<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-211/20 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CC0211</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:280">EU:C:2022:280</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Pitruzzella – Kawża C‑211/20 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il‑Kummissjoni vs Valencia Club de Fútbol u Spanja</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Pitruzzella</HT></P><P>ippreżentati fis‑<DATE ISO="20220407">7 ta’ April 2022</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑211/20 P</HT></P><P>Il‑Kummissjoni Ewropea</P><P>vs</P><P>Valencia Club de Fútbol, S.A.D.</P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mogħtija lil ċerti klabbs tal-futbol professjonali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 107(1) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ vantaġġ</KEYWORD><KEYWORD>Garanziji mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Komunikazzjoni dwar il-garanziji</KEYWORD><KEYWORD>Prezz tal-garanzija orjentat lejn is-suq</KEYWORD><KEYWORD>Oneru tal-prova</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ diliġenza tal-Kummissjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din il-kawża tirrigwarda appell ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropea li permezz tiegħu din l-istituzzjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200312">12 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Valencia Club de Fútbol vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑732/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:98">EU:T:2020:98</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>; iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) li biha l-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat, fuq rikors ippreżentat minn Valencia Club de Fútbol, S.A.D. (iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Valencia CF<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/365 tal‑<DATE ISO="20160704">4 ta’ Lulju 2016</DATE> dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36387 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2013/CP) implimentata minn Spanja għal Valencia Club de Fútbol, S.A.D., Hércules Club de Fútbol, S.A.D. u Elche Club de Fútbol, S.A.D.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="055" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 55, p. 12</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dan l-appell ser iwassal lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex teżamina l-metodoloġija stabbilita fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli [107] u [108 TFUE] għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P><REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="155" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, C 155, p. 10</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Komunikazzjoni dwar il-garanziji<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), sabiex tevalwa l-eżistenza ta’ għajnuna fil-preżenza ta’ garanzija pubblika <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT>, metodoloġija li, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ssostni li nkisret mill-Kummissjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja ser ikollha wkoll l-opportunità li tkompli tiċċara l-portata tal-ġurisprudenza tagħha dwar l-oneru tal-prova u l-obbligu ta’ diliġenza tal-Kummissjoni sabiex tiddetermina l-eżistenza ta’ vantaġġ, b’mod partikolari fil-kuntest tal-għoti ta’ garanzija <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> mill-Istat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Minbarra l-Artikolu 107 TFUE, huma rilevanti f’din il-kawża l-punti 2.1, 2.2, 3.1, 3.2, 4.1 u 4.2 tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il‑fatti li wasslu għall‑kawża u d‑deċiżjoni kontenzjuża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża jinsabu fil-punti 1 sa 10 tas-sentenza appellata, li għalihom nirreferi għal iktar dettalji. Għall-finijiet ta’ din il-proċedura nfakkar biss dan li ġej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Valencia CF hija klabb tal-futbol professjonali li għandha s-sede f’Valencia, Spanja. Il-Fundacion Valencia hija organizzazzjoni mingħajr skop ta’ lukru li l-għan ewlieni tagħha huwa li tippreżerva, ixxerred u tippromwovi l-aspetti sportivi, kulturali u soċjali ta’ Valencia CF u r-rabta tagħha mal-partitarji tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20091105">5 ta’ Novembru 2009</DATE>, l-Instituto Valenciano de Finanzas (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>IVF<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), l-istabbiliment finanzjarju tal-Generalitat Valenciana (il-Komunità Awtonoma ta’ Valencia, Spanja), ipprovda lill-Fundación Valencia garanzija għal self bankarju ta’ EUR 75 miljun mogħti minn Bancaja (li saret Bankia), li permezz tiegħu hija akkwistat, fil-kuntest ta’ żieda fil-kapital, 70.6 % tal-azzjonijiet ta’ Valencia CF (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Miżura 1<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ara l-premessi 6 sa 8 tad-deċiżjoni kontenzjuża u l-punt 9 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-garanzija kienet tkopri 100 % tas-somma kapitali ewlenija tas-self, flimkien mal-interessi u l-ispejjeż tat-tranżazzjoni ggarantita. Bħala korrispettiv, il-Fundación Valencia kellha tħallas lill-IVF kummissjoni annwali ta’ garanzija ta’ 0.5 %. L-IVF irċieva bi pleġġ tat-tieni grad, bħala kontrogaranzija, l-azzjonijiet ta’ Valencia CF akkwistati mill-Fundación Valencia. It-tul tas-self sottostanti kien ta’ sitt snin. Ir-rata ta’ interessi tas-self sottostanti kienet ekwivalenti għal 6 % għall-ewwel sena, imbagħad l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Euro Interbank Offered Rate<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> (Euribor) fis-sena, miżjuda b’marġni ta’ 3.5 %, b’rata minima ta’ 6 %. Barra minn hekk, kienet tapplika wkoll kummissjoni tal-ftuħ ta’ 1 %. L-iskeda tal-pagamenti kienet tipprevedi rimbors tal-interessi mix-xahar ta’ Awwissu 2010 u rimbors tas-somma kapitali ewlenija f’żewġ partijiet ta’ EUR 37.5 miljun, rispettivament fis‑<DATE ISO="20140826">26 ta’ Awwissu 2014</DATE> u fis‑<DATE ISO="20150826">26 ta’ Awwissu 2015</DATE>. Kien previst li r-rimbors tas-self iggarantit (somma kapitali ewlenija u interessi) kellu jkun iffinanzjat mill-bejgħ tal-azzjonijiet ta’ Valencia CF akkwistati mill-Fundación Valencia.