijiet ta’ parkeġġ irreġistrati fis-servizz ta’ informazzjoni:
Perċentwal ta’ postijiet ta’ parkeġġ li jipprovdu informazzjoni dinamika dwar id-disponibbiltà tal-ispazji tal-parkeġġ u taż-żoni ta’ prijorità:
Informazzjoni addizzjonali: (eż. ġie stabbilit punt ta’ aċċess nazzjonali biex jipprovdi data dwar il-parkeġġ tat-trakkijiet? Dan jinkludi data dinamika? X’inhu s-sors tad-data (pubbliku / privat)? Id-data ppubblikata dwar il-Punt ta’ Aċċess Ewropew għall-Parkeġġ tat-Trakkijiet hija ospitata mid-DĠ MOVE? Jekk le, hemm xi intenzjoni li dan isir fil-futur?)
2.4. Qasam ta’ prijorità IV. Servizzi STI għal mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata
2.4.1. Deskrizzjoni tal-attivitajiet u tal-proġetti nazzjonali ewlenin
Deskrizzjoni tal-inizjattivi rilevanti, l-objettiv, il-perjodu ta’ żmien, l-istadji importanti, ir-riżorsi, il-parti(jiet) kkonċernata/ikkonċernati ewlenija/ewlenin u l-istatus tagħhom: b’mod partikolari, tipprovdi informazzjoni dwar l-inizjattivi ta’ varar tas-C-STI u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom.
2.4.2. Progress li sar mill-[sena tar-rapport preċedenti]
Deskrizzjoni tal-progress li sar fil-qasam mill-[sena tar-rapport preċedenti]:
2.5. Id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà permezz tal-NAPs tat-tipi ta’ data elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2010/40/UE
Prinċipji ta’ kalkolu:
|
* |
Għall-informazzjoni statika: abbażi tat-tul diviż bit-tul totali f’kilometri. It-tul totali huwa t-tul tan-network li fuqu teżisti l-informazzjoni sottostanti, eż. il-limiti tal-veloċità japplikaw (kważi) kullimkien, iżda l-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-mini japplikaw biss għal (it-tul ta’) sezzjonijiet tal-mini. |
|
** |
Għall-informazzjoni dinamika/temporanja: id-disponibbiltà tad-data tirreferi għall-kapaċità li d-data ssir disponibbli u aċċessibbli f’format li jinqara mill-magni fuq ċertu perċentwal tan-network, kull meta teżisti / tidher l-informazzjoni sottostanti, abbażi tat-tul tan-network b’din il-kapaċità diviż bit-tul totali f’kilometri. |
2.5.1. Data relatata mal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku fit-toroq u dwar in-navigazzjoni mal-UE kollha
|
Tip ta’ data |
Kopertura ġeografika |
% tal-ambitu ġeografiku fejn it-tip ta’ data huwa disponibbli |
Kummenti |
|||||||||||||
|
|
|||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||
|
In-network trans-Ewropew ewlieni għat-toroq |
kundizzjonijiet tal-aċċess għall-mini* |
% [Nota: il-possibbiltà li jiġi pprovduti n-numru u l-% tal-mini, jekk aktar rilevanti] |
|
||||||||||||
|
kundizzjonijiet tal-aċċess għall-pontijiet* |
% [Nota: il-possibbiltà li jiġu pprovduti l-għadd u l-% tal-pontijiet, jekk aktar rilevanti] |
|
||||||||||||||
|
limiti tal-veloċità* |
% |
|
||||||||||||||
|
projbizzjonijiet ta’ qbiż ta’ vetturi oħra għal vetturi tqal tal-merkanzija* |
% |
|
||||||||||||||
|
restrizzjonijiet fuq il-piż/it-tul/il-wisa’/l-għoli* |
