<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-433/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0433</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:482">EU:C:2020:482</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Szpunar – Kawża C‑433/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Ellmes Property Services</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Szpunar</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20200618">18 ta’ Ġunju 2020</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑433/19</HT></P><P>Ellmes Property Services Limited</P><P>vs</P><P>SP</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (il‑Qorti Suprema, l-Awstrija))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1215/2012</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq propjetà immobbli<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Azzjoni għal waqfien kontra komproprjetarju</KEYWORD><KEYWORD>Użu turistiku kuntrarju għad-destinazzjoni residenzjali ta’ beni immobbli b’komproprjetà, kif iddefinit fil-kuntratt ta’ komproprjetà</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja l-opportunità li tiddeċiedi dwar il-ġurisdizzjoni li tieħu konjizzjoni ta’ azzjoni taħt id-dritt Awstrijak li permezz tagħha komproprjetarju jeżiġi, essenzjalment, minn komproprjetarju ieħor li ma jibqax jagħmel użu turistiku tal-appartament tiegħu suġġett għas-sistema ta’ komproprjetà minħabba li dan l-użu ma huwiex awtorizzat mill-kuntratt ta’ komproprjetà. Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju tindika li din l-azzjoni tista’ taqa’ taħt żewġ regoli ta’ ġurisdizzjoni li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 1215/2012<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>: dik li tistabbilixxi l-ġurisdizzjoni esklużiva fil-qasam ta’ drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli favur il-qrati tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli u dik li tistabbilixxi l-ġurisdizzjoni alternattiva fil-qasam kuntrattwali favur il-qorti tal-post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu. Għaldaqstant, l-eżami tad-domandi preliminari magħmula jipprovdi wkoll lill-Qorti tal-Ġustizzja l-opportunità li teżamina n-natura tal-kuntratt ta’ komproprjetà tad-dritt Awstrijak mill-perspettiva ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Soġġetti għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jitressqu quddiem il-qrati ta’ dak l-Istat Membru<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1)(a) ta’ dan ir-regolament jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Persuna domiċiljata fi Stat Membru tista’ tiġi mħarrka fi Stat Membru ieħor:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fi kwistjonijiet relatati ma’ kuntratt, fil-qrati tal-post tat-twettiq tal-obbligazzjoni in kwistjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 tar-regolament imsemmi huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Dawn il-qrati li ġejjin ta’ Stat Membru għandu jkollhom ġurisdizzjoni esklużiva, independentement mid-domiċilju tal-partijiet:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>fi proċedimenti li l-objettiv tagħhom ikunu drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fi proprjetà immobbli jew kirjiet ta’ proprjetà immobbli, il-qrati tal-Istat Membru li fih tkun tinstab il-proprjetà.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt Awstrijak</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-Wohnungseigentumsgesetz (il-Liġi dwar il-Komproprjetà)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>BGBl. I, 70/2002.</P></NOTE>, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Liġi dwar il-Komproprjetà<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-komproprjetà hija d-dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> mogħti lil komproprjetarju ta’ proprjetà immobbli, jew lil sħubija ta’ komproprjetà, li jkollu l-użu esklużiv ta’ beni b’komproprjetà u li jiddisponi minnu waħdu. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Il-beni b’komproprjetà huma appartamenti, proprjetà oħra indipendenti u postijiet ta’ parkeġġ għal vettura bil-mutur (beni li jistgħu jkunu f’komproprjetà) li fuqhom hija bbażata l-komproprjetà. Appartament huwa parti arkitettonika magħluqa, indipendenti f’għajnejn il-pubbliku, minn bini u li, min-natura u d-daqs tiegħu, huwa adattat sabiex jissodisfa bżonn individwali ta’ akkomodazzjoni tal-persuni. Post ieħor indipendenti huwa parti, magħluqa arkitettonikament, indipendenti f’għajnejn il-pubbliku, minn bini u li, min-natura u d-daqs tiegħu, għandu importanza ekonomika kbira, bħal pereżempju post kummerċjali jew garaxx. […]</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA>Il-komproprjetarju huwa l-komproprjetarju ta’ beni immobbli li lilu tappartjeni l-komproprjetà ta’ beni b’komproprjetà li jinsab f’din il-proprjetà immobbli.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din il-liġi tiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-komproprjetà tista’ toqgħod fuq il-bażi ta’</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>ftehim bil-miktub bejn il-komproprjetarji kollha (kuntratt ta’ komproprjetà) […]</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 ta’ din il-liġi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>L-użu tal-beni b’komproprjetà jappartjeni lill-komproprjetarju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="016.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-komproprjetarju għandu d-dritt li jagħmel, bi spejjeż tiegħu, tibdil (inkluż tibdil fid-destinazzjoni) fil-beni tiegħu b’komproprjetà, bil-kundizzjonijiet li ġejjin:</P><P>1. Il-bidla la għandha tikkawża ħsara fid-dar u lanqas ma għandha tippreġudika interess li jistħoqqlu protezzjoni ta’ komproprjetarju ieħor […].</P><P>2. Jekk biex issir tali bidla jkun hemm l-użu ta’ partijiet komuni tal-proprjetà immobbli, din il-bidla għandha wkoll tikkorrispondi mal-prattiki normali jew isservi interess importanti tal-komproprjetarju.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti tal-kawża prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Ellmes Property Services u SP huma komproprjetarji ta’ beni immobbli ta’ appartamenti li jinsab f’Zell am See (l-Awstrija). Din il-kumpannija hija stabbilita fir-Renju Unit, filwaqt li l-indirizz tad-domiċilju ta’ SP jikkorrispondi mal-indirizz tal-appartament li tiegħu huwa komproprjetarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-appartament li Ellmes Property Services hija komproprjetarja tiegħu, użat għal finijiet ta’ abitazzjoni, jintuża għal finijiet turistiċi minn din il-kumpannija u jinkera regolarment lit-turisti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Permezz ta’ azzjoni għal waqfien imressqa quddiem il-Bezirksgericht Zell am See (il-Qorti Distrettwali ta’ Zell am See, l-Awstrija), SP talab il-waqfien ta’ dan l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>użu turistiku<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> minħabba li jmur kontra d-destinazzjoni ta’ din il-proprjetà immobbli u hu arbitrarju, fin-nuqqas ta’ ftehim tal-komproprjetarji l-oħra, u, konsegwentement, jippreġudika d-dritt tiegħu ta’ komproprjetà. Fir-rigward tal-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati Awstrijaċi, SP invoka l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, li, fil-qasam ta’ drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli, jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru fejn tinsab il-proprjetà immobbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-qorti adita fl-ewwel istanza rrifjutat il-ġurisdizzjoni tagħha, peress li qieset li l-kawża kienet tirrigwarda ftehim dwar l-użu irregolat mid-dritt privat u ma kinitx taffettwa direttament is-sitwazzjoni legali tal-partijiet f’dan il-ftehim fir-rigward ta’ dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Landesgericht Salzburg (il-Qorti Reġjonali ta’ Salzburg, l-Awstrija), adita fit-tieni istanza minn SP, qieset li l-qrati Awstrijaċi kellhom ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni ta’ din il-kawża skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012. Skont din il-qorti, id-destinazzjoni ta’ beni li jappartjeni għal komproprjetà hija bbażata fuq ftehim irregolat mid-dritt privat mogħti mill-komproprjetarji fil-forma, bħala prinċipju, ta’ kuntratt ta’ komproprjetà. Id-destinazzjoni għal użu ddeterminat ta’ tali beni kif ukoll l-osservanza tal-użu hekk iddefinit jagħmlu parti mid-drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> tal-komproprjetarji li jibbenefikaw minn protezzjoni assoluta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Ellmes Property Services ippreżentat rikors għal reviżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-domandi preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20190521">21 ta’ Mejju 2019</DATE>, li waslet fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20190606">6 ta’ Ġunju 2019</DATE>, iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1)</NO.P><TXT>L-ewwel alternattiva tal-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Regolament Brussell Ia<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-azzjonijiet ta’ koproprjetarju intiżi sabiex koproprjetarju ieħor jiġi pprojbit milli jimmodifika, arbitrarjament u mingħajr il-kunsens tal-koproprjetarji l-oħra, il-proprjetà tiegħu f’koproprjetà, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu intiż tagħha, għandhom l-għan li jsostnu dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:</TXT><P>Il-punt 1(a) tal-Artikolu 7 tar-Regolament Brussell Ia għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjonijiet imsemmija [fl-ewwel domanda] jikkonċernaw obbligi kuntrattwali li għandhom jiġu eżegwiti fil-post fejn jinsab l-oġġett?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-proċedura hekk magħmula, il-partijiet fil-kawża prinċipali u l-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma żżommx seduta, billi qieset li kellha biżżejjed informazzjoni sabiex tiddeċiedi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk l-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-azzjoni ta’ komproprjetarju intiża biex tipprojbixxi lil komproprjetarju ieħor milli jbiddel, arbitrarjament u mingħajr il-kunsens tal-komproprjetarji l-oħra, il-beni tiegħu b’komproprjetà, b’mod partikolari d-destinazzjoni tiegħu, taqax taħt din id-dispożizzjoni. Permezz tat-tieni domanda tagħha, din il-qorti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta l-Artikolu 7(1)(a) ta’ dan ir-regolament fid-dawl tal-karatteristiċi partikolari ta’ din l-azzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Mill-formulazzjoni tad-domandi preliminari jirriżulta li l-qorti tar-rinviju titlaq mill-premessa li, indipendentement mir-risposta li ser tingħata, l-azzjoni taħt id-dritt Awstrijak prevista minn dawn id-domandi taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 u taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament. Xejn ma jippermetti li din il-premessa titqiegħed fid-dubju. Fil-fatt, il-kawża prinċipali li fil-kuntest tagħha titressaq din il-kawża taqa’ perfettament taħt dan il-kunċett u ma taqax taħt l-esklużjonijiet previsti fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>F’dawn il-konklużjonijiet, l-ewwel nett ser nippreżenta, għalhekk, xi rimarki ġenerali dwar l-azzjoni taħt id-dritt Awstrijak li fir-rigward tagħha saru d-domandi preliminari (Titolu A). Imbagħad, ser nanalizza d-domandi preliminari fl-ordni magħżula mill-qorti tar-rinviju. Fil-fatt, kif ġustament tqis l-imsemmija qorti, it-tieni domanda tqum biss jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv. Jekk azzjoni taqa’ taħt l-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, li jikkonċerna l-ġurisdizzjoni <HT TYPE="ITALIC">esklużiva</HT> fil-qasam ta’ drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli (Titolu B), ma huwiex iktar neċessarju li tiġi eżaminata l-kwistjoni tal-eżistenza ta’ qorti alternattiva, bħal dak previst fl-Artikolu 7(1)(a) ta’ dan ir-regolament (Titolu C).