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20101110">10 ta’ Novembru 2010</DATE>, l-IVF żied il-garanzija tiegħu favur il-Fundación Valencia b’EUR 6 miljun (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Miżura 4<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara, fid-dettall, il-premessi 12 u 13 tad-deċiżjoni kontenzjuża u l-punti 5 sa 9 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Ladarba ġiet informata bl-eżistenza ta’ tali garanziji, il-Kummissjoni fetħet, b’deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P><REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="069" PAGE.FIRST="99" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, C 69, p. 99</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, investigazzjoni sabiex tivverifika l-kompatibbiltà ta’ dawn il-garanziji mad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat. Matul il-kors tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni u osservazzjonijiet, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, mir-Renju ta’ Spanja, mill-IVF, minn Valencia CF u mill-Fundaciόn Valencia.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni kkonkludiet, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, li l-Miżura 1 u l-Miżura 4 kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>F’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet, l-ewwel, li, fiż-żmien meta ngħataw il-Miżuri 1 u 4, Valencia CF kienet tinsab f’sitwazzjoni ta’ diffikultà<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Fis-sens tal-Linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="244" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, C 244, p. 2</REF.DOC.OJ>), ara l-premessi 73 sa 77 tad-deċiżjoni kontenzjuża.</P></NOTE>. Madankollu, hija ma kinitx tinsab f’sitwazzjoni estremament diffiċli fis-sens tal-punti 2.2 u 4.1(a) tal-Komunikazzjoni dwar<?PAGE NO="3"?> il-garanziji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara l-premessa 80 tad-deċiżjoni kontenzjuża.</P></NOTE>. Il-Kummissjoni xorta waħda qieset li, fid-dawl tad-diffikultajiet finanzjarji tal-klabb qabel l-implimentazzjoni tal-miżuri, il-klassifikazzjoni tal-klabb setgħet titqies li taqa’ taħt il-kategorija CCC, skont l-iskala ta’ klassifikazzjoni tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni Standard &amp; Poor’s<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Premessi 81 sa 83 u nota ta’ qiegħ il-paġna 25 tad-deċiżjoni kontenzjuża.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Sussegwentement, fil-premessi minn 85 sa 87 tad-deċiżjoni kontenzjuża, li jinsabu fit-Taqsima 7.1.2 intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>[v]antaġġ selettiv<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, il-Kummissjoni kkunsidrat dan li ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>(85)</NO.P><TXT>Rigward l-element ta’ għajnuna fil-miżuri, li kollha jinvolvu garanziji tal-Istat, il-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni l-Avviż ta’ Garanzija […], it-Taqsimiet 2.2 u 3.2. [Din il-komunikazzjoni t]istabbilixxi li t-twettiq ta’ ċerti kundizzjonijiet jista’ jkun biżżejjed għall-Kummissjoni biex teskludi l-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat, bħall-fatt li l-mutwatarju ma jkunx f’diffikultà finanzjarja u li l-garanzija ma tkoprix aktar minn 80 % tas-self pendenti jew ta’ obbligu finanzjarju ieħor. Madankollu, meta mutwatarju ma jħallasx prezz li jġorr riskju għall-garanzija, dan ikun kiseb vantaġġ. Barra minn hekk, meta l-mutwatarju jkun ditta f’diffikultà finanzjarja, mingħajr garanzija tal-Istat ma jirnexxilux isib istituzzjoni finanzjarja li tkun lesta li ssellfu, ikunu xi jkunu l-kundizzjonijiet.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(86)</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-argument ta’ Spanja li l-kundizzjonijiet tal-Avviż ta’ Garanzija […] huma ssodisfati. Bl-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji għall-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni ssib li:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Valencia CF […] kien[et] f’diffikultà finanzjarja (ara l-premessi 70‑82 hawn fuq) fiż-żmien tal-għoti tal-[M]iżuri 1 […] u 4.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Kif intwera fil-premessi 7‑9 hawn fuq, il-garanziji kienu jkopru aktar minn 100 % tas-self sottostanti.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>Il-primjums annwali ta’ garanzija ta’ 0,5 %‑1 % imposti għall-garanziji inkwistjoni ma jistgħux jitqiesu li jirriflettu r-riskju ta’ inadempjenza għas-self iggarantit, minħabba d-diffikultajiet ta’ Valencia CF […] u b’mod partikolari l-proporzjon ta’ ingranaġġ għoli tagħhom jew il-fatt li kellhom ekwità negattiva fiż-żmien tal-miżuri inkwistjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(87)</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-[M]iżuri 1 […] u 4 ma rrispettawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Avviż ta’ Garanzija […] u għalhekk tasal għall-fehma li l-benefiċjarji ma kinux jiksbu l-miżuri taħt l-istess termini fis-suq u li għalhekk dawn il-miżuri taw vantaġġ indebitu lill-benefiċjarji.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></CONSID></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-premessa 93 tad-deċiżjoni kontenzjuża, li tinsab fit-Taqsima 7.2, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[k]wantifikazzjoni tal-għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, tiddikjara dan li ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>(93)</NO.P><TXT>Skont it-taqsima 4.2 tal-Avviż ta’ Garanzija […], il-Kummissjoni tqis li, għal kull garanzija, l-ammont ta’ għajnuna huwa ugwali għall-element ta’ sussidju tal-garanzija, jiġifieri l-ammont li jirriżulta mid-differenza bejn, minn naħa waħda, ir-rata tal-imgħax tas-self li tkun ġiet applikata fil-fatt bis-saħħa tal-garanzija tal-Istat flimkien mat-tariffa tal-garanzija u, min-naħa l-oħra, ir-rata tal-imgħax li kieku kienet tiġi applikata għal self mingħajr garanzija tal-Istat. Il-Kummissjoni tinnota li minħabba l-għadd limitat ta’ osservazzjonijiet ta’ tranżazzjonijiet simili fis-suq, dan il-parametru referenzjarju mhuwiex se jipprovdi<?PAGE NO="4"?