% |
|
||||||||||||||
|
In-network trans-Ewropew komprensiv għat-toroq, għal awtostradi oħra u għal sezzjonijiet ta’ toroq primarji, fejn il-medja annwali totali ta’ traffiku ta’ kuljum hija aktar minn 8 500 vettura, u t-toroq kollha tal-ibliet fiċ-ċentru ta’ kull Nodu Urban (limitati għal > 7 000 vettura kuljum, jekk applikabbli) |
kundizzjonijiet tal-aċċess għall-mini* |
% |
|
|||||||||||||
|
kundizzjonijiet tal-aċċess għall-pontijiet* |
% |
|
||||||||||||||
|
limiti tal-veloċità* |
% |
|
||||||||||||||
|
projbizzjonijiet ta’ qbiż ta’ vetturi oħra għal vetturi tqal tal-merkanzija* |
% |
|
||||||||||||||
|
restrizzjonijiet fuq il-piż/it-tul/il-wisa’/l-għoli* |
% |
|
||||||||||||||
|
Subkategorija:
|
L-infrastruttura tat-toroq tal-ibliet fiċ-ċentru ta’ kull Nodu Urban |
toroq f’direzzjoni waħda* |
% [Nota: il-possibbiltà li jiġu pprovduti wkoll l-għadd u l-% tal-ibliet li jistgħu jipprovdu tali data, jekk rilevanti] |
|
||||||||||||
|
Subkategorija:
|
L-infrastruttura tat-toroq tal-ibliet fiċ-ċentru ta’ kull Nodu Urban |
regolamenti dwar il-kunsinna tal-merkanzija* |
% [Nota: il-possibbiltà li jiġu pprovduti wkoll l-għadd u l-% tal-ibliet li jistgħu jipprovdu tali data, jekk rilevanti] |
|
||||||||||||
|
Subkategorija:
|
In-network trans-Ewropew ewlieni u dak komprensiv għat-toroq, għal awtostradi oħra u għal sezzjonijiet ta’ toroq primarji, fejn il-medja annwali totali tat-traffiku ta’ kuljum hija aktar minn 8 500 vettura, u t-toroq kollha tal-ibliet fiċ-ċentru ta’ kull Nodu Urban (limitati għal > 7 000 vettura kuljum, jekk applikabbli) |
direzzjoni tal-ivvjaġġar f’korsiji riversibbli* |
% |
|
||||||||||||
|
Subkategorija:
|
In-network trans-Ewropew ewlieni u dak komprensiv għat-toroq, għal awtostradi oħra u għal sezzjonijiet ta’ toroq primarji, fejn il-medja annwali totali tat-traffiku ta’ kuljum hija aktar minn 8 500 vettura, u t-toroq kollha tal-ibliet fiċ-ċentru ta’ kull Nodu Urban (limitati għal > 7 000 vettura kuljum, jekk applikabbli) |
pjanijiet taċ-ċirkolazzjonijiet tat-traffiku* |
% [Nota: il-possibbiltà li jiġu pprovduti l-għadd u l-% tal-pjanijiet taċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku, jekk it-tul tan-network ikun impossibbli li jiġi kkalkulat] |
|
||||||||||||
|
Subkategorija:
|
In-network trans-Ewropew ewlieni u dak komprensiv għat-toroq, għal awtostradi oħra u għal sezzjonijiet ta’ toroq primarji, fejn il-medja annwali totali tat-traffiku ta’ kuljum hija aktar minn 8 500 vettura, u t-toroq kollha tal-ibliet fiċ-ċentru ta’ kull Nodu Urban (limitati għal > 7 000 vettura kuljum, jekk applikabbli) |
restrizzjonijiet fuq l-aċċess permanenti* |
% |
|
||||||||||||
|
Subkategorija:
|
In-network trans-Ewropew ewlieni u dak komprensiv għat-toroq, għal awtostradi oħra u għal sezzjonijiet ta’ toroq primarji, fejn il-medja annwali totali tat-traffiku ta’ kuljum hija aktar minn 8 500 vettura, u t-toroq kollha tal-ibliet fiċ-ċentru ta’ kull Nodu Urban (limitati għal > 7 000 vettura kuljum, jekk applikabbli) |