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-azzjoni inkwistjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispjega li, fid-dritt Awstrijak, il-komproprjetà (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Wohnungseigentum<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) tikkostitwixxi dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ara wkoll, f’dan is-sens, Faber, W., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>National Report on the Transfer of Movables in Austria<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, taħt id-direzzjoni ta’ Faber, W. u Luger, B., <HT TYPE="ITALIC">National Reports on the Transfer of Movables in Europe: volume 1, Austria, Estonia, Italy, Slovenia</HT>, Sellier. European Law Publishers, Munich, 2008, p. 17.</P></NOTE> li huwa protett mhux biss kontra l-preġudizzji kkawżati minn terzi persuni, iżda wkoll kontra dawk ikkawżati minn komproprjetarji l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Din il-qorti tippreċiża li d-destinazzjoni ta’ beni b’komproprjetà għal użu residenzjali jew kummerċjali huwa ddeterminat mill-ftehim tad-dritt privat iffirmat bejn il-komproprjetarji kollha u li, bħala regola ġenerali, jimmaterjalizza ruħu fil-kuntratt ta’ komproprjetà (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Wohnungseigentumsvertrag<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>). Il-komproprjetarji jinsabu f’relazzjoni kuntrattwali liberament miftiehma minħabba l-kuntratt ta’ komproprjetà. Id-destinazzjoni ta’ beni b’komproprjetà u l-osservanza tal-użu ddefinit minn din id-destinazzjoni jagħmlu parti mid-dritt li jibbenefika minn protezzjoni assoluta ta’ kull komproprjetarju. F’dan ir-rigward, l-użu għal finijiet turistiċi ta’ beni b’komproprjetà ddestinat għal użu residenzjali jikkostitwixxi bidla fl-użu ta’ dan il-beni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Mir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li, fil-kawża prinċipali, permezz tal-azzjoni tiegħu, wieħed mill-komproprjetarji jrid iwaqqaf l-użu li qiegħed jippreġudika d-dritt tiegħu ta’ komproprjetà. Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju tispjega li d-domandi preliminari tagħha huma bbażati fuq azzjoni taħt id-dritt Awstrijak intiża għall-astensjoni jew għall-waqfien (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Eigentumsfreiheitsklage<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>) ta’ aġir allegat fil-konfront ta’ konvenut. Skont l-ispjegazzjonijiet ipprovduti minn din il-qorti, kull komproprjetarju jista’ jressaq tali azzjoni kontra l-komproprjetarju li, b’mod arbitrarju, mingħajr il-kunsens tal-komproprjetarji l-oħra jew mingħajr deċiżjoni ġudizzjarja li għandha s-saħħa ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> li tissostitwixxi tali ftehim, iwettaq bidliet fil-beni tiegħu b’komproprjetà, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna d-destinazzjoni ta’ dan il-beni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara wkoll Stabentheiner, J., Vonkilch, A., Kersting, J., taħt id-direzzjoni ta’ Van Der Merwe, C., <HT TYPE="ITALIC">European Condominium Law</HT>, Cambridge University Press, Cambridge, 2015, p. 133.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ewwel domanda dwar l-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>L-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 jagħti l-ġurisdizzjoni esklużiva fil-qasam ta’ drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli lill-qrati tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli. Fil-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea, essenzjalment, irriproduċa l-kliem użat fl-Artikolu 16(1)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Il-Konvenzjoni tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="1972">ĠU 1972, L 299, p. 32</REF.DOC.OJ>), kif emendata bil-Konvenzjoni tad-<DATE ISO="19781009">9 ta’ Ottubru 1978</DATE> dwar l-adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, tal-Irlanda u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="304" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1978">ĠU 1978, L 304, p. 1</REF.DOC.OJ>, u – test emendat – p. 77), bil-Konvenzjoni tal-<DATE ISO="19821025">25 ta’ Ottubru 1982</DATE> dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="388" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1982">ĠU 1982, L 388, p. 1</REF.DOC.OJ>), u bil-Konvenzjoni tas-<DATE ISO="19890526">26 ta’ Mejju 1989</DATE> dwar l-adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u tar-Repubblika Portugiża (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="285" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1989">ĠU 1989, L 285, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Konvenzjoni ta’ Brussell<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>).</P></NOTE> u fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).</P></NOTE>, b’tali mod li l-interpretazzjoni żviluppata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet tapplika wkoll għall-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161116">16 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Schmidt</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑417/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:881">EU:C:2016:881</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għall-kompletezza, nirrileva li saru żewġ emendi għall-formulazzjoni tas-sentenza introduttiva tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012 meta mqabbla ma’ dik tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001. L-ewwel waħda tikkonċerna ż-żieda tal-preċiżazzjoni li l-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012 jikkonċerna biss <HT TYPE="ITALIC">il-qrati ta’ Stat Membru</HT>. Din il-preċiżazzjoni ma taffettwax is-sens ta’ din id-dispożizzjoni f’dak li jirrigwarda l-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sabiex jiġu identifikati azzjonijiet dwar proprjetajiet immobbli li jinsabu, bħal fil-kawża prinċipali, fit-territorju tal-Istati Membri. It-tieni waħda tikkonċerna ż-żieda tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>partijiet<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> (din id-dispożizzjoni tapplika <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>independentement mid-domiċilju tal-partijiet<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), li lanqas ma tidher li tbiddel is-sens tal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001, li kien jipprovdi li din id-dispożizzjoni kienet tapplika <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>independentament mid-domiċilju<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Il-korsiv miżjud minni. Ara, fir-rigward tat-tieni emenda, B. Hess, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>The Brussels I Regulation: Recent case law of the Court of Justice and the Commission’s proposed recast<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, <HT TYPE="ITALIC">Common Market Law Review</HT>, 2012, vol. 49, pp. 1105 sa 1106.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>fi proċedimenti li l-objettiv tagħhom ikunu drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fi proprjetà immobbli<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> li tinsab fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandha tkompli tiġi interpretata b’mod awtonomu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara, reċentement, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190214">14 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Milivojević</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑630/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:123">EU:C:2019:123</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0097">97</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190515">15 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>MC</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑827/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:416">EU:C:2019:416</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, żewġ serje ta’ kriterji li l-Qorti tal-Ġustizzja użat sabiex tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regola ta’ ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli jibqgħu validi taħt ir-Regolament Nru 1215/2012. L-ewwel serje tikkonċerna l-kriterji dwar il-karatteristiċi tad-drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli u tal-azzjonijiet relatati magħhom li jaqgħu taħt l-Artikolu 24(1) ta’ dan ir-regolament. It-tieni serje tikkonċerna l-kriterji dwar l-għanijiet li fuqhom hija bbażata din id-dispożizzjoni, li jippermettu li jiġu ddeterminati l-azzjonijiet li għandhom jaqgħu taħtha u dawk li, fid-dawl tal-fatt li l-imsemmija dispożizzjoni tikkostitwixxi dispożizzjoni ta’ eċċezzjoni li għandha tiġi interpretata b’mod strett, huma esklużi minnha. Huwa għalhekk fid-dawl ta’ dawn iż-żewġ serje ta’ kriterji li għandu jiġi vverifikat jekk l-azzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqax taħt l-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-karatteristiċi tad-drittijiet <HT TYPE="NORMAL">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli u tal-azzjonijiet li jirrigwardaw dan il-qasam</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-karatteristiċi tad-drittijiet <HT TYPE="NORMAL">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli fid-dawl tal-ġurisprudenza</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Id-drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli li jirreferi għalihom il-kliem tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 huma ddefiniti, fil-ġurisprudenza, b’kuntrast mad-drittijiet personali. Id-differenza bejn dawn iż-żewġ tipi ta’ drittijiet tinsab fil-fatt li tal-ewwel, li jikkonċernaw beni materjali, jipproduċu l-effetti tagħhom fir-rigward ta’ kulħadd, filwaqt li tat-tieni jistgħu jiġu invokati biss kontra d-debitur<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara, reċentement, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190214">14 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Milivojević</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑630/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:123">EU:C:2019:123</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0100">100</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, skont il-punt 166 tar-Rapport Schlosser dwar il-Konvenzjoni dwar l-Adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, tal-Irlanda u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mal-Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali kif ukoll fil-Protokoll dwar l-interpretazzjoni tiegħu mill-Qorti tal-Ġustizzja (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="059" PAGE.FIRST="71" DATE.PUB="1979">ĠU 1979, C 59, p. 71</REF.DOC.OJ>), il-konsegwenza legali li tikkaratterizza dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> li jipproduċi effetti <HT TYPE="ITALIC">erga omnes</HT> hija l-fakultà tad-detentur ta’ dan id-dritt li jkun jista’ jitlob il-benisuġġett għal dan id-dritt fil-konfront ta’ kull persuna li ma jkollhiex dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> ta’ livell superjuri.