> tqabbil sinifikanti. Għalhekk il-Kummissjoni se tuża r-rata referenzjali rilevanti, li hija ta’ <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> punt bażi fid-dawl tad-diffikultajiet tat-tliet klabbs tal-futbol u l-valur baxx ħafna tat-titoli tas-self, flimkien ma’ 124‑149 punt bażi bħala r-rati bażi ta’ Spanja fiż-żmien tal-miżuri ta’ għajnuna. Tabilħaqq, kull selfa kienet titolizzata b’rahan fuq l-ishma akkwistati fil-klabbs. Madankollu, dawn tal-aħħar kienu f’diffikultà, jiġifieri kienu qed iwettqu operazzjonijiet li jwasslu għal telf, u ma kien hemm l-ebda pjan ta’ vijabbiltà kredibbli fis-seħħ biex juri li dawk l-operazzjonijiet kienu sejrin jispiċċaw jagħmlu l-qligħ għall-azzjonisti tagħhom. Għalhekk it-telf ta’ dawk il-klabbs kien inkluż fil-valur tal-ishma tal-istess klabbs, u għalhekk il-valur ta’ dawk l-ishma bħala titolu ta’ self kien viċin iż-żero. Abbażi tal-kalkoli tal-Kummissjoni, l-ammont tal-għajnuna fil-miżuri li qed jiġu vvalutati huwa ta’ […] fil-każ ta’ Valencia CF (EUR 19,193 miljun taħt il-[M]iżura 1 […]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP></CONSID></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il‑proċedura quddiem il‑Qorti Ġenerali u s‑sentenza appellata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl‑<DATE ISO="20161020">20 ta’ Ottubru 2016</DATE>, Valencia CF ippreżentat rikors għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża, fejn invokat tmien motivi insostenn tar-rikors tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fis-sentenza appellata, fil-punti 116 sa 138, li huma s-suġġett ta’ dan l-appell, il-Qorti Ġenerali laqgħet – esklużivament b’rabta mal-Miżura 1<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Kif jirriżulta mill-punti 50 u 140 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali fil-fatt iddeċidiet li l-ewwel motiv kien inammissibbli sa fejn dan kien jirrigwarda l-Miżura 4.</P></NOTE> – it-tielet parti tal-ewwel motiv li permezz tiegħu Valencia CF kienet sostniet li l-Kummissjoni kienet żbaljata meta qieset li l-Miżura 1 ma kinitx ingħatat bi prezz tas-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali qieset, l-ewwel nett, li mill-Komunikazzjoni dwar il-garanziji jirriżulta li l-ewwel irid jiġi identifikat prezz possibbli tas-suq, jew fil-livell tal-garanzija jew fil-livell tas-self sottostanti, li fir-rigward tiegħu jiġu pparagunati t-termini tat-tranżazzjoni kontenzjuża sabiex jiġi ddeterminat jekk il-piż finanzjarju sostnut mill-persuna li tissellef huwiex inqas minn dak li kien iġarrab kieku kellu jikseb l-istess finanzjament u l-istess garanzija bil-prezz tas-suq. Għal dan il-għan, skont il-Qorti Ġenerali, mill-punti 3.2(d) u 4.2 tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji jirriżulta li l-Kummissjoni għandha, fl-ewwel lok, tivverifika jekk il-prezz imħallas għall-garanzija huwiex tal-inqas għoli daqs il-primjum ta’ garanzija ta’ referenza korrispondenti offrut fis-swieq finanzjarji; fit-tieni lok, fin-nuqqas ta’ tali primjum ta’ garanzija ta’ referenza korrispondenti, l-ispiża finanzjarja totali tas-self iggarantit (inklużi r-rata ta’ interessi tas-self u l-primjum ta’ garanzija), għandha tiġi mqabbla mal-prezz tas-suq ta’ self simili mhux iggarantit; fl-aħħar nett, fit-tielet lok, fl-assenza ta’ prezz tas-suq ta’ self simili mhux iggarantit, għandha tintuża r-rata ta’ referenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Iddefinita f’konformità mal-Komunikazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta’ referenza u ta’ skont (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="014" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, C 14, p. 6</REF.DOC.OJ>). Ara l-punti 121 sa 123 u 133 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Abbażi ta’ din il-premessa, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, b’riferiment għall-premessi 85 u 86(c) tad-deċiżjoni kontenzjuża, li l-Kummissjoni ma kinitx indikat, fl-argumenti relatati mal-karatterizzazzjoni ta’ vantaġġ, liema kien il-prezz tas-suq li fir-rigward tiegħu hija kienet evalwat il-primjum inkwistjoni u ma kinitx eżaminat il-pleġġ mogħti lill-IVF bħala kontrogaranzija. Il-Qorti Ġenerali qieset li l-Kummissjoni sempliċement ipproċediet għall-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tar-rikorrenti sabiex tikkonkludi, fid-dawl tal-ammont tal-primjum ta’ garanzija mħallas lill-IVF, li dan ma kienx konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq. Il-Qorti Ġenerali mbagħad innotat li, fit-tweġiba tagħha għall-miżuri<?PAGE NO="5"?> tal-organizzazzjoni tal-proċedura, il-Kummissjoni kkonfermat li kienet ikkunsidrat li, fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja tar-rikorrenti, li kienet impriża f’diffikultà, ma kienx hemm prezz tas-suq li seta’ jservi bħala riferiment għall-primjum ta’ garanzija. Għalhekk il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li, sabiex tistabbilixxi jekk il-primjum imħallas lill-IVF kienx jinkludi vantaġġ, il-Kummissjoni, minn naħa, kienet naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi rilevanti kollha tal-garanzija u tas-self sottostanti, b’mod partikolari l-eżistenza ta’ garanziji mogħtija mill-persuna li tissellef u, min-naħa l-oħra, kienet naqset milli tfittex prezz tas-suq li miegħu tqabbel il-primjum inkwistjoni billi kkunsidrat li, għal impriża f’diffikultà, tali prezz ma kienx jeżisti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza appellata, punti 124 u 125.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fil-punti 130 sa 133 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali mbagħad osservat li, fil-premessa 93 tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni kienet wettqet analiżi iktar dettaljata fil-kuntest tal-kwantifikazzjoni tal-għajnuna. Madankollu, b’riferiment għat-tweġiba tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura u għal tweġiba għal mistoqsija magħmula waqt is-seduta li fiha l-Kummissjoni kienet irreferiet għall-kontenut tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura, il-Qorti Ġenerali qieset, fl-ewwel lok, li l-Kummissjoni ma kinitx aċċertat jekk kienx jeżisti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>primjum ta’ garanzija ta’ referenza korrispondenti offrut fis-swieq finanzjarji<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>. Skont il-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni kienet, għall-kuntrarju, ippreżumiet li ebda stabbiliment finanzjarju ma kien ser jidħol garanti għal impriża f’diffikultà, filwaqt li l-Komunikazzjoni dwar il-garanziji ma tipprevedix preżunzjoni ġenerali li, fil-preżenza ta’ impriża f’diffikultà, ma jistax ikun hemm prezz tas-suq. Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-Kummissjoni kienet qieset li kienet issodisfat l-obbligi investigattivi tagħha relatati mal-eżistenza ta’ prezz tas-suq ta’ self simili mhux iggarantit, filwaqt li sempliċement esprimiet id-dubji tagħha f’dan ir-rigward fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali għalhekk ikkritikat lill-Kummissjoni, fl-ewwel lok, talli kisret il-Komunikazzjoni dwar il-garanziji billi ppreżumiet li ebda stabbiliment finanzjarju ma kien ser jidħol garanti għal impriża f’diffikultà u, għalhekk, li ma seta’ jinstab l-ebda primjum ta’ garanzija ta’ referenza korrispondenti offrut fis-swieq finanzjarji. Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali qieset li l-Kummissjoni kienet naqset milli twettaq l-obbligu tagħha li twettaq evalwazzjoni globali li tqis l-elementi rilevanti kollha tal-każ inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara l-punt 134 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fil-punti 135 sa 137 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkritikat ukoll lill-Kummissjoni talli ma ssostanzjatx kif meħtieġ mil-liġi l-konstatazzjoni li ma kienx jeżisti prezz tas-suq għal self simili mhux iggarantit. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura, kienet illimitat ruħha timmanifesta d-dubji tagħha dwar l-eżistenza ta’ tranżazzjonijiet simili, mingħajr ma talbet, kif kellha s-setgħa li tagħmel, lill-Istat Membru kkonċernat jew lil sorsi oħra informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ self simili għas-self sottostanti għat-tranżazzjoni kontenzjuża. Barra minn hekk, skont il-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni ma kienet invokat ebda element ieħor miksub matul il-proċedura amministrattiva li jsostni l-konstatazzjonijiet tagħha dwar l-insuffiċjenza ta’ tranżazzjonijiet paragunabbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara l-punti 135 sa 138 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Qorti Ġenerali laqgħet l-ewwel motiv imqajjem minn Valencia CF u annullat id-deċiżjoni kontenzjuża sa fejn din kienet tirrigwarda l-Miżura 1.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It‑talbiet tal‑partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata, sa fejn il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni kontenzjuża fir-rigward tal-Miżura 1; tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali; u tirriżerva d-deċiżjoni fuq l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Valencia CF titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja, prinċipalment, tiddikjara l-appell ippreżentat mill-Kummissjoni inammissibbli; u sussidjarjament, tiċħad dan l-appell fl-intier tiegħu u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-appell tal-Kummissjoni u tikkundanna lil din tal-aħħar għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi tal‑appell</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Sommarju fil‑qosor tal‑argumenti tal‑partijiet</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, il-Kummissjoni tqajjem aggravju uniku li bih issostni li, fil-punti 124 sa 138 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni billi interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 107(1) TFUE, b’mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżit li tintwera l-eżistenza ta’ vantaġġ. L-aggravju uniku tal-Kummissjoni huwa maqsum fi tliet partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fl-ewwel parti, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat id-deċiżjoni kontenzjuża u l-Komunikazzjoni dwar il-garanziji. Il-Kummissjoni tosserva li, fid-dawl tan-natura speċifika tat-tranżazzjoni ggarantita, hija ma sabet l-ebda tranżazzjoni fis-suq simili għall-garanzija inkwistjoni, u lanqas self mhux iggarantit simili għas-self li huwa s-suġġett ta’ tali garanzija. Madankollu, għall-kuntrarju ta’ dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni qatt ma kkunsidrat li ma kien jeżisti ebda prezz tas-suq għall-primjum ta’ garanzija korrispondenti u li għalhekk l-ebda operatur tas-suq ma kien ser jidħol garanti għal Valencia CF. Għall-kuntrarju, mill-premessa 93(a) tad-deċiżjoni kontenzjuża jirriżulta li l-Kummissjoni kkalkolat liema kienet ir-rata ta’ interessi tas-suq applikabbli għall-garanzija inkwistjoni. F’dan ir-rigward, mill-Komunikazzjoni dwar il-garanziji jirriżulta li f’ċerti ċirkustanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra li ma jeżisti l-ebda prezz tas-suq għal garanzija partikolari, iżda dan ma kienx il-każ fid-deċiżjoni kontenzjuża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Il-Kummissjoni tirreferi għall-punt 4.1(a) tal-Komunikazzjoni u tagħti, bħala eżempju, id-deċiżjoni li kienet is-suġġett tas-sentenza reċenti tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Larko vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑244/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:238">EU:C:2020:238</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0119">119</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>L-evalwazzjonijiet mogħtija fil-punti 124 sa 130 tas-sentenza appellata għalhekk huma bbażati fuq interpretazzjoni żbaljata tad-deċiżjoni kontenzjuża. B’mod partikolari, fil-punt 124 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali wettqet qari parzjali u selettiv tad-deċiżjoni kontenzjuża. Hija kkunsidrat b’mod iżolat l-aħħar sentenza tal-premessa 85, li, għalkemm impreċiża, ma tifformax il-bażi tad-deċiżjoni kontenzjuża. Minflok, din hija bbażata fuq l-insuffiċjenza tal-prezz imħallas għall-garanzija u mhux fuq l-impossibbiltà li jinkisbu garanzija jew self fis-suq. Il-Kummissjoni ma tikkontestax li prezz tas-suq jista’ jkun jeżisti wkoll meta tingħata garanzija lil impriża f’diffikultà. Il-punti 127 sa 129 tas-sentenza appellata għalhekk huma irrilevanti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, is-sentenza appellata hija bbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji, li tagħha l-Qorti Ġenerali sempliċement tat sommarju ta’ ftit frammenti qosra, mingħajr ma segwiet il-loġika tagħha. Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali tqis b’mod żbaljat li l-użu tar-rati ta’ referenza huwa paragunabbli ma’ preżunzjoni, meta fil-fatt l-użu ta’ dawn ir-rati kien parti integrali ta’ eżerċizzju empiriku intiż li jistabbilixxi indikatur tal-prezz tas-suq tal-garanzija. Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali tinterpreta b’mod żbaljat il-Komunikazzjoni dwar il-garanziji bħala li kienet tipprevedi ġerarkija stretta bejn il-metodi tas-suq u l-metodi ta’ referenza sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza tal-għajnuna u għall-kwantifikazzjoni tagħha. Madankollu, il-metodi kollha previsti fiha huma intiżi li jiddeterminaw il-prezz tas-suq tal-garanzija u huma bbażati fuq data tas-suq. Fit-tielet lok, l-użu tar-rata ta’ referenza ma jippreżumix nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li titwettaq evalwazzjoni globali li tqis l-elementi rilevanti kollha fil-każ inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fit-tieni parti tal-aggravju uniku tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fir-rigward tal-oneru tal-prova dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ li jirriżulta minn garanzija <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> u tal-obbligu ta’ diliġenza tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali imponiet fuq il-Kummissjoni oneru tal-prova eċċessiv sabiex turi li garanzija pubblika ma ngħatatx f’kundizzjonijiet tas-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tenfasizza li, f’dan il-każ, fl-ewwel lok hija esprimiet dubji fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura dwar l-eżistenza ta’ garanziji simili fis-suq finanzjarju u indikat li kien jidher li l-operaturi tas-suq ma kinux lesti jassumu r-riskju ta’ insolvenza tal-benefiċjarji. Fit-tieni lok, il-Kummissjoni barra minn hekk stiednet lill-Istat Membru u lill-partijiet interessati jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar dan, u talbet lir-Renju ta’ Spanja jipprovdilha l-informazzjoni kollha rilevanti għall-evalwazzjoni tal-għajnuna. Fit-tielet lok, skont il-Kummissjoni, fl-osservazzjonijiet tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, il-Fundación Valencia kienet esprimiet dubji dwar l-eżistenza ta’ garanziji simili fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, hija tkun taqdi l-oneru tal-prova tagħha li turi l-eżistenza ta’ vantaġġ, fis-sens tal-ġurisprudenza, meta, bħal f’dan il-każ, hija tippreżenta fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura raġunament ibbażat fuq id-diffikultajiet tal-impriża li tibbenefika mill-garanzija u fuq il-karatteristiċi ta’ din il-garanzija, li minnu tiddeduċi l-klassifikazzjoni tal-impriża, u meta, wara li tkun stiednet lill-Istat Membru u lill-partijiet interessati jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom f’dawn ir-rigward filwaqt li titlobhom jipprovdu l-informazzjoni kollha rilevanti għall-evalwazzjoni tal-għajnuna, xejn fil-fajl ma jkun jissuġġerixxi li hemm tranżazzjonijiet simili fis-suq (u l-partijiet interessati jikkonfermaw dan ukoll). F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-dmir ta’ diliġenza ma jeħtieġx li l-Kummissjoni għandha tfittex elementi li l-eżistenza tagħhom hija improbabbli jew sempliċement ipotetika. Ma hemm l-ebda raġuni loġika sabiex il-Kummissjoni, f’ċirkustanzi bħal dawn, tkun obbligata wkoll li tagħmel użu mis-setgħat tagħha fil-konfront tal-Istat Membru, ta’ terzi interessati jew saħansitra ta’ sorsi oħra. L-istedina fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura tkun biżżejjed sabiex l-Istat Membru u/jew il-partijiet interessati jikkomunikawlha tranżazzjonijiet simili, jekk ikunu jeżistu. Bħala prinċipju, huwa l-Istat Membru li jsostni li jkun aġixxa bħala operatur privat razzjonali li jopera f’ekonomija tas-suq li għandu jkun eżamina jekk jeżistux tranżazzjonijiet simili fis-suq. L-awtoritajiet pubbliċi u l-benefiċjarju tal-miżura jkunu f’pożizzjoni aħjar mill-Kummissjoni sabiex jaċċertaw l-eżistenza ta’ tranżazzjonijiet simili. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tistax tintalab tipproduċi provi negattivi. Il-ġurisprudenza kemm tal-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll tal-Qorti Ġenerali tikkonferma dan l-approċċ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>B’mod iktar ġenerali, fir-rigward tal-prova tal-eżistenza tal-għajnuna, il-Kummissjoni tqis li hija tkun obbligata tuża s-setgħat speċifiċi tagħha ta’ investigazzjoni biss meta ma jkollhiex elementi suffiċjenti sabiex turi l-eżistenza tal-għajnuna, meta tkun taf bl-eżistenza ta’ element importanti li ma jkunx fil-pussess tagħha u li jista’ jaffettwa l-evalwazzjoni tagħha dwar l-eżistenza tal-għajnuna, jew meta jkun raġonevoli li jiġi preżunt li l-informazzjoni fil-pussess tagħha ma hijiex kompluta. Ebda waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet ma teżisti f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fit-tielet parti tal-aggravju uniku tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti meta, fil-punt 137 tas-sentenza appellata, hija ddikjarat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>[l]-Kummissjoni ma tinvoka ebda element ieħor miksub matul il-proċedura amministrattiva li jsostni l-konstatazzjonijiet tagħha dwar l-insuffiċjenza ta’ tranżazzjonijiet paragunabbli<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Fil-fatt, waqt is-seduta quddiem il-Qorti Ġenerali, din irreferiet għad-dubji espressi mill-Fundación Valencia dwar l-eżistenza ta’ garanziji simili fis-suq, imsemmija fil-punt 30, element li fuqu hija bbażat ukoll id-deċiżjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Valencia CF tqajjem, b’mod preliminari, eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà li fiha ssostni li l-appell għandu jiġi ddikjarat inammissibbli. Fuq il-mertu, Valencia CF u r-Renju ta’ Spanja jikkontestaw l-argumenti tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Analiżi ġuridika</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tal-appell</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>B’mod preliminari, għandha tiġi analizzata l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma minn Valencia CF kontra l-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Valencia CF issostni, fl-ewwel lok, li l-Kummissjoni ma tidentifikax bil-preċiżjoni neċessarja l-punti tal-motivazzjoni tas-sentenza appellata li qiegħda tikkontesta. Fit-tieni lok, Valencia CF issostni li, peress li l-Komunikazzjoni dwar il-garanziji ma tikkostitwixxix strument tad-dritt pożittiv tal-Unjoni, il-ksur eventwali tagħha ma jistax jiġi kklassifikat bħala kwistjoni ta’ liġi li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tanalizza fil-kuntest ta’ appell. Fit-tielet lok, skont Valencia CF, il-Kummissjoni sempliċement tenniet motivi u argumenti li diġà kienu tressqu quddiem il-Qorti Ġenerali bil-għan li tikseb evalwazzjoni ġdida tal-fatti, fatt li huwa inammissibbli fl-istadju tal-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Inqis li l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma minn Valencia CF għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fl-appell tagħha, il-Kummissjoni tindika b’mod ċar il-punti u s-siltiet tas-sentenza appellata li jikkostitwixxu s-suġġett tal-ilmenti tagħha. Barra minn hekk, kif jidher mill-punti 25 sa 33 iktar ’il fuq, l-allegati żbalji ta’ liġi invokati mill-Kummissjoni fil-konfront tal-Qorti Ġenerali joħorġu b’mod ċar mill-argumenti tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Kummissjoni tikkontesta, l-ewwel nett, l-interpretazzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża mwettqa mill-Qorti Ġenerali. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li aggravji diretti kontra l-interpretazzjoni mwettqa mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni huma ammissibbli fil-kuntest ta’ appell<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Larko vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑244/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:238">EU:C:2020:238</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0102">102</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Il-Kummissjoni tikkontesta, ukoll, l-interpretazzjoni mwettqa<?PAGE NO="9"?> mill-Qorti Ġenerali tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita, fil-qasam speċifiku tal-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni hija marbuta bil-linji gwida u bil-komunikazzjonijiet li hija toħroġ, sa fejn dawn ma jidderogawx minn regoli tat-Trattat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101202">2 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Holland Malt vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑464/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:733">EU:C:2010:733</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Minn dan isegwi li, peress li l-Qorti Ġenerali kkritikat lill-Kummissjoni talli kisret il-Komunikazzjoni dwar il-garanziji, aggravju li jikkontesta l-interpretazzjoni ta’ din il-komunikazzjoni għandu jitqies bħala ammissibbli. Bl-istess mod, l-allegat ksur tar-regoli applikabbli fil-qasam tal-provi jikkostitwixxi kwistjoni ta’ liġi ammissibbli fl-istadju tal-appell<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Bertelsmann u Sony Corporation of America vs Impala</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑413/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:392">EU:C:2008:392</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni Valencia CF, l-appell tal-Kummissjoni la huwa intiż li jtenni motivi u argumenti diġà mressqa fl-ewwel istanza u lanqas li jikkontesta l-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi mwettqa mill-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑mertu: fuq l-aggravju uniku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fuq il-mertu, nikkunsidra li, sabiex tingħata tweġiba għall-argumenti mressqa mill-Kummissjoni fl-appell tagħha, huwa meħtieġ, b’mod preliminari, li jsiru xi rimarki dwar il-Komunikazzjoni dwar il-garanziji (Taqsima (A)), kif ukoll li jitfakkru l-prinċipji żviluppati fil-ġurisprudenza dwar l-oneru tal-prova u l-obbligu ta’ diliġenza tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ taħt l-Artikolu 107(1) TFUE (Taqsima (B)). Abbażi ta’ dawn, sussegwentement nanalizza l-aggravju uniku tal-Kummissjoni (Taqsima (C)).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑Komunikazzjoni dwar il‑garanziji</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Mill-punt 1.1 tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji jirriżulta li din tagħti indikazzjonijiet dwar il-prinċipji u l-metodoloġija li fuqhom il-Kummissjoni tibbaża ruħha sabiex tapplika d-dispożizzjonijiet tat-Trattati dwar l-għajnuna mill-Istat għall-garanziji mill-Istat. F’konformità mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 39 iktar ’il fuq dan jorbot lill-Kummissjoni, iżda mhux lill-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara, f’dan ir-rigward, inter alia, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, L‑<NAME.CASE>Italja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑310/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:143">EU:C:2002:143</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-punti 2.1 u 2.2 tal-imsemmija komunikazzjoni, il-benefiċċju ta’ garanzija mill-Istat huwa li r-riskju relatat mal-insolvenza tas-self iggarantit jassumih l-Istat. It-teħid ta’ dan ir-riskju mill-Istat għandu normalment jiġi rremunerat b’korripsettiv xieraq, jiġifieri il-primjum. Hemm vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE fil-każ ta’ rinunzja, totali jew parzjali, għall-primjum stess, li tinvolvi telf ta’ riżorsi għall-Istat u fl-istess ħin benefiċċju għall-impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>F’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara, f’dan ir-rigward, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑559/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:217">EU:C:2014:217</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0096">96</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, mill-Komunikazzjoni dwar il-garanziji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara, b’mod speċifiku, il-punt 3.1. tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji.</P></NOTE> jirriżulta li l-evalwazzjoni sabiex tiġi ddeterminta l-eżistenza ta’ vantaġġ u, għalhekk, ta’ għajnuna hija bbażata fuq il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>prinċipju ta’ l-investitur f’ekonomija tas-suq<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. L-għan ta’ din l-evalwazzjoni huwa li tivverifika jekk il-garanzija tkunx ingħatat b’kundizzjonijiet li jkunu aċċettabbli għal operatur privat li jopera f’ċirkustanzi normali ta’ ekonomija tas-suq.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, il-Komunikazzjoni dwar il-garanziji tipprevedi analiżi li għandha l-għan li tiddetermina, l-ewwel nett, jekk investitur privat prudenti kienx jagħti jew le lill-benefiċjarju garanzija simili taħt l-istess kundizzjonijiet u bl-istess prezz tal-garanzija inkwistjoni. Jekk dan ma jkunx il-każ, ikun hemm vantaġġ u għalhekk għajnuna, li fit-tieni stadju, trid tiġi kkwantifikata billi jiġi ddeterminat b’liema prezz, fiċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ, l-investitur privat prudenti kien, eventwalment, jagħti garanzija simili. L-ammont tal-għajnuna, b’mod ġenerali, ikun ugwali għad-differenza bejn il-prezz imħallas realment għall-garanzija u l-prezz li investitur privat prudenti kien jitlob għall-għoti ta’ tali garanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>L-istruttura tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji ssegwi dan il-proċess ta’ żewġ stadji. Fil-fatt, l-ewwel nett, fil-punt 3, din tindika xi kundizzjonijiet kumulattivi li l-eżistenza tagħhom <HT TYPE="ITALIC">teskludi</HT> l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat. F’dak li jirrigwarda speċifikament il-garanziji <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT>, bħal dik inkwistjoni f’din il-proċedura, il-punt 3.2 tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji jistabbilixxi li jkun biżżejjed li jiġu ssodisfatti ċerti kundizzjonijiet indikati fih sabiex tiġi eskluża l-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat. Dawn il-kundizzjonijiet huma: li min jissellef ma jkunx jinsab f’diffikultà finanzjarja (ittra (a)); li l-limitu tal-garanzija jkun jista’ jitkejjel korrettament meta din tingħata (l-ittra (b)); li l-garanzija ma tkunx tkopri iktar minn 80 % tas-self (l-ittra (c)); u li jitħallas għall-garanzija prezz orjentat għas-suq (l-ittra (d)).