31996D0457



Official Journal L 189 , 30/07/1996 P. 0112 - 0113


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-28 ta’ Ġunju 1996

li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dokument sottomess għal eżami dettaljat bil-għan li possibilment jiġi nkluż il-quinoxyfen fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirrigwarda t-tpoġġija fuq is-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti

(Test b’ rilevanza għall-EEA)

(96/457/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tpoġġija ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fuq is-suq [1], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/12/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) tagħha,

Billi d-Direttiva 91/414/KEE ippermettiet l-iżvilupp ta’ lista Komunitarja ta’ sustanzi attivi ta’ pestiċidi awtorizzati;

Billi DowElanco Europe ppresentat fl-1 ta’ Awissu 1995 inkartament lill-awtoritajiet tar-Renju Unit bil-għan li tikseb l-inklużjoni tas-sustanza attiva quinoxyfen fl-Anness I tad-Direttiva; billi l-awtoritajiet tar-Renju Unit indikaw lill-Kummissjoni r-riżultati ta’ l-ewwel eżamital-kompletezza tad-dokument fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ data u informazzjoni stipulati fl-Anness II u, għal ta’ mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva in kwistjoni, fl-Anness III tad-Direttiva; billi sussegwentement, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(2), id-dokument ġie sottomess mill-applikant lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra;

Billi l-Kummissjoni irreferiet id-dokument lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fil-laqgħa tal-grupp ta’ ħidma ‘leġislazzjoni’ fl-20 ta’ Marzu 1996, li waqtha l-Istati Membri ikkonfermaw li rċevew id-dokument;

Billi l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva jirrekjedi li jiġi konfermat fuq livell Komunitarju li l-inkartament għandu jiġi meqjus li jissodisfa, fil-prinċipju, r-rekwiżiti ta’ data u informazzjoni li hemm provduti fl-Anness II u, għal ta’ mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih is-sustanza attiva in kwistjoni, fl-Anness III tad-Direttiva;

Billi din it-tip ta’ konferma hija meħtieġa sabiex issir eżami dettaljat tal-inkartament kif ukoll sabiex l-Istati Membri jkunu miftuħa għall-possibiltà li jagħtu awtorizzazzjoni provviżorja għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva, u b’ mod partikolari l-kundizzjoni li ssir evalwazzjoni dettaljata tas-sustanza attiva u tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanta fir-rigward tar-rekwiżiti tad-Direttiva;

Billi din id-deċiżjoni ma tippreġudikax il-fatt li tistgħa tintalab iktar data jew informazzjoni minn għand l-applikant fejn jirriżulta waqt l-eżami dettaljat li din id-data jew informazzjoni huma meħtieġa sabiex tkun tista’ tittieħed deċiżjoni;

Billi huwa mifhum bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni li r-Renju Unit sejjer jagħmel eżami dettaljat tal-inkartament u sejra tirrapporta l-konklużjonijiet ta’ l-eżami tagħha, flimkien ma’ rakkomandazzjonijiet dwar l-inklużjoni jew in-nuqqas ta’ inklużjoni u dwar kull kundizzjonijiet relatati lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr u l-iktar tard fi żmien perijodu ta’ sena; billi malli jasal dan ir-rapport l-eżami dettaljat għandu jissokta bil-ħila esperta mill-Istati Membri kollha fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar Saħħa tal-Pjanti;

Billi l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊISJONI:

Artikolu 1

L-inkartament sottomess minn DowElanco Europe lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-għan li tikseb l-inklużjoni ta’ quinoxyfen bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u li ġie riferut lill-Kumitat Permanenti dwar Saħħa tal-Pjanti fit-2 ta’ Marzu 1996, huwa meqjus li fil-prinċipju jissodisfa r-rekwiżiti ta’ data u informazzjoni stipulati fl-Anness II u, għal prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva in kwistjoni, fl-Anness III tad-Direttiva.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta’ Ġunju 1996.

Għall-Kummissjoni

Ritt Bjerregaard

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

[2] ĠU L 65, tal-15.3.1996, p. 20.

--------------------------------------------------