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandi nosserva li, fis-sentenza Komu <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE> (<NO.CASE>C‑605/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:833">EU:C:2015:833</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li talba għax-xoljiment ta’ komproprjetà fuq beni immobbli taqa’ taħt ir-regola ta’ ġurisdizzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, għaliex din it-talba, intiża sabiex twassal għal trasferiment tad-dritt ta’ proprjetà fuq beni immobbli, tikkonċerna drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> li jipproduċu l-effetti tagħhom fir-rigward ta’ kulħadd u tikkostitwixxi azzjoni intiża sabiex tiżgura lid-detenturi ta’ dawn id-drittijiet il-protezzjoni tal-prerogattivi marbuta mat-titolu tagħhom. Għaldaqstant, id-dritt ta’ komproprjetà, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jidher <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> wkoll li jikkostitwixxi dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli fis-sens tal-ġurisprudenza dwar din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Issa, ir-regola ta’ ġurisdizzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 tapplika biss fil-preżenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>konstatazzjonijiet li għandhom bħala suġġett drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq l-immobbli<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060518">18 ta’ Mejju 2006</DATE>, <NAME.CASE>ČEZ</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑343/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:330">EU:C:2006:330</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Sabiex kawża mressqa quddiem qorti ta’ Stat Membru taqa’ taħt din id-dispożizzjoni, ma huwiex biżżejjed li l-azzjoni tkun tikkonċerna dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli jew li l-azzjoni jkollha rabta ma’ beni immobbli: huwa meħtieġ li l-azzjoni tkun ibbażata fuq tali dritt<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara, reċentement, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑722/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:577">EU:C:2019:577</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-azzjonijiet li għandhom bħala suġġett drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli huma dawk li huma intiżi, minn naħa, sabiex jiddeterminaw il-portata, il-konsistenza, is-sjieda, il-pussess ta’ beni immobbli jew l-eżistenza ta’ drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> oħrajn fuq dawn il-beni u, min‑naħa l-oħra, li jiżguraw lid-detenturi ta’ dawn id-drittijiet il-protezzjoni tal-prerogattivi marbuta mat-titolu tagħhom<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Weber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑438/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:212">EU:C:2014:212</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161116">16 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Schmidt</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑417/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:881">EU:C:2016:881</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi ddeterminat jekk l-għan tal-azzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwiex prerogattiva li tirrigwarda direttament il-proprjetà immobbli u li tipproduċi effetti fir-rigward ta’ kulħadd<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940517">17 ta’ Mejju 1994</DATE>, <NAME.CASE>Webb</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑294/92</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:193">EU:C:1994:193</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u d-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010405">5 ta’ April 2001</DATE>, <NAME.CASE>Gaillard</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑518/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:209">EU:C:2001:209</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, b’tali mod li din l-azzjoni tista’ tiġi kkunsidrata bħala <HT TYPE="ITALIC">azzjoni bbażata fuq dritt</HT> in rem <HT TYPE="ITALIC">fuq proprjetà immobbli</HT> fis-sens tal-ġurisprudenza msemmija iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Applikazzjoni għal dan il-każ</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Kummenti preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Huwa minnu li, kif issostni Ellmes Property Services, fis-sentenza ČEZ<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060518">18 ta’ Mejju 2006</DATE>, <NAME.CASE>ČEZ</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑343/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:330">EU:C:2006:330</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li azzjoni għal waqfien tal-inkonvenjenzi, ikkawżati lil proprjetà immobbli permezz tal-attività ta’ ċentrali nukleari li jinsab fit-territorju ta’ Stat ġar ta’ dak fejn jinsabu dawn il-beni, ma tikkostitwixxix kontestazzjoni li għandha bħala suġġett dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli. Fil-fatt, jekk il-bażi għal tali azzjoni tinsab fil-preġudizzju kkawżat lil dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli, in-natura <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> u ta’ beni immobbli ta’ dan id-dritt għandha biss, madankollu, f’dan il-kuntest importanza inċidentali. Din in-natura <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> u ta’ beni immobbli tad-dritt ikkonċernat ma għandhiex influwenza deċiżiva fuq il-konfigurazzjoni ta’ tilwima li fil-kuntest tagħha tkun saret din l-azzjoni għal waqfien, li ma tkunx f’termini sostanzjalment differenti kieku d-dritt li tiegħu qiegħda tintalab il-protezzjoni kontra l-allegati inkonvenjenti kien ikun ta’ natura differenti, bħal, pereżempju, id-dritt għall-integrità fiżika jew dritt ta’ beni mobbli. Bħall-azzjoni inkwistjoni f’din is-sentenza, tali azzjonijiet għandhom l-għan, essenzjalment, li jiksbu li l-persuna li tkun fl-oriġini ta’ tali preġudizzju ta’ dritt, kemm jekk seħħ jew inkella potenzjali, tiġi ordnata ttemmu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Madankollu, b’differenza mill-azzjoni inkwistjoni fis-sentenza ČEZ<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060518">18 ta’ Mejju 2006</DATE> (<NO.CASE>C‑343/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:330">EU:C:2006:330</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, l-azzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tinsabx esklużivament fil-preġudizzju kkawżat lil dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli tal-komproprjetarju li għamel din l-azzjoni iżda, fuq kollox, milli jidher, fin-nuqqas ta’ osservanza, minn komproprjetarju ieħor, tal-użu miftiehem fil-kuntratt ta’ komproprjetà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Għalhekk jista’ jiġi argumentat li l-għan tal-azzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa pjuttost id-dritt tal-komproprjetarju li ma josservax dan l-użu iktar milli d-dritt ta’ dan il-komproprjetarju li jagħmel din l-azzjoni. Il-Kummissjoni tidher li tirrifletti din il-perspettiva sa fejn hija tindika li, fil-każ fejn l-użu miftiehem fil-kuntratt ta’ komproprjetà jikkostitwixxi dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>, jista’ jkun hemm limitazzjoni tad-drittijiet ta’ komproprjetarju li jiddisponi mill-parti tiegħu ta’ komproprjetà. F’dan ir-rigward, SP isostni li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, il-komproprjetarju li ma josservax l-użu miftiehem fil-kuntratt ta’ komproprjetà, minn naħa, jallega li jgawdi dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>, jiġifieri dak li jikri għal finijiet turistiċi, filwaqt li dan id-dritt ma jeżistix u, min-naħa l-oħra, fi kwalunkwe każ, jikser id-dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> tal-komproprjetarji l-oħrajn.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, sabiex jiġi ddeterminat jekk l-azzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tistax taqa’ taħt l-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, għandu jiġi ddeterminat jekk l-użu ta’ proprjetà immobbli, jiġifieri appartament suġġett għas-sistema ta’ komproprjetà, miftiehem fil-kuntratt ta’ komproprjetà jipproduċix effetti fir-rigward ta’ kulħadd.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Issa, kif tosserva l-Kummissjoni, il-qorti tar-rinviju ma tressaqx l-elementi kollha neċessarji sabiex dak li jkun jiddeċiedi b’mod preċiż dwar il-klassifikazzjoni ġuridika tal-possibbiltà ta’ wieħed mill-komproprjetarji li jeżiġi mingħand komproprjetarju ieħor li jieqaf milli jagħmel użu partikolari mill-proprjetà tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Infakkar li mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li, fid-dritt Awstrijak, il-komproprjetà tikkostitwixxi dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> li huwa protett mhux biss kontra preġudizzji kkawżati minn terzi, iżda wkoll kontra dawk ikkawżati mill-komproprjetarji l-oħra. Id-destinazzjoni ta’ beni b’komproprjetà u l-osservanza tal-użu ddefinit minn din id-destinazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>jagħmlu parti mid-dritt li jibbenefika minn protezzjoni assoluta ta’ kull komproprjetarju<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. Din id-destinazzjoni hija stabbilita mill-ftehim irregolat mid-dritt privat fost il-komproprjetarji kollha li jinsabu, minħabba l-kuntratt ta’ komproprjetà, f’relazzjoni kuntrattwali liberament miftiehma. Komproprjetarju jista’ jressaq, kontra l-komproprjetarju li ma josservax l-użu miftiehem f’dan il-kuntratt, azzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Ma huwiex ċar jekk il-possibbiltà ta’ komproprjetarju li jeżiġi li l-użu miftiehem fil-kuntratt ta’ komproprjetà jiġi osservat tidħolx jew le fil-kuntest tal-protezzjoni assoluta li ssemmi l-qorti tar-rinviju fit-talba għal deċiżjoni preliminari. Fil-każ ta’ risposta affermattiva, għandu jiġi kkunsidrat li l-fatt li jiġi previst użu fil-kuntratt ta’ komproprjetà jista’ jipproduċi effetti wkoll fir-rigward ta’ terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tammetti li l-kawża prinċipali għandha tiġi eżaminata fid-dawl tal-kontenut tal-kuntratt ta’ komproprjetà, b’mod li l-applikazzjoni tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 f’din il-kawża tista’ tqajjem dubji. Madankollu, hija tindika li ċerti elementi jistgħu jikkostitwixxu indizji dwar il-fatt li l-użu miftiehem fil-kuntratt ta’ komproprjetà jipproduċi effett <HT TYPE="ITALIC">erga omnes</HT>. Huwa biss jekk dawn l-elementi jiġu kkonfermati mill-qorti tar-rinviju li, skont il-Kummissjoni, għandu jitqies li azzjoni għal waqfien tal-użu turistiku ta’ appartament taqa’ taħt din id-dispożizzjoni tar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>B’mod iktar speċifiku, il-Kummissjoni tirreferi, fl-ewwel lok, għall-fatt li, skont l-informazzjoni li hija ġabret, il-kuntratt ta’ komproprjetà konkluż bejn il-komproprjetarji inizjali għandu jiġi aċċettat minn kull persuna li takkwista appartament suġġett għas-sistema ta’ komproprjetà u li dan il-kuntratt jista’ jiġi mmodifikat biss bla ħsara għall-kunsens tal-komproprjetarji l-oħra kollha. Fit-tieni lok, hija ssostni li, skont l-informazzjoni tagħha, l-imsemmi kuntratt u l-użu li huwa jipprevedi jistgħu jiġu kkonsultati fir-reġistru tal-artijiet u li għaldaqstant jeżisti aċċess pubbliku li jippermetti l-għarfien tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet li ser nesponi iktar ’il quddiem, għandi dubji dwar jekk dawn l-elementi, li għandhom ikunu s-suġġett tal-verifiki mill-qorti tar-rinviju, iwasslux neċessarjament għall-konklużjoni li l-użu miftiehem fil-kuntratt ta’ komproprjetà jipproduċi effetti fir-rigward ta’ kulħadd.