konfini tar-restrizzjonijiet, projbizzjonijiet jew obbligi b’validità żonali, status ta’ aċċess attwali u kundizzjonijiet għaċ-ċirkolazzjoni f’żoni tat-traffiku regolati* |
% [Nota: jekk it-tul tan-network ikun impossibbli li jiġi kkalkulat, il-possibbiltà li jiġu pprovduti l-għadd u l-% tal-konfini tar-restrizzjonijiet, il-projbizzjonijiet, eċċ.] |
|
||||||||||||
|
|
|||||||||||||||
|
Subkategorija:
|
In-network trans-Ewropew ewlieni għat-toroq |
toroq magħluqa** |
% |
|
||||||||||||
|
korsiji magħluqa** |
% |
|
||||||||||||||
|
xogħlijiet fit-toroq** |
% |
|
||||||||||||||
|
In-network trans-Ewropew komprensiv għat-toroq |
toroq magħluqa** |
% |
|
|||||||||||||
|
korsiji magħluqa** |
% |
|
||||||||||||||
|
xogħlijiet fit-toroq** |
% |
|
||||||||||||||
|
Subkategorija:
|
In-network trans-Ewropew ewlieni u dak komprensiv għat-toroq |
miżuri temporanji għall-ġestjoni tat-traffiku** |
% |
|
||||||||||||
2.5.2. Data relatata ma’ informazzjoni u ma’ servizzi ta’ prenotazzjoni għal postijiet ta’ parkeġġ sikuri u siguri għat-trakkijiet u għall-vetturi kummerċjali
|
Tip ta’ data |
Kopertura ġeografika |
% tal-postijiet tal-parkeġġ li għalihom hemm data disponibbli |
Kummenti |
|||||
|
|
|||||||
|
Kategorija: data statika Subkategorija:
|
In-network trans-Ewropew ewlieni għat-toroq |
data statika relatata maż-żoni ta’ parkeġġ |
% |
|
||||
|
informazzjoni dwar is-sikurezza u t-tagħmir taż-żona ta’ parkeġġ |
% |
|
||||||
|
In-network trans-Ewropew komprensiv għat-toroq |
data statika relatata maż-żoni ta’ parkeġġ |
% |
|
|||||
|
informazzjoni dwar is-sikurezza u t-tagħmir taż-żona ta’ parkeġġ |
% |
|
||||||
|
Kategorija: data dinamika Subkategorija:
|
In-network trans-Ewropew ewlieni u dak komprensiv għat-toroq |
data dinamika dwar id-disponibbiltà tal-postijiet ta’ parkeġġ inkluż jekk parkeġġ huwiex: mimli, magħluq, jew l-għadd ta’ postijiet vojta li huma disponibbli. |
% |
|
||||
2.5.3. Data dwar avvenimenti jew kundizzjonijiet identifikati relatati mas-sikurezza fit-toroq li jikkonċernaw l-informazzjoni minima universali dwar it-traffiku relatata mas-sikurezza fit-toroq
|
Tip ta’ data |
Kopertura ġeografika |
% tal-ambitu ġeografiku fejn it-tip ta’ data huwa disponibbli |
Kummenti |
|||||||||||||
|
|
|||||||||||||||
|
Kategorija: data dinamika Subkategorija:
|
In-network trans-Ewropew ewlieni u dak komprensiv għat-toroq u għal awtostradi oħra mhux inklużi f’dak in-network |
triq temporanjament tiżloq** |
% |
|
||||||||||||
|
annimali, persuni, ostakli, skart fit-triq** |
% |
|
||||||||||||||
|
żona ta’ aċċidenti mhux protetta** |
% |
|
||||||||||||||
|
xogħlijiet fit-toroq għal żmien qasir** |
% |
|
||||||||||||||
|
sewwieq fid-direzzjoni l-ħażina** |
% |
|
||||||||||||||
|
imblokkar ta’ triq mhux immaniġġjat** |
% |
|
||||||||||||||
|
Subkategorija:
|
In-network trans-Ewropew ewlieni u dak komprensiv għat-toroq u għal awtostradi oħra mhux inklużi f’dak in-network |