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Il-Komunikazzjoni dwar il-garanziji ma tispeċifikax b’mod espliċitu l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn il-kundizzjonijiet. Madankollu, għandu jitqies li jekk waħda jew iktar minn dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux osservati, dan ma jkunx ifisser awtomatikament u neċessarjament li jkun hemm għajnuna mill-Istat. In-nuqqas ta’ osservanza ta’ waħda jew iktar minn dawn il-kundizzjonijiet jindika li tkun teżisti indikazzjoni tal-eżistenza ta’ għajnuna, fatt li jimplika l-ħtieġa għal analiżi iktar ddettaljata. F’dan il-kuntest, il-kundizzjoni indikata fil-punt 3.2(d), – jiġifieri li jitħallas prezz orjentat lejn is-suq għall-garanzija – hija partikolarment rilevanti. Jekk din ma tiġix osservata, jiġifieri jekk il-garanzija mill-Istat inkwistjoni tingħata bi prezz inqas mill-prezz tas-suq, ma jkun hemm l-ebda dubju li l-miżura inkwistjoni tista’ tagħti vantaġġ lill-benefiċjarju u għalhekk tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Il-punt 3.2(d) tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji jindika fid-dettall il-kriterji li għandhom jintużaw sabiex jiġi ddeterminat jekk il-garanzija inkwistjoni ngħatatx bi prezz orjentat lejn is-suq jew le.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Dan il-punt jispeċifika, fl-ewwel u t-tieni paragrafu tiegħu, li għal dan il-għan huwa meħtieġ, l-ewwel nett, li tiġi vverifikata l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>limitu ta’ premium ta’ garanzija korrispondenti li jkun hemm fis-swieq finanzjarji<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. Jekk ma jkunx jista’ jinstab tali limitu, allura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>l-ispiża finanzjarja totali tas-self garantit, inkluż ir-rata ta’ imgħax tas-self u tal-premium tal-garanzija, għandha tiġi mqabbla mal-prezz tas-suq ta’ self simili li m’huwiex garantit<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Sussegwentement dan il-punt jispeċifika, fit-tielet paragrafu tiegħu, li, fiż-żewġ każijiet, sabiex jiġi ddeterminat il-prezz tas-suq korrispondenti, huwa meħtieġ li titwettaq analiżi tal-karatteristiċi essenzjali tal-garanzija u tas-self sottostanti, li, b’mod partikolari, għandha tippermetti li min jissellef jiġi kklassifikat permezz ta’ klassifikazzjoni tar-riskju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Jekk, fid-dawl tal-analiżi mwettqa fir-rigward tal-parametri indikati hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-garanzija mogħtija tagħti vantaġġ, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, lill-benefiċjarju, ikun meħtieġ li, fit-tieni stadju, jiġi kkwantifikat l-ammont tal-għajnuna. Il-punt 4 tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji jagħti indikazzjonijiet dwar il-kriterji li għandhom jintużaw għal din il-kwantifikazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Kif diġà semmejt, dan jistabbilixxi li b’mod ġenerali l-ammont ta’ għajnuna jkun ugwali għad-differenza bejn il-prezz imħallas realment għall-garanzija u l-prezz li investitur privat prudenti kien jitlob għall-għoti ta’ tali garanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>F’xi każijiet, madankollu, ikun possibbli li, jekk l-impriża tkun tinsab f’sitwazzjoni estremament diffiċli u għalhekk il-probabbiltà li min jissellef ma jħallasx lura s-self tkun partikolarment għolja, l-ebda investitur privat prudenti ma jagħti l-garanzija. F’dan il-każ, previst fil-punti 2.2 u 4.1(a) tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji, ma jkunx jeżisti prezz tas-suq tal-garanzija, peress li l-ebda investitur ma jkun lest li jagħtiha. F’każ bħal dan, li skont il-punt 4.1(a) tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji jseħħ biss f’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ċirkostanzi eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, l-ammont tal-għajnuna għalhekk ikun ugwali għall-ammont tal-garanzija stess. Dan huwa spjegat mill-fatt li, minn naħa, peress li ma jkunx jeżisti l-ebda prezz tas-suq għall-għoti ta’ tali garanzija, l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat bħala d-differenza bejn il-prezz effettivament imħallas u fattur li ma jeżistix. Min-naħa l-oħra, peress li r-riskju ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jkun partikolarment għoli, ikun probabbli ħafna li l-Istat ikun obbligat iħallas is-somma kollha ggarantita<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Każ bħal dan seħħ fil-kawża li wasslet għas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Larko vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-244/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:238">EU:C:2020:238</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, ara l-punti 92 sa 119). F’dan ir-rigward, ara wkoll is-sentenza relatata tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180201">1 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Larko vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑423/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:57">EU:T:2018:57</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0180">180</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0194">194</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Lil hinn minn din l-ipoteżi speċifika, sabiex tiġi kkwantifikata l-għajnuna ikun meħtieġ li jiġi identifikat prezz tas-suq għall-għoti tal-garanzija li miegħu jitqabbel il-prezz effettivament imħallas għall-garanzija inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-punt 4.2 tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji jindika li jekk is-suq ma jkunx jipprovdi garanziji għat-tip ta’ tranżazzjoni inkwistjoni, ma jkun disponibbli l-ebda prezz tas-suq għall-garanzija. Dan ma għandux jinftiehem fis-sens li s-sitwazzjoni hija kif indikata fil-punt 53 iktar ’il fuq, iżda pjuttost fis-sens li prezz tas-suq ma huwiex