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-infurzabbiltà tal-kuntratt ta’ komproprjetà</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Huwa ċertament minnu li, fis-sentenza Weber<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Weber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑438/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:212">EU:C:2014:212</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li azzjoni intiża sabiex tiġi kkonstatata l-invalidità tal-eżerċizzju ta’ dritt ta’ prelazzjoni, bħal dak imsemmi f’din is-sentenza, taqa’ taħt ir-regola ta’ ġurisdizzjoni esklużiva fil-qasam ta’ drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat li dan id-dritt, gravanti fuq proprjetà immobbli u li jinsab imniżżel fir-reġistru tal-artijiet, jipproduċi l-effetti tiegħu mhux biss fir-rigward<?PAGE NO="9"?> tad-debitur, iżda jiggarantixxi wkoll id-dritt tad-detentur ta’ dan id-dritt għat-trasferiment tal-proprjetà anki fir-rigward ta’ terzi, b’mod li, jekk kuntratt ta’ bejgħ ikun konkluż bejn terz u l-proprjetarju tal-proprjetà suġġetta għal oneri, ik-konsegwenza tal-eżerċizzju validu tad-dritt ta’ prelazzjoni jkun li l-bejgħ ma jkollux effett għad-detentur ta’ dan id-dritt u li dan il-bejgħ huwa ddestinat li jiġi konkluż bejn dan id-detentur u l-imsemmi proprjetarju bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk miftiehma bejn dan tal-aħħar u dan it-terz. Għalhekk dan huwa tipiku ta’ dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Issa, għandha ssir distinzjoni bejn is-sitwazzjoni fejn dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> jipproduċi effetti fir-rigward ta’ kulħadd minn dik li fiha d-dritt personali jkompli jipproduċi l-effetti tiegħu wara bidla suġġettiva ta’ relazzjoni ġuridika li hija fil-bażi ta’ dan id-dritt personali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Is-sentenza Weber<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE> (<NO.CASE>C‑438/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:212">EU:C:2014:212</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> tikkostitwixxi eżempju ta’ din l-ewwel sitwazzjoni. Fil-fatt, id-dritt ta’ prelazzjoni msemmi f’din is-sentenza seta’ jiġi invokat kontra terza persuna, mingħajr ma jkun neċessarju li jiġi stabbilit li din il-persuna kienet issostitwixxiet il-proprjetarju ta’ beni immobbli suġġett għal oneru fil-kuntest tar-relazzjoni bejnha u d-detentur tad-dritt ta’ prelazzjoni jew li l-imsemmija persuna kienet, minn tal-inqas, tat il-kunsens tagħha sabiex tosserva l-implikazzjonijiet ta’ din ir-relazzjoni. Issa, ma naħsibx li din is-sitwazzjoni hija neċessarjament identika ma’ dik li fiha, kif tindika l-Kummissjoni, il-kuntratt ta’ komproprjetà konkluż bejn il-komproprjetarji inizjali għandu jiġi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>aċċettat<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> minn kull persuna li takkwista appartament suġġett għas-sistema ta’ komproprjetà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Sabiex nispjega l-punt tiegħi, fis-sentenza Kerr<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190508">8 ta’ Mejju 2019</DATE> (<NO.CASE>C‑25/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:376">EU:C:2019:376</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li azzjoni dwar obbligu ta’ ħlas li jirriżulta minn deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali tal-komproprjetarji ta’ beni immobbli taqa’ taħt l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, li jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni mhux esklużiva fil-qasam kuntrattwali, għalkemm din id-deċiżjoni hija vinkolanti għal komproprjetarji li ma kinux ipparteċipaw fl-adozzjoni tagħha. Barra minn hekk, fid-digriet INA <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Digriet tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE> (<NO.CASE>C‑200/19</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:985">EU:C:2019:985</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja adottat din l-interpretazzjoni fil-kuntest ta’ obbligu ta’ ħlas li jirriżulta mil-liġi nazzjonali, fejn il-modalitajiet kienu ddeterminati minn ftehim tal-proprjetarji ta’ iktar minn nofs l-ishma tal-komproprjetà. Il-Qorti tal-Ġustizzja waslet għal din il-konklużjoni billi bbażat ruħha fuq il-fatt li, billi sar u jibqa’ komproprjetarju ta’ beni immobbli, kull komproprjetarju jagħti l-kunsens tiegħu sabiex jissottometti ruħu għad-dispożizzjonijiet kollha tal-att li jirregola l-komproprjetà kkonċernata kif ukoll għad-deċiżjonijiet adottati mil-laqgħa ġenerali tal-komproprjetarji ta’ dan il-beni immobbli<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190508">8 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Kerr</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑25/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:376">EU:C:2019:376</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u d-digriet tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>INA <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑200/19</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:985">EU:C:2019:985</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Huwa ċertament minnu li, fis-sentenza Kerr<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190508">8 ta’ Mejju 2019</DATE> (<NO.CASE>C‑25/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:376">EU:C:2019:376</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u fid-digriet INA <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Digriet tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE> (<NAME.CASE>C‑200/19</NAME.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:985">EU:C:2019:985</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, is-suġġett tal-azzjonijiet inkwistjoni ma kienx jirrigwarda direttament il-beni immobbli. Il-ġurisprudenza li tirriżulta minn dawn iż-żewġ deċiżjonijiet turi madankollu kif l-użu miftiehem fil-kuntratt ta’ komproprjetà jista’ jipproduċi effetti fir-rigward ta’ kull persuna li takkwista appartament suġġett għas-sistema ta’ komproprjetà, mingħajr ma dan l-użu jipproduċi effetti <HT TYPE="ITALIC">erga omnes</HT> fis-sens tal-ġurisprudenza dwar il-ġurisdizzjoni esklużiva fil-qasam ta’ drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, sabiex użu miftiehem fil-kuntratt ta’ komproprjetà jipproduċi dawn l-effetti, dak l-użu għandu jkun infurzabbli wkoll kontra persuni li ma jistgħux jitqiesu bħala dawk li volontarjament aċċettaw il-kuntratt ta’ komproprjetà. Dan ikun il-każ jekk komproprjetarju jista’ jeżerċita wkoll azzjoni għal waqfien kontra kerrej li ma jirrispettax l-użu miftiehem fil-kuntratt ta’ komproprjetà<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT>, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940517">17 ta’ Mejju 1994</DATE>, <NAME.CASE>Webb</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑294/92</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:193">EU:C:1994:193</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940609">9 ta’ Ġunju 1994</DATE>, <NAME.CASE>Lieber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑292/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:241">EU:C:1994:241</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010405">5 ta’ April 2001</DATE>, <NAME.CASE>Gaillard</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑518/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:209">EU:C:2001:209</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, hija l-qorti nazzjonali li għandha tagħmel il-verifiki meħtieġa f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-artijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-possibbiltà li jiġi kkonsultat il-kuntratt ta’ komproprjetà fir-reġistru tal-artijiet, huwa ċertament minnu li, f’diversi sistemi legali, il-prinċipju ta’ pubbliċità huwa inkluż fil-prinċipji li jirriżultaw min-natura tad-drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>. Fil-fatt, dan il-prinċipju jirrifletti b’mod partikolari idea li, bħala regola ġenerali, id-drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> jistgħu jiġu rrispettati biss jekk l-informazzjoni relatata magħhom tkun aċċessibbli għall-pubbliku inġenerali. F’dak li jirrigwarda d-drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli, din l-aċċessibbiltà tista’ tiġi żgurata, b’mod partikolari, permezz tar-reġistri li l-konsultazzjoni tagħhom hija miftuħa għall-pubbliku. Ir-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-artijiet ta’ informazzjoni dwar dritt li jirrigwarda beni korporali tista’ għalhekk tindika li dan id-dritt jista’ jiġi invokat kontra kull persuna u jikkostitwixxi, għalhekk, dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Dan espost, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li, minn naħa, ir-reġistri tal-artijiet jistgħu jinkludu wkoll informazzjoni li ma hijiex relatata mad-drittijiet li jipproduċu effetti <HT TYPE="ITALIC">erga omnes</HT> u li, min-naħa l-oħra, mill-kuntest ġuridiku, kif spjegat mill-qorti tar-rinviju, jirriżulta li l-komproprjetà stess tistrieħ fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ komproprjetà. Ma jistax jiġi eskluż li r-raġuni li għaliha dan il-kuntratt jista’ jiġi kkonsultat fir-reġistru tal-artijiet tinsab fil-fatt li dan huwa att li abbażi tiegħu l-komproprjetà kienet ġiet ikkostitwita u rreġistrata f’dan ir-reġistru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandi nosserva li azzjoni relatata ma’ att li permezz tiegħu ġie kkostitwit id-dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> irreġistrat fir-reġistru tal-artijiet ma taqax taħt l-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 meta din l-azzjoni tkun ibbażata fuq dritt personali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Sabiex nispjega l-argument tiegħi, fis-sentenza Schmidt<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161116">16 ta’ Novembru 2016</DATE> (<NO.CASE>C‑417/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:881">EU:C:2016:881</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li kienet tirrigwarda talba bbażata fuq in-nullità tat-trasferiment tal-proprjetà li, kif innotat il-Qorti tal-Ġustizzja, kienet tistrieħ fuq dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq il-beni immobbli kkonċernat li invokat ir-rikorrenti, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li talba għat-tħassir mir-reġistru tal-artijiet tad-dritt għall-proprjetà taqa’ taħt din id-dispożizzjoni. Madankollu, minn din is-sentenza jirriżulta li hija kwistjoni oħra fir-rigward ta’ talba mressqa kontra parti oħra fl-att li abbażi tiegħu din il-proprjetà kellha tiġi ttrasferita u intiża għall-konstatazzjoni tan-nullità ta’ dan l-att minħabba l-inkapaċità kuntrattwali ta’ parti oħra fl-imsemmi att. Tali talba kienet, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, ibbażata fuq dritt personali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161116">16 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Schmidt</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑417/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:881">EU:C:2016:881</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, l-ewwel inċiż).