viżibbiltà mnaqqsa** |
% |
|
||||||||||||
|
kundizzjonijiet tat-temp eċċezzjonali** |
% |
|
||||||||||||||
2.5.4. Data statika dwar it-traffiku multimodali għal servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha
|
*** |
Fejn possibbli, ipprovdi ċ-ċifri għal kull mezz ta’ trasport skedat, imsemmi fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1926 (bħall-ajru, il-ferroviji inklużi l-ferroviji b’veloċità għolja, il-ferroviji konvenzjonali, il-ferroviji ħfief, il-funikular, il-coaches għal distanzi twal, it-trasport marittimu inkluż bil-lanċa, il-passaġġi fuq l-ilma interni, il-metro, it-tramm, ix-xarabank, it-trolley-bus) |
|
Tip ta’ data |
Kopertura ġeografika |
% tan-nodi fejn id-data hija disponibbli għall-mod tat-trasport skedat |
Kummenti |
|||
|
|
|||||
|
Kategorija Il-lokalizzazzjoni tan-nodi ta’ aċċess identifikati għall-modi skedati kollha, inkluża informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tan-nodi ta’ aċċess u tal-mogħdijiet f’interkambju (bħall-eżistenza ta’ liftijiet, skali mobbli) |
Nodi urbani kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (p), tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 u elenkati f’dak ir-Regolament, inklużi dawk amministrati mill-ibliet |
Il-lokalizzazzjoni tan-nodi ta’ aċċess identifikati għall-modi skedati kollha, inkluża informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tan-nodi ta’ aċċess u tal-mogħdijiet f’interkambju (bħall-eżistenza ta’ liftijiet, skali mobbli)*** |
% |
|
||
|
In-network tat-trasport kollu tal-Unjoni |
Il-lokalizzazzjoni tan-nodi ta’ aċċess identifikati għall-modi skedati kollha, inkluża informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tan-nodi ta’ aċċess u tal-mogħdijiet f’interkambju (bħall-eżistenza ta’ liftijiet, skali mobbli)*** |
% |
|
|||
2.6. Disponibbiltà tas-servizzi elenkati fl-Anness IV tad-Direttiva 2010/40/UE
2.6.1. Servizzi ta’ informazzjoni minima universali dwar it-traffiku relatata mas-sikurezza fit-toroq
|
Servizz |
Kopertura ġeografika |
% tal-ambitu ġeografiku kopert |
|
Servizz ta’ informazzjoni minima universali dwar it-traffiku relatata mas-sikurezza fit-toroq (SRTI, safety-related traffic information) |
In-network trans-Ewropew ewlieni u komprensiv għat-toroq |
% |
2.7. Inizjattivi / punti ewlenin oħra
2.7.1. Deskrizzjoni ta’ inizjattivi / punti ewlenin nazzjonali oħra u proġetti mhux koperti fl-oqsma ta’ prijorità 1 sa 4:
Deskrizzjoni tal-inizjattivi rilevanti, l-objettiv, il-perjodu ta’ żmien, l-istadji importanti, ir-riżorsi, il-parti(jiet) kkonċernata/ikkonċernati ewlenija/ewlenin u l-istatus tagħhom:
2.7.2. Progress li sar mill-[sena tar-rapport preċedenti]
Deskrizzjoni tal-progress li sar fil-qasam mill-[sena tar-rapport preċedenti]:
3. INDIKATURI EWLENIN TAL-PRESTAZZJONI (KPIS, KEY PERFORMANCE INDICATORS)
Il-KPIs jiġu rrapportati separatament skont it-tip ta’ network tat-toroq / network tat-trasport u nodi (fejn xieraq).
3.1. Varar tal-KPIs
3.1.1. Infrastrutturi / tagħmir għall-ġbir tal-informazzjoni (KPI tat-triq)
Iċ-ċifri jridu jiġu pprovduti skont it-tip ta’ network.
Iċ-ċifri jridu jiġu pprovduti skont it-tip ta’ servizzi, u fejn rilevanti billi ssir distinzjoni bejn it-tagħmir fiss u mobbli.
Il-KPIs iridu jiġu kkalkulati skont it-tip ta’ network.
|
— |
It-tul tat-tip ta’ network tat-toroq / tas-sezzjonijiet tat-toroq (f’km) mgħammra b’infrastrutturi ta’ ġbir ta’ informazzjoni u d-daqs totali ta’ dan l-istess tip ta’ network tat-toroq (f’km): |
|
— |
KPI = (kilometri ta’ tip ta’ network tat-toroq mgħammra b’infrastrutturi ta’ ġbir ta’ informazzjoni / total ta’ kilometri tal-istess tip ta’ network tat-toroq) × 100 |
3.1.2. Detezzjoni tal-inċidenti (KPI tat-triq)
Iċ-ċifri jridu jiġu pprovduti skont it-tip ta’ network.
Il-KPI irid jiġi kkalkulat skont it-tip ta’ network.
|
— |
It-tul tat-tip ta’ network tat-toroq / tas-sezzjonijiet tat-toroq (f’km) mgħammra b’STI biex jidentifikaw l-inċident u t-tul totali ta’ dan l-istess tip ta’ network tat-toroq (f’km): |
|
— |
KPI = (kilometri ta’ tip ta’ network tat-toroq mgħammra b’STI għad-detezzjoni ta’ inċidenti / total ta’ kilometri tal-istess tip ta’ network tat-toroq) × 100 |
3.1.3. Miżuri ta’ ġestjoni tat-traffiku u ta’ kontroll tat-traffiku (KPI tat-triq)
Iċ-ċifri jridu jiġu pprovduti skont it-tip ta’ network.
Il-KPI jrid jiġi kkalkulat skont it-tip ta’ network.
|
— |
It-tul tat-tip ta’ network tat-toroq / tas-sezzjonijiet tat-toroq (f’km) koperti mill-miżuri tal-ġestjoni tat-traffiku u tal-kontroll tat-traffiku u t-tul totali ta’ dan l-istess tip ta’ network tat-toroq (f’km): |
|
— |
KPI = (kilometri ta’ tip ta’ network tat-toroq koperti minn miżuri ta’ ġestjoni tat-traffiku u ta’ kontroll tat-traffiku / total ta’ kilometri tal-istess tip ta’ network tat-toroq) × 100 |
3.1.4. Servizzi u applikazzjonijiet ta’ STI kooperattivi (KPI tat-triq)
Iċ-ċifri jridu jiġu pprovduti skont it-tip ta’ network.
Il-KPI jrid jiġi kkalkulat skont it-tip ta’ network.
|
— |
It-tul tat-tip ta’ network tat-toroq / tas-sezzjonijiet tat-toroq (f’km) koperti mis-servizzi jew mill-applikazzjonijiet tas-C-STI u t-tul totali ta’ dan l-istess tip ta’ network tat-toroq (f’km): |
|
— |
KPI = (kilometri tat-tip ta’ network tat-toroq koperti mis-servizzi jew mill-applikazzjonijiet tas-C-STI / total ta’ kilometri tal-istess tip ta’ network tat-toroq) × 100 |
3.1.5. Informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali (KPI tat-triq)
Iċ-ċifri jridu jiġu pprovduti skont it-tip ta’ network.