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fis-sentenza Milivojević<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190214">14 ta’ Frar 2019</DATE> (<NO.CASE>C‑630/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:123">EU:C:2019:123</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0102">102</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li talba intiża għat-tħassir mir-reġistru tal-artijiet tar-reġistrazzjoni ta’ ipoteka taqa’ taħt l-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-ipoteka, ladarba debitament ikkostitwita skont ir-regoli proċedurali u sostantivi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali f’dan il-qasam, hija dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> li jipproduċi effetti <HT TYPE="ITALIC">erga omnes</HT>. Min-naħa l-oħra, ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qorti tal-Istat Membru fejn tinsab il-proprjetà immobbli talba intiża għad-dikjarazzjoni tan-nullità, minħabba l-ksur tar-regoli nazzjonali fil-qasam ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, tal-att notarili dwar il-kostituzzjoni ta’ din l-ipoteka. Fil-fatt, tali talba hija bbażata, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, fuq dritt personali li jista’ jiġi invokat biss kontra l-konvenut fil-kawża quddiem il-qrati nazzjonali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190214">14 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Milivojević</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑630/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:123">EU:C:2019:123</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0101">101</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk l-azzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqax taħt l-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, jiena tal-fehma li l-fatt li l-kuntratt ta’ komproprjetà jista’ jiġi kkonsultat fir-reġistru tal-artijiet ma jeżentax lill-qorti nazzjonali milli tivverifika, għar-raġunijiet esposti fil-punti 40 sa 45 ta’ dawn il-konklużjonijiet, jekk l-użu miftiehem f’dan il-kuntratt jistax jiġi invokat kontra kull persuna. Kieku dan kien il-każ, din l-azzjoni taqa’<?PAGE NO="11"?> <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> taħt ir-regola ta’ ġurisdizzjoni stabbilita f’din id-dispożizzjoni. Għalhekk jibqa’ biss li jiġi vverifikat jekk l-għanijiet tal-imsemmija dispożizzjoni jimmilitawx favur l-interpretazzjoni li azzjoni intiża sabiex l-użu stabbilit fil-kuntratt ta’ komproprjetà jiġi osservat taqa’ taħt l-istess dispożizzjoni biss jekk dan l-użu jista’ jiġi infurzat fir-rigward ta’ kulħadd.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-għanijiet tar-regola ta’ kompetenza fil-qasam ta’ drittijiet <HT TYPE="NORMAL">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet repetutament li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 ma jistax jiġi interpretat b’mod estensiv, f’sens li huwa iktar wiesa’ mill-għanijiet tiegħu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara, f’dan is-sens, reċentement, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190515">15 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>MC</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑827/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:416">EU:C:2019:416</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Id-determinazzjoni ta’ dawn l-għanijiet hija għalhekk essenzjali sabiex jiġi limitat il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regola ta’ ġurisdizzjoni prevista minn din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda r-regoli ta’ ġurisdizzjoni esklużiva b’mod ġenerali, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li r-raġuni wara dawn ir-regoli hija l-eżistenza ta’ rabta partikolarment stretta bejn it-tilwima u Stat Membru li favurih hija stabbilita l-ġurisdizzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara wkoll, b’mod ġenerali, f’dak li jirrigwarda r-regoli ta’ ġurisdizzjoni esklużiva previsti fl-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000713">13 ta’ Lulju 2000</DATE>, <NAME.CASE>Group Josi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑412/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:399">EU:C:2000:399</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ġurisdizzjoni esklużiva fil-qasam ta’ drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli, huwa stabbilit, wara s-sentenza Reichert u Kockler<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900110">10 ta’ Jannar 1990</DATE> (<NO.CASE>C‑115/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:3">EU:C:1990:3</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Il-Qorti tal-Ġustizzja preċedentement adottat interpretazzjoni analoga fir-rigward tal-azzjonijiet fil-qasam ta’ kirjiet ta’ immobbli fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19771214">14 ta’ Diċembru 1977</DATE>, <NAME.CASE>Sanders</NAME.CASE> (<NO.CASE>73/77</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1977:208">EU:C:1977:208</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li l-qrati tal-Istat Membru fejn tinsab il-proprjetà immobbli huma fl-aħjar pożizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni tal-azzjonijiet f’dan il-qasam. Fil-ġurisprudenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat, b’mod partikolari, li, minn naħa, tali azzjonijiet għandhom jiġu deċiżi skont ir-regoli ta’ dan l-Istat Membru, li jirrifletti l-prinċipju tal-<HT TYPE="ITALIC">lex rei sitae</HT>, u li, min-naħa l-oħra, il-kontestazzjonijiet li jirriżultaw minnhom jeħtieġu frekwentement verifiki, investigazzjonijiet u perizji li għandhom isiru fuq il-post<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara s-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900110">10 ta’ Jannar 1990</DATE>, <NAME.CASE>Reichert u Kockler</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑115/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:3">EU:C:1990:3</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Komu <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑605/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:833">EU:C:2015:833</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161116">16 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Schmidt</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑417/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:881">EU:C:2016:881</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għaldaqstant, l-attribuzzjoni ta’ ġurisdizzjoni lil dawn il-qrati tissodisfa l-interess ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Komu <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑605/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:833">EU:C:2015:833</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161116">16 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Schmidt</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑417/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:881">EU:C:2016:881</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Għalhekk jista’ jiġi argumentat li wieħed mill-għanijiet tar-regola ta’ ġurisdizzjoni esklużiva stabbilita fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 huwa li tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru li miegħu teżisti rabta partikolarment mill-qrib f’dak li jikkonċerna t-tilwima sabiex tiġi ffaċilitata l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. Madankollu, jiena tal-fehma li dan l-għan hekk iddefinit, meħud b’mod iżolat, jikkostitwixxi biss waħda mir-raġunijiet li jistgħu jispjegaw l-għażla tal-leġiżlatur tal-Unjoni f’dak li jirrigwarda n-natura esklużiva tal-kompetenza stabbilita skont din ir-regola.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argument ibbażat fuq l-eżami tar-regoli tal-ġurisdizzjoni mhux esklużiva</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li regoli ta’ ġurisdizzjoni mhux esklużiva jużaw ukoll fatturi ta’ rabta li jippermettu li tiġi żgurata l-prossimità bejn tilwima u l-qrati li għandhom ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni ta’ din it-tilwima u jissodisfaw l-interess ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, mingħajr ma joħolqu riperkussjonijiet karatteristiċi tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni esklużiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, b’mod iktar speċifiku, il-kuntest tar-Regolament Nru 1215/2012, il-premessa 16 ta’ dan ir-regolament tindika li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>[b]arra [l-qorti ta]d-domiċilju tal-konvenut, għandu jkun hemm raġunijiet alternattivi ta’ ġurisdizzjoni bbażati fuq [qrati oħra awtorizzati minħabba l-]konnessjoni mill-qrib bejn il-qorti u l-azzjoni jew sabiex tkun iffaċilitata l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.<?PAGE NO="12"?> F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet repetutament li r-regoli ta’ ġurisdizzjoni previsti fl-Artikolu 7(1) u (2) tal-imsemmi regolament huma bbażati fuq l-eżistenza ta’ rabta partikolarment mill-qrib, li tiġġustifika attribuzzjoni ta’ ġurisdizzjoni lill-qrati previsti minn din id-dispożizzjoni għal raġunijiet ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u ta’ organizzazzjoni utli tal-proċeduri<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara, reċentement, fir-rigward tal-ġurisdizzjoni fil-qasam kuntrattwali, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Feniks</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑337/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:805">EU:C:2018:805</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll, fir-rigward tal-ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ delitt, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171017">17 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Bolagsupplysningen u Ilsjan</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑194/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:766">EU:C:2017:766</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Ċertament, wieħed jista’ jsostni li, b’differenza mir-regoli ta’ ġurisdizzjoni mhux esklużiva, f’dak li jikkonċerna r-regola ta’ ġurisdizzjoni esklużiva fil-qasam ta’ drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli, ir-rabta ta’ konnessjoni partikolarment stretta teżisti biss bejn it-tilwima u Stat Membru wieħed.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tippermetti li jiġu spjegati <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> r-raġunijiet li għalihom, fis-sentenza ČEZ<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060518">18 ta’ Mejju 2006</DATE> (<NO.CASE>C‑343/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:330">EU:C:2006:330</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li azzjoni għal dikjarazzjoni negattiva tad-dritt Awstrijak (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Eigentumsfreiheitsklage<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>), magħmula mill-proprjetarju ta’ beni immobbli u intiża sabiex twaqqaf inkonvenjenzi kkawżati lil dan il-beni permezz tal-attività taċ-ċentrali nukleari li tinsab fit-territorju ta’ Stat ġar ta’ dak fejn jinsab il-beni msemmi, ma taqax taħt ir-regola ta’ ġurisdizzjoni esklużiva fil-qasam ta’ drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq beni immobbli. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, il-verifiki essenzjali sabiex tittieħed konjizzjoni ta’ din l-azzjoni għandhom isiru kemm fl-Istat Membru fejn tinsab din l-ewwel proprjetà immobbli kif ukoll f’dak fejn jinsab it-tieni beni immobbli. Jidhirli li l-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet ukoll għal din iċ-ċirkustanza biex tissuġġerixxi li l-imsemmija azzjoni taqa’ pjuttost taħt ir-regola tal-ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ delitt prevista fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1215/2012<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060518">18 ta’ Mejju 2006</DATE>, <NAME.CASE>ČEZ</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑343/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:330">EU:C:2006:330</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Din ir-regola ta’ ġurisdizzjoni tirrikonoxxi, bħala prinċipju, id-distinzjoni bejn il-post fejn seħħet il-ħsara (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Erfolgsort<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>) u dak tal-avveniment kawżali li huwa fl-oriġini ta’ din il-ħsara (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Handlungsort<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Għalkemm, f’ċerti sitwazzjonijiet ma tkunx tista5 ssir distinzjoni bejn il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Handlungsort<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Erfolgsort<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> (ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Universal Music International Holding</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑12/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:161">EU:C:2016:161</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), ir-regola ta’ ġurisdizzjoni prevista fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1215/2012 tikkonċerna azzjonijiet li, bħala prinċipju, jippermettu li ssir tali distinzjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Issa, wieħed jista’ jargumenta li ċerti azzjonijiet li għandhom rabta eqreb ma’ Stat Membru wieħed milli ma’ kwalunkwe Stat ieħor jaqgħu taħt ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni mhux esklużiva. Bħala eżempju, f’dak li jikkonċerna l-qrati li għandhom ġurisdizzjoni f’materji kuntrattwali skont l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li għandu jiġi ddeterminat post wieħed ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu kuntrattwali inkwistjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020219">19 ta’ Frar 2002</DATE>, <NAME.CASE>Besix</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑256/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:99">EU:C:2002:99</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, ma huwiex evidenti li din l-interpretazzjoni tista’ tiġi trasposta għall-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament Nru 1215/2012. Ara s-sentenza tas-<DATE ISO="20141127">27 ta’ Novembru 2014</DATE> tal-High Court of Justice (England and Wales) (il-Qorti Għolja tal-Ġustizza) (l-Ingilterra u Wales), ir-Renju Unit) fil-kawża Canon Offshore Ltd vs GDF Suez E&amp;P Nederland BV (2014) EWHC 3810 (Comm), punti 49 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. Barra minn hekk, f’dak li jikkonċerna l-evoluzzjoni tal-ġurisprudenza dwar l-Artikolu 7(1)(b) ta’ dan ir-regolament u l-multiplikazzjoni tal-fora kompetenti skont din id-dispożizzjoni, ara Beaumont, P. u Yüksel, B., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Cross-Border Civil and Commercial Disputes Before the Court of Justice of the European Union<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, taħt id-direzzjoni ta’ Beaumont, P., Danov, M., Trimmings, K. u Yüksel, B., <HT TYPE="ITALIC">Cross-border Litigation in Europe</HT>, Hart Publishing, Oxford/Portland, 2017, pp. 514 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE>. Madankollu, din id-dispożizzjoni ma kinitx tistabbilixxi ġurisdizzjoni esklużiva favur il-qrati ta’ dan il-post.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni esklużiva favur il-qrati ta’ Stat Membru wieħed. Din id-dispożizzjoni għandha l-effett li teskludi kull regola oħra ta’ ġurisdizzjoni ġenerali jew alternattiva prevista mir-Regolament Nru 1215/2012 u li ċċaħħad lill-partijiet mill-għażla tal-qorti li, altrimenti, huma jkollhom abbażi tal-Artikolu 25 ta’ dan ir-regolament<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Komu <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑605/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:833">EU:C:2015:833</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Barra minn hekk, b’deroga mill-prinċipju stabbilit fl-Artikoli 4 u 7 tar-regolament imsemmi, li jipprovdi li l-qrati tal-Istati Membri għandhom ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni ta’ azzjonijiet diretti kontra persuni ddomiċiljati fit-territorju ta’ Stat Membru, din ir-regola ta’ ġurisdizzjoni esklużiva tapplika indipendentement mid-domiċilju tal-partijiet. Madankollu, b’differenza mill-Artikolu 7(1) u (2) tal-istess regolament, l-imsemmija regola ta’ ġurisdizzjoni ma tillimitax il-fakultà ta’ kull Stat Membru li jaqsam il-ġurisdizzjoni tal-qrati fit-territorju tiegħu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090428">28 ta’ April 2009</DATE>, <NAME.CASE>Apostolides</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑420/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:271">EU:C:2009:271</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Wieħed jista’<?PAGE NO="13"?> jargumenta li jekk il-loġika tal-Artikolu 24(1) tal-istess regolament kienet ibbażata fuq ir-rabta partikolarment mill-qrib bejn is-suġġett tal-kawża u l-qorti, din ir-rabta ma għandhiex tiddetermina esklużivament il-ġurisdizzjoni internazzjonali ta’ Stat Membru iżda wkoll il-ġurisdizzjoni interna tiegħu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara wkoll, f’dan is-sens, Lehmann, M., <HT TYPE="ITALIC">The Brussels I Regulation Recast</HT>, Dickinson, A. u Lein, E. (edituri), Oxford University Press, Oxford, 2015, p. 259, punt 8.10.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Il-fatt li, minn naħa, l-awtonomija tal-partijiet fir-rigward tal-għażla tal-qorti li huma jqisu li hija l-iktar xierqa sabiex tieħu konjizzjoni tal-kawża hija eskluża u li, min-naħa l-oħra, il-ġurisdizzjoni tingħata inevitabbilment lil qorti ta’ Stat Membru, anki jekk il-partijiet ikunu ddomiċiljati fi Stat terz, jindika li għandu jkun hemm interess kunsiderevoli li fuqu tkun ibbażata d-deċiżjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni dwar in-natura esklużiva tal-ġurisdizzjoni stabbilita skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012. Fid-dawl tal-fatt li l-ġurisdizzjoni ta’ wieħed mill-Istati Membri hija żgurata għad-detriment tal-elementi li jirrigwardaw lill-individwi (partijiet), inqis li dan l-interess huwa ta’ natura pubblika. Hemm interess pubbliku b’mod partikolari meta jkun hemm drittijiet li jistgħu jaffettwaw is-sitwazzjoni legali ta’ kull persuna (<HT TYPE="ITALIC">erga omnes</HT>) jew tal-pubbliku inġenerali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Għall-kompletezza, nippreċiża li l-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 jinkludi wkoll il-kiri ta’ beni immobbli. Huwa minnu li dawn ma humiex paragunabbli mad-drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli u li l-għanijiet li fuqhom hija bbażata n-natura esklużiva tal-ġurisdizzjoni fir-rigward tal-kirjiet ta’ beni immobbli jistgħu jiġu distinti minn dawk li fuqhom hija bbażata l-ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli. Madankollu, skont l-interpretazzjoni tiegħi tal-ġurisprudenza, ir-raġuni għalfejn il-kirjiet ta’ proprjetà immobbli jaqgħu wkoll taħt regola ta’ kompetenza esklużiva huma bbażati fuq kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, soċjali u politiċi sa fejn dawn jimmotivaw in-natura imperattiva tal-leġiżlazzjonijiet dwar il-kontroll tal-livell tal-kirjiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-kerrejja u kerrejja agrikoli. Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920226">26 ta’ Frar 1992</DATE>, <NAME.CASE>Hacker</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:92">EU:C:1992:92</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880706">6 ta’ Lulju 1988</DATE>, <NAME.CASE>Scherrens</NAME.CASE> (<NO.CASE>158/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:370">EU:C:1988:370</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u d-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190515">15 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>MC</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑827/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:416">EU:C:2019:416</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Jekk interess tali ma jinbediex minn azzjoni, l-għanijiet tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 ma jeħtiġux li din taqa’ taħt din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argument ibbażat fuq ix-xogħol preparatorju u d-duttrina</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjoni ppreżentata fil-punt 62 ta’ dawn il-konklużjonijiet hija kkorroborata mill-analiżi tax-xogħol preparatorju dwar ir-regola ta’ ġurisdizzjoni esklużiva fil-qasam ta’ drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli u tad-duttrina stabbilita f’din ir-regola.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>L-ispjegazzjonijiet li jinsabu fir-rapport ta’ P. Jenard dwar il-Konvenzjoni ta’ Brussell<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Rapport fuq il-Konvenzjoni ta’ Brussell tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="059" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1979">ĠU 1979, C 59, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> juru l-fatt li diversi raġunijiet wasslu għall-introduzzjoni tar-regola ta’ ġurisdizzjoni esklużiva fil-qasam ta’ drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli. Il-qari ta’ dawn l-ispjegazzjonijiet jagħti x’jifhem li l-introduzzjoni ta’ din ir-regola hija bbażata fuq kollox fuq il-fatt li, f’ċerti sistemi nazzjonali, tali regola kienet ikkunsidrata bħala ta’ ordni pubbliku. Min-naħa l-oħra, il-fatt li l-introduzzjoni tar-regola msemmija – ekwivalenti għal dik tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 – kienet tissodisfa l-interess ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja ġie invokat biss, f’dan ir-rapport, sussidjarjament f’dak li jirrigwarda l-introduzzjoni tal-istess regola.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, id-duttrina, min-naħa tagħha, tikkunsidra li, waqt l-eżami tal-għanijiet tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, li jistgħu jillimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, wieħed ma għandux jillimita ruħu għall-għan relatat mal-prossimità jew mal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. F’dan ir-rigward, parti mid-duttrina tikkunsidra li, għal Stat Membru, l-importanza tal-qasam irregolat mill-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 hija tali li dan għandu jiżgura l-ġurisdizzjoni esklużiva tiegħu fir-rigward ta’ dan il-qasam<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara, f’dan is-sens, Lehmann, M., <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., p. 259, punt 8.11.