Il-KPI jrid jiġi kkalkulat skont it-tip ta’ network.
|
— |
It-tul tat-tip ta’ network tat-toroq / tas-sezzjonijiet tat-toroq (f’km) bil-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali u t-tul totali ta’ dan l-istess tip ta’ network tat-toroq (f’km): |
|
— |
KPI = (kilometri tat-tip ta’ network tat-toroq bil-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali / total ta’ kilometri tal-istess tip ta’ network tat-toroq) × 100 |
3.1.6. Informazzjoni dinamika dwar l-ivvjaġġar (KPI multimodali)
Iċ-ċifri jridu jiġu pprovduti skont it-tip ta’ network / nodu.
Il-KPI jrid jiġi kkalkulat skont it-tip ta’ network / nodu (fejn rilevanti); jekk rilevanti, indika l-proporzjon ta’ servizzi aċċessibbli għall-passiġġieri b’mobbiltà, b’orjentazzjoni u/jew b’komunikazzjoni mnaqqsa.
|
— |
It-tul tat-tip ta’ network tat-trasport (f’km) bil-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar dinamiċi u t-tul totali ta’ dan l-istess tip ta’ network tat-trasport (f’km): |
|
— |
L-għadd ta’ nodi tat-trasport (eż. stazzjonijiet ferrovjarji jew tal-karozzi tal-linja) koperti minn servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar dinamiċi u l-għadd totali tal-istess nodi tat-trasport: |
|
— |
KPI = (kilometri tat-tip ta’ network tat-trasport bil-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar dinamiċi / total ta’ kilometri tal-istess tip ta’ network tat-trasport) × 100 |
|
— |
KPI = (l-għadd ta’ nodi tat-trasport bil-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar dinamiċi / l-għadd totali tal-istess nodi tat-trasport) × 100 |
3.1.7. Informazzjoni dwar il-merkanzija (jekk possibbli multimodali jew KPI tat-triq)
Iċ-ċifri jridu jiġu pprovduti skont it-tip ta’ network / nodu.
Il-KPI jrid jiġi kkalkulat skont it-tip ta’ network / nodu (fejn rilevanti); jekk rilevanti, indika l-proporzjon ta’ servizzi aċċessibbli għall-passiġġieri b’mobbiltà, b’orjentazzjoni u/jew b’komunikazzjoni mnaqqsa.
|
— |
It-tul tat-tip ta’ network tat-toroq / tas-sezzjonijiet tat-toroq (f’km) bil-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-merkanzija u t-tul totali ta’ dan l-istess tip ta’ network tat-toroq (f’km): |
|
— |
L-għadd ta’ nodi tal-merkanzija (eż. portijiet, pjattaformi loġistiċi) koperti mis-servizzi ta’ informazzjoni dwar il-merkanzija u l-għadd totali tal-istess nodi tal-merkanzija: |
|
— |
KPI = (kilometri tat-tip ta’ network tat-toroq bil-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-merkanzija / total ta’ kilometri tal-istess tip ta’ network tat-toroq) × 100 |
|
— |
KPI = (l-għadd ta’ nodi tal-merkanzija bil-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-merkanzija / l-għadd totali tal-istess nodi tal-merkanzija) × 100 |
3.2. KPIs tal-benefiċċji
3.2.1. Bidla fil-ħin tal-ivvjaġġar (KPI tat-triq)
Iċ-ċifri li jridu jiġu pprovduti jinkludu wkoll il-vehicle.km għar-rotta / għaż-żona kkunsidrata.
KPI = ((il-ħin tal-ivvjaġġar qabel l-implimentazzjoni jew it-titjib ta’ STI — il-ħin tal-ivvjaġġar wara l-implimentazzjoni jew it-titjib ta’ STI) / il-ħin tal-ivvjaġġar qabel l-implimentazzjoni jew it-titjib ta’ STI) × 100
3.2.2. Bidla fl-għadd ta’ ħabtiet fit-toroq li jirriżultaw fi mwiet jew f’korrimenti (KPI tat-triq)
Jekk ikun possibbli, tista’ ssir distinzjoni bejn ħabtiet li jirriżultaw fi mwiet, korrimenti serji jew korrimenti ħfief.
Iċ-ċifri li jridu jiġu pprovduti jinkludu wkoll il-vehicle.km għar-rotta / għaż-żona kkunsidrata.
|
— |
L-għadd ta’ ħabtiet fit-toroq li jirriżultaw fi mwiet jew f’korrimenti qabel l-implimentazzjoni jew it-titjib ta’ STI: |
|
— |
L-għadd ta’ ħabtiet fit-toroq li jirriżultaw fi mwiet jew f’korrimenti wara l-implimentazzjoni jew it-titjib ta’ STI: |
3.2.3. Bidla fl-emissjonijiet tas-CO2 mit-traffiku (KPI tat-triq)
Jekk jogħġbok speċifika r-rotot / iż-żoni fejn STI ġie implimentat jew imtejjeb. It-tul li matulu jew iż-żona li fiha tiġi kkalkulata l-bidla fl-emissjonijiet tas-CO2 għandu jkun twil jew wiesa’ biżżejjed biex ikun rappreżentattiv.
KPI = ((emissjonijiet tas-CO2 mit-traffiku qabel l-implimentazzjoni jew it-titjib ta’ STI — emissjonijiet tas-CO2 mit-traffiku wara l-implimentazzjoni jew it-titjib) / emissjonijiet tas-CO2 mit-traffiku qabel l-implimentazzjoni jew it-titjib ta’ STI) × 100
3.3. KPIs finanzjarji
STI jinkludi kwalunkwe tip ta’ sistemi u servizzi flimkien.
Investiment pubbliku* annwali f’STI tat-toroq (bħala % tal-investimenti fl-infrastruttura tat-trasport totali):
Kostijiet pubbliċi* operattivi u ta’ manutenzjoni annwali ta’ STI tat-toroq (f’euro għal kull kilometru ta’ network kopert):
|
* |
amministrazzjonijiet pubbliċi jew entitajiet li huma proprjetà pubblika |
Fejn possibbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-istess ċifri għall-investimenti u għall-kostijiet privati.
ANNESS II
Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs, Key performance indicators)
|
|
Isem il-KPI |
Ambitu ġeografiku |
Skeda ta’ żmien |
|
Varar tal-KPIs |
Infrastrutturi / tagħmir għall-ġbir tal-informazzjoni (KPI tat-triq) |
TEN-T ewlieni, estiż u komprensiv (mingħajr nodi urbani) + awtostradi |
Obbligatorji fl-2025 |
|
Nodi urbani mit-toroq primarji TEN-T + |
Obbligatorji fl-2028 (qabel kienu volontarji) |
||
|
In-network sħiħ ta’ toroq |
Il-KPI addizzjonali jridu jiġu pprovduti fuq bażi volontarja |
||
|
Detezzjoni tal-inċidenti (KPI tat-triq) |
TEN-T ewlieni, estiż u komprensiv (mingħajr nodi urbani) + awtostradi |
Obbligatorji fl-2025 |
|
|
Nodi urbani mit-toroq primarji TEN-T + |
Obbligatorji fl-2028 (qabel kienu volontarji) |
||
|
In-network sħiħ ta’ toroq |
Il-KPI addizzjonali jridu jiġu pprovduti fuq bażi volontarja |
||
|
Miżuri ta’ ġestjoni tat-traffiku u ta’ kontroll tat-traffiku (KPI tat-triq) |
TEN-T ewlieni, estiż u komprensiv (mingħajr nodi urbani) + awtostradi |
Obbligatorji fl-2025 |
|
|
Nodi urbani mit-toroq primarji TEN-T + |
Obbligatorji fl-2028 (qabel kienu volontarji) |
||
|
In-network sħiħ ta’ toroq |
Il-KPI addizzjonali jrid jiġi pprovdut fuq bażi volontarja |
||
|
Servizzi u applikazzjonijiet ta’ STI kooperattivi (KPI tat-triq) |
TEN-T ewlieni, estiż u komprensiv (mingħajr nodi urbani) + awtostradi |