</P></NOTE> u li l-ġurisdizzjoni esklużiva f’dan il-qasam tipproteġi l-interessi ta’ dan l-Istat Membru<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Ara, f’dan is-sens, Van Calster, G., <HT TYPE="ITALIC">European Private International Law</HT>, Hart Publishing, Oxford, Portland, 2016, p. 73.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Applikazzjoni għal dan il-każ</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti li għandu jiġi vverifikat jekk l-għanijiet tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 jirrikjedux li l-azzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ taħt din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandi nosserva li, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu ddedikati għat-tieni domanda, SP jindika li l-kuntratt li permezz tiegħu akkwista l-proprjetà ta’ appartament fil-beni immobbli inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistipula li l-proprjetà mixtrija tinsab barra minn żona ddestinata għar-residenzi sekondarji u li, għalhekk, teżisti projbizzjoni ta’ kiri għal finijiet turistiċi. Minn dawn l-osservazzjonijiet ma jirriżultax b’mod ċar jekk din il-projbizzjoni tinsabx biss f’kuntratt jew ukoll fil-leġiżlazzjoni tal-ippjanar urban. Fi kwalunkwe każ, l-osservazzjonijiet imsemmija huma fformulati fir-rigward tal-ġurisdizzjoni fil-qasam kuntrattwali. Barra minn hekk, Ellmes Property Services tindika, b’mod inqas ekwivoku, li għalkemm id-dritt Awstrijak ma jimponi ebda destinazzjoni fuq beni b’komproprjetà, din tista’ madankollu tiġi ddeterminata fil-kuntratt ta’ komproprjetà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jidhirlix li l-għanijiet tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 jeħtieġu li l-azzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ taħt din id-dispożizzjoni fil-każ fejn l-użu miftiehem fil-kuntratt ta’ komproprjetà jista’ jiġi invokat biss kontra l-persuni li qablu li jissuġġettaw ruħhom għal dan il-kuntratt. Fil-fatt, ma naħsibx li, għall-Istat Membru fejn tinsab din il-proprjetà, l-importanza tal-osservanza tal-istipulazzjonijiet maqbula fil-kuntratt bejn il-komproprjetarji dwar id-destinazzjoni ta’ beni immobbli hija tali li dan l-Istat Membru għandu jiżgura l-ġurisdizzjoni esklużiva tiegħu f’dan il-qasam. Madankollu, kien ikun mod ieħor li kieku dawn l-istipulazzjonijiet jipproduċu effetti li jistgħu jagħtu lok għal interess differenti minn dak purament privat tal-partijiet f’dawn l-istipulazzjonijiet maqbula fil-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Il-fatt li, sabiex tittieħed konjizzjoni ta’ azzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ċerti verifiki għandhom isiru fil-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli suġġetta għas-sistema ta’ komproprjetà ma jpoġġix fid-dubju din il-kunsiderazzjoni. Fil-fatt, wara li kkonstatat, fis-sentenza Lieber<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940609">9 ta’ Ġunju 1994</DATE> (<NO.CASE>C‑292/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:241">EU:C:1994:241</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li talba għal kumpens għat-tgawdija ta’ proprjetà immobbli ma tikkonċernax dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> li jipproduċi effetti <HT TYPE="ITALIC">erga</HT> <HT TYPE="ITALIC">omnes</HT> iżda dritt personali, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tatx importanza deċiżiva għall-fatt li l-qorti tal-Istat Membru kontraenti fejn tinsab il-proprjetà immobbli setgħet faċilment tiddetermina l-ammont tal-kumpens dovut. Għall-kuntrarju, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li, sabiex tiddetermina dan l-ammont, qorti ta’ Stat Membru li ma huwiex dak fejn tinsab il-proprjetà immobbli kellha l-possibbiltà li tqabbad espert sabiex jikseb l-informazzjoni neċessarja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940609">9 ta’ Ġunju 1994</DATE>, <NAME.CASE>Lieber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑292/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:241">EU:C:1994:241</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni għall-ewwel domanda preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li r-risposta għall-ewwel domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju għandha tkun li l-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni ta’ komproprjetarju intiża għall-waqfien tal-użu turistiku ta’ appartament minn komproprjetarju ieħor, għar-raġuni li dan l-użu ma jikkorrispondix ma’ dak miftiehem fil-kuntratt ta’ komproprjetà, ma taqax taħt din id-dispożizzjoni ħlief jekk dan l-użu jista’ jiġi invokat ukoll fir-rigward ta’ kull persuna li ma hijiex parti fil-kuntratt. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tagħmel l-aħħar verifiki f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta li nipproponi li tingħata għall-ewwel domanda, issa ser nanalizza t-tieni domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">C.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq it-tieni domanda preliminari, dwar l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament Nru 1215/2012</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tiddetermina jekk l-azzjoni ta’ komproprjetarju intiża għall-waqfien tal-użu turistiku ta’ appartament minn komproprjetarju ieħor, minħabba li dan l-użu ma jikkorrispondix ma’ dak miftiehem fil-kuntratt ta’ komproprjetà, taqax taħt l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament Nru 1215/2012. Jekk dan huwa l-każ, din il-qorti tixtieq tkun taf l-obbligu li fuqu hija bbażata din l-azzjoni, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Hija tistaqsi wkoll dwar jekk il-post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu jikkorrispondix mal-post fejn jinsab l-appartament.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Kummenti preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Nixtieq nagħmel ir-rimarki li ġejjin qabel ma nipproċedi għall-eżami tat-tieni domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandi nosserva li din id-domanda tirrigwarda espressament l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament Nru 1215/2012. Il-qorti tar-rinviju tqis għalhekk li l-Artikolu 7(1)(b) ta’ dan ir-regolament, li jikkonċerna biss il-bejgħ ta’ merkanzija u l-provvista ta’ servizzi, ma japplikax għall-kawża prinċipali. Fil-fatt, xejn ma jindika li l-bejgħ ta’ merkanzija jew il-provvista ta’ servizzi huma inkwistjoni fil-kawża prinċipali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Jidhirli li huwa evidenti li l-kawża prinċipali bl-ebda mod ma tikkonċerna l-bejgħ tal-merkanzija. Din it-tilwima lanqas ma tirrigwarda s-servizzi, li jimplikaw, skont ġurisprudenza stabbilita, li l-parti li tipprovdihom twettaq attività partikolari bħala korrispettiv għal remunerazzjoni (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190508">8 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Kerr</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑25/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:376">EU:C:2019:376</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata): l-element relatat mar-remunerazzjoni huwa nieqes f’dan il-każ.</P></NOTE>. Id-distinzjoni bejn dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet għandha ċertu effett fuq id-determinazzjoni tal-qrati li għandhom ġurisdizzjoni f’materji kuntrattwali. L-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 jiddefinixxi b’mod awtonomu l-kriterji ta’ rabta għall-kuntratti ta’ bejgħ ta’ merkanzija u ta’ provvista ta’ servizzi. Min-naħa l-oħra, filwaqt li jiġi ppreżervat il-prinċipju li jirriżulta mis-sentenza Industrie Tessili Italiana Como<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19761006">6 ta’ Ottubru 1976</DATE> (<NO.CASE>12/76</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1976:133">EU:C:1976:133</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, l-Artikolu 7(1)(a) ta’ dan ir-regolament jipprevedi, minn naħa, li azzjoni tista’ ssir quddiem il-qorti tal-post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu li fuqu hija bbażata din l-azzjoni u, min-naħa l-oħra, li dan il-post għandu jiġi ddeterminat skont il-liġi li tirregola dan l-obbligu kuntrattwali inkwistjoni skont ir-regoli ta’ kunflitt tal-qorti adita<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Ara, fir-rigward tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001, li t-termini tiegħu jikkorrispondu ma’ dawk tal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament Nru 1215/2012, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE>, <NAME.CASE>Falco Privatstiftung u Rabitsch</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑533/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:257">EU:C:2009:257</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Sussegwentement, ninnota li SP jargumenta li l-komproprjetarji qablu li qorti Awstrijaka kellha materjalment u territorjalment ġurisdizzjoni irrispettivament mid-domiċilju tagħhom. Madankollu, il-qorti tar-rinviju ma tidhirx li tagħti importanza lil dan il-ftehim u, fi kwalunkwe każ, ma titlobx lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċċara l-impatt eventwali tal-ftehim imsemmi fuq id-determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, teżisti ċerta kontradizzjoni bejn il-formulazzjoni tat-tieni domanda u l-espożizzjoni tal-motivi tat-talba għal deċiżjoni preliminari. Fil-fatt, il-formulazzjoni ta’ din id-domanda tista’ tissuġġerixxi li l-qorti tar-rinviju titlaq mill-premessa li din l-azzjoni taqa’ neċessarjament taħt l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament Nru 1215/2012 u tistaqsi dwar id-determinazzjoni tal-obbligu li fuqu hija bbażata l-imsemmija azzjoni, fis-sens ta’ din l-aħħar dispożizzjoni. Min-naħa l-oħra, l-espożizzjoni tal-motivi tat-talba għal deċiżjoni preliminari tidher li tissuġġerixxi li l-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-kwistjoni jekk l-azzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tistax taqa’ taħt l-imsemmija dispożizzjoni. Issa, sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju u quddiem l-impossibbiltà li tiġi eliminata din l-ambigwità, nipproponi li t-tieni domanda tinftiehem skont il-formulazzjoni li tinsab fil-punt 72 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="16"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Sabiex l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament Nru 1215/2012 ikun jista’ japplika għall-azzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, din it-tilwima għandha titqies li taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>kwistjonijiet relatati ma’ kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Dan huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Ara, reċentement, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Králová</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑215/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:235">EU:C:2020:235</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> li l-Qorti tal-Ġustizzja inizjalment interpretat b’mod negattiv, jiġifieri li dan il-kunċett ma jistax jinftiehem bħala li jirreferi għal sitwazzjoni fejn ma jeżisti ebda impenn liberalment assunt minn parti fil-konfront ta’ oħra<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920617">17 ta’ Ġunju 1992</DATE>, <NAME.CASE>Handte</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑26/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:268">EU:C:1992:268</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Sa fejn tali sitwazzjoni qatt ma tressqet quddiem qrati Awstrijaċi aditi fil-kawża prinċipali, l-azzjoni inkwistjoni tista’ taqa’ taħt din id-dispożizzjoni. Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju tindika li l-komproprjetarji jinsabu, minħabba l-kuntratt ta’ komproprjetà, f’relazzjoni kuntrattwali liberament miftiehma. Barra minn hekk, fid-dawl tal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 44 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-fatt li din ir-relazzjoni teżisti wkoll ma’ komproprjetarju li ma kienx jagħmel parti mill-kuntratt ta’ komproprjetà, kif konkluż mill-komproprjetarji inizjali, ma jaffettwax l-applikazzjoni tal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament Nru 1215/2012<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190508">8 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Kerr</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑25/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:376">EU:C:2019:376</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara, ukoll, id-digriet tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>INA <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑200/19</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:985">EU:C:2019:985</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>obbligazzjoni in kwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-qorti tar-rinviju tidher li tqis, billi tuża l-kliem użat minnha fl-espożizzjoni tal-motivi tat-talba għal deċiżjoni preliminari, li l-fatt li persuna tuża l-beni tagħha b’komproprjetà bil-mod miftiehem jaqa’ taħt l-obbligu kuntrattwali ta’ komproprjetarju. F’dan ir-rigward, għal SP, dan huwa <HT TYPE="ITALIC">obligatio facere</HT> [obbligu li tagħmel], jiġifieri, f’dan il-każ, li dan l-oġġett jintuża skont id-destinazzjoni tiegħu, kif previst mill-kuntratt ta’ komproprjetà dwar l-imsemmi beni. Min-naħa l-oħra, Ellmes Property Services issostni li dan huwa <HT TYPE="ITALIC">obligatio non facere</HT> [obbligu li ma tagħmilx], jiġifieri obbligu li wieħed jastjeni milli jikri beni b’komproprjetà għal finijiet turistiċi, li ma jinkludi ebda limitazzjoni ġeografika u li huwa kkaratterizzat minn multipliċità ta’ postijiet fejn dan ġie jew kellu jiġi eżegwit. Għaldaqstant, fid-dawl tas-sentenza Besix<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020219">19 ta’ Frar 2002</DATE> (<NO.CASE>C‑256/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:99">EU:C:2002:99</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament Nru 1215/2012 ma japplikax għat-tilwima fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Hija ġurisprudenza stabbilita li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>obbligazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, li jinsab fl-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament Nru 1215/2012, jirreferi għall-obbligu li jikkorrispondi mad-dritt kuntrattwali invokat sabiex tiġi ġġustifikata l-azzjoni ġudizzjarja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19761006">6 ta’ Ottubru 1976</DATE>, <NAME.CASE>De Bloos</NAME.CASE> (<NO.CASE>14/76</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1976:134">EU:C:1976:134</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE>, <NAME.CASE>Falco Privatstiftung u Rabitsch</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑533/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:257">EU:C:2009:257</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Sa fejn, f’dan il-każ, din hija azzjoni intiża għall-waqfien, inqis li l-obbligu kuntrattwali kkontestat jikkonsisti f’obbligu li ma ssirx ħaġa u, b’mod iktar preċiż, li ma tinbidilx, b’mod mhux konformi mal-kuntratt ta’ komproprjetà, id-destinazzjoni ta’ beni fil-post fejn dan jinsab. Din il-kunsiderazzjoni hija kkorroborata mill-fatt li komproprjetarju ma jistax jeżiġi li komproprjetarju ieħor jagħmel użu mill-proprjetà tiegħu meta jastjeni milli jagħmel dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Madankollu, ma jiniex konvint mill-pożizzjoni ta’ Ellmes Property Services li l-obbligu kuntrattwali kkontestat li jikkonsisti f’obbligu li ma ssirx ħaġa għandu jiġi eżegwit mingħajr ebda limitazzjoni ġeografika, b’tali mod li l-applikazzjoni tal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament Nru 1215/2012 tkun eskluża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Fil-fatt, iċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża ma humiex paragunabbli ma’ dawk tal-kawża li tat lok għas-sentenza Besix<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020219">19 ta’ Frar 2002</DATE> (<NO.CASE>C‑256/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:99">EU:C:2002:99</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. F’dik il-kawża, kif jirriżulta mill-formulazzjoni tad-domanda magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja, l-obbligu kuntrattwali kkontestat kien jikkonsisti f’impenn li tittieħed azzjoni esklużivament ma’ parti kokontraenti bil-għan li tiġi ppreżentata offerta konġunta fil-kuntest ta’ kuntratt pubbliku u li ma jkunx hemm rabta ma’ sieħeb ieħor. Il-qorti tar-rinviju fil-kawża msemmija l-ewwel nett iddeterminat il-post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu inkwistjoni konformement mal-prinċipju li jirriżulta mis-sentenza Industrie Tessili Italiana Como<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19761006">6 ta’ Ottubru 1976</DATE> (<NO.CASE>12/76</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1976:133">EU:C:1976:133</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li jipprovdi li dan il-post huwa ddeterminat mil-liġi magħżula mir-regoli ta’ kunflitt tal-liġijiet tal-Istat tal-qorti. Imbagħad, hija stabbilixxiet, abbażi tal-liġi indikata bħala applikabbli għal dan l-obbligu, li dan kellu jiġi eżegwit fi kwalunkwe post fid-dinja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020219">19 ta’ Frar 2002</DATE>, <NAME.CASE>Besix</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑256/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:99">EU:C:2002:99</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, f’din il-kawża, il-qorti tar-rinviju ma identifikatx b’mod definittiv l-obbligu li fuqu hija bbażata l-azzjoni ta’ SP u lanqas, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, il-post fejn dan l-obbligu għandu jiġi eżegwit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-kunsiderazzjoni ta’ Ellmes Property Services li obbligu li ma ssirx ħaġa, bħal dak f’dan il-każ, ma għandux lok ta’ eżekuzzjoni speċifiku ma tidhirx li tieħu inkunsiderazzjoni l-prinċipju li jirriżulta mis-sentenza Industrie Tessili Italiana Como<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0060"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19761006">6 ta’ Ottubru 1976</DATE> (<NO.CASE>12/76</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1976:133">EU:C:1976:133</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fil-fatt, din il-kunsiderazzjoni ma tagħmel ebda riferiment għas-soluzzjonijiet adottati fid-dritt Awstrijak, li din il-kumpannija tidher li tqis applikabbli għall-obbligu kuntrattwali kkontestat. Madankollu, ma jistax jiġi eskluż li l-liġi applikabbli għal dan l-obbligu tippermetti li jiġi identifikat il-post ta’ eżekuzzjoni tal-imsemmi obbligu u li dan il-post jikkorrispondi ma’ dak fejn jinsab l-appartament suġġett għas-sistema ta’ komproprjetà<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0061"><P>Fil-fatt, diversi argumenti jwassluni biex naħseb li l-liġi applikabbli għandha tirrikonoxxi r-rilevanza tas-<HT TYPE="ITALIC">situs</HT> ta’ beni li d-destinazzjoni tiegħu ma tistax tinbidel. Din is-soluzzjoni hija barra minn hekk iġġustifikata minn kunsiderazzjonijiet dwar il-prossimità bejn it-tilwima u l-qorti kompetenti kif ukoll minn dawk intiżi sabiex jiġi evitat l-użu eċċessiv tal-<HT TYPE="ITALIC">forum actoris</HT>. Madankollu, fid-dawl tan-natura tar-riferiment għal dritt sostantiv, li fuqu huwa bbażat l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament Nru 1215/2012, ma jistax jiġi eskluż li l-liġi applikabbli tiddetermina l-post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu kuntrattwali kkontestat b’riferiment għad-domiċilju ta’ debitur jew ta’ kreditur. Ara, f’dan is-sens, Mankowski, P., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>Article 7<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, taħt id-direzzjoni ta’ Magnus, U. u Mankowski, P., <HT TYPE="ITALIC">Brussels I bis Regulation</HT>, Otto Schmidt, Köln, 2016, p. 253, punt 208.</P></NOTE>. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq verifiki f’dan ir-rigward, filwaqt li tosserva l-prinċipju li jirriżulta minn din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għall-kompletezza, nixtieq inżid li, fil-fehma tiegħi, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex f’idejha l-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tagħmel kjarifiki addizzjonali dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju fiċ-ċirkustanzi tal-każ. Fil-fatt, waħda mill-partijiet fil-kawża prinċipali ssostni li l-kuntratt ta’ komproprjetà huwa tas-sena 1978. Għaldaqstant huwa improbabbli li l-liġi applikabbli għall-obbligu kuntrattwali kkontestat tkun indikata b’regoli ta’ kunflitt li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tinterpreta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti r-risposta li ġejja għad-domandi preliminari magħmula mill-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija):</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni ta’ komproprjetarju intiża għall-waqfien tal-użu turistiku ta’ appartament minn komproprjetarju ieħor, għar-raġuni li dan l-użu ma jikkorrispondix ma’ dak miftiehem fil-kuntratt ta’ komproprjetà, ma taqax taħt din id-dispożizzjoni ħlief jekk dan l-użu jista’ jiġi invokat ukoll fir-rigward ta’ kull persuna li ma hijiex parti fil-kuntratt. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tagħmel l-aħħar verifiki f’dan ir-rigward.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="18"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1)(a) ta’ dan ir-regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn l-użu miftiehem fil-kuntratt ta’ komproprjetà ma jistax jiġi invokat fir-rigward ta’ kulħadd, tali azzjoni taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>kwistjonijiet relatati ma’ kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi l-obbligu kuntrattwali kkontestat jikkonsisti f’obbligu li ma ssirx xi ħaġa u, b’mod iktar preċiż, li ma tinbidilx, b’mod mhux konformi mal-kuntratt ta’ komproprjetà, id-destinazzjoni ta’ beni fil-post fejn dan jinsab. Sabiex jiġi vverifikat jekk il-post ta’ eżekuzzjoni ta’ dan l-obbligu jikkorrispondix mal-post fejn jinsab l-appartament suġġett għas-sistema ta’ komproprjetà, hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina dan il-post ta’ eżekuzzjoni konformement mal-liġi li tirregola dan l-obbligu, skont ir-regoli ta’ kunflitt tal-qorti adita.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>