Obbligatorji fl-2025 |
|
|
Nodi urbani mit-toroq primarji TEN-T + |
Obbligatorji fl-2028 (qabel kienu volontarji) |
||
|
In-network sħiħ ta’ toroq |
Il-KPI addizzjonali jrid jiġi pprovdut fuq bażi volontarja |
||
|
Informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali (KPI tat-triq) |
TEN-T ewlieni, estiż u komprensiv (mingħajr nodi urbani) + awtostradi |
Obbligatorji fl-2025 |
|
|
Nodi urbani mit-toroq primarji TEN-T + |
Obbligatorji fl-2028 (qabel kienu volontarji) |
||
|
In-network sħiħ ta’ toroq |
Il-KPI addizzjonali jrid jiġi pprovdut fuq bażi volontarja |
||
|
Informazzjoni dinamika dwar l-ivvjaġġar (KPI multimodali) |
TEN-T ewlieni, estiż u komprensiv (mingħajr nodi urbani) + awtostradi |
Obbligatorji fl-2025 |
|
|
Nodi urbani mit-TEN-T + nodi tat-trasport + toroq primarji |
Obbligatorji fl-2028 (qabel kienu volontarji) |
||
|
Network sħiħ tat-trasport |
Il-KPI addizzjonali jrid jiġi pprovdut fuq bażi volontarja |
||
|
Informazzjoni dwar il-merkanzija (jekk possibbli multimodali jew KPI tat-triq) |
TEN-T ewlieni, estiż u komprensiv (mingħajr nodi urbani) + awtostradi |
Obbligatorji fl-2025 |
|
|
Nodi urbani mit-TEN-T + nodi tat-trasport + toroq primarji |
Obbligatorji fl-2028 (qabel kienu volontarji) |
||
|
Network sħiħ tat-trasport |
Il-KPI addizzjonali jrid jiġi pprovdut fuq bażi volontarja |
||
|
KPIs tal-benefiċċji |
Bidla fil-ħin tal-ivvjaġġar (KPI tat-triq) |
TEN-T ewlieni, estiż u komprensiv + awtostradi |
Obbligatorji fl-2028 (qabel kienu volontarji) |
|
Bidla fl-għadd ta’ ħabtiet fit-toroq li jirriżultaw fi mwiet jew f’korrimenti (KPI tat-triq) |
TEN-T ewlieni, estiż u komprensiv + awtostradi |
Obbligatorji fl-2028 (qabel kienu volontarji) |
|
|
Bidliet fl-emissjonijiet ta’ CO2 mit-traffiku (KPI tat-triq) |
TEN-T ewlieni, estiż u komprensiv + awtostradi |
Obbligatorji fl-2028 (qabel kienu volontarji) |
|
|
KPIs finanzjarji |
Investiment pubbliku annwali f’STI tat-toroq (+ ċifri għall-investimenti privati fejn possibbli) |
TEN-T ewlieni, estiż u komprensiv (mingħajr nodi urbani) + awtostradi |
Obbligatorji fl-2025 |
|
Nodi urbani mit-toroq primarji TEN-T + |
Obbligatorji fl-2028 (qabel kienu volontarji) |
||
|
In-network sħiħ ta’ toroq |
Il-KPI addizzjonali jrid jiġi pprovdut fuq bażi volontarja |
||
|
Kostijiet pubbliċi operattivi u ta’ manutenzjoni annwali ta’ STI tat-toroq (+ ċifri għall-kostijiet privati fejn possibbli) |
TEN-T ewlieni, estiż u komprensiv (mingħajr nodi urbani) + awtostradi |
Obbligatorji fl-2025 |
|
|
Nodi urbani mit-toroq primarji TEN-T + |
Obbligatorji fl-2028 (qabel kienu volontarji) |
||
|
In-network sħiħ ta’ toroq |
Il-KPI addizzjonali jrid jiġi pprovdut fuq bażi volontarja |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/264/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)