disponibbli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>empirikament<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, iżda jista’ jitqies. F’dak il-każ, l-għajnuna għandha tiġi kkwantifikata billi tiġi kkalkolata d-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>differenza bejn ir-rata ta’ imgħax speċifika tas-suq li din il-kumpannija kienet tassumi mingħajr il-garanzija u r-rata ta’ imgħax miksuba permezz ta’ l-għajnuna mill-Istat wara li jitqiesu kwalunkwe premiums imħallsa<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. Fis-sens tal-istess punt tal-imsemmija komunikazzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>[j]ekk m’hemmx rata ta’ imgħax tas-suq u jekk l-Istat Membru jkun jixtieq juża r-rata ta’ referenza minflokha, […] l-kundizzjonijiet stipulati fil-Komunikazzjoni dwar ir-rati ta’ referenza […] huma validi sabiex tiġi kkalkulata l-intensità ta’ l-għajnuna ta’ garanzija individwali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Prinċipji ġurisprudenzjali dwar l‑oneru tal‑prova u d‑dmir ta’ diliġenza tal‑Kummissjoni fir‑rigward tal‑prova tal‑eżistenza ta’ vantaġġ</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, hija l-Kummissjoni li għandha tipproduċi l-prova tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, u, għaldaqstant, ukoll il-prova li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ vantaġġ lill-benefiċjarji huma ssodisfatti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210304">4 ta’ Marzu 2021</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Fútbol Club Barcelona</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑362/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:169">EU:C:2021:169</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta wkoll li, fejn ikun applikabbli l-prinċipju tal-investitur privat, il-Kummissjoni għandha l-oneru li tipprova, b’kont meħud, b’mod partikolari, tal-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru kkonċernat, li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju huma ssodisfatti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201210">10 ta’ Diċembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Comune di Milano vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> Ewropea (<NO.CASE>C‑160/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1012">EU:C:2020:1012</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0110">110</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Larko vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑244/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:238">EU:C:2020:238</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, huwa l-obbligu tal-Kummissjoni li twettaq evalwazzjoni globali, li tieħu inkunsiderazzjoni kwalunkwe element rilevanti fil-każ inkwistjoni li jippermettilha tiddetermina jekk l-impriża benefiċjarja ma kinitx tikseb, manifestament, benefiċċji simili mingħand tali investitur privat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Larko vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑244/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:238">EU:C:2020:238</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Skont il-ġurisprudenza, sabiex jiġi applikat tali kriterju tal-investitur privat huma rilevanti biss l-elementi disponibbli u l-iżviluppi prevedibbli fil-mument tad-deċiżjoni li tiġi adottata l-miżura<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120605">5 ta’ Ġunju 2012</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs EDF</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑124/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:318">EU:C:2012:318</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0105">105</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201210">10 ta’ Diċembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Comune di Milano vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> Ewropea (<NO.CASE>C‑160/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1012">EU:C:2020:1012</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0112">112</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni hija meħtieġa, fl-interess ta’ applikazzjoni tajba tar-regoli fundamentali tat-Trattat FUE dwar l-għajnuna mill-Istat, twettaq il-proċedura ta’ eżami tal-miżuri investigati b’mod diliġenti u imparzjali, sabiex hija jkun jista’ jkollha, fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni finali, l-elementi l-iktar kompleti u affidabbli possibbli għal dan il-għan<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100902">2 ta’ Settembru 2010</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Scott</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑290/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:480">EU:C:2010:480</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Larko vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑244/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:238">EU:C:2020:238</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, meta l-kriterju ta’ operatur privat ikun applikabbli, hija l-Kummissjoni li għandha titlob lill-Istat Membru kkonċernat jipprovdiha bl-informazzjoni kollha rilevanti li tippermettilha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju jkunux issodisfatti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170920">20 ta’ Settembru 2017</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Frucona Košice</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑300/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:706">EU:C:2017:706</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Larko vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑244/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:238">EU:C:2020:238</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201210">10 ta’ Diċembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Comune di Milano vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑160/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1012">EU:C:2020:1012</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120605">5 ta’ Ġunju 2012</DATE>, (Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs EDF</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑124/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:318">EU:C:2012:318</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180306">6 ta’ Marzu 2018</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs FIH Holding u FIH Erhvervsbank</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑579/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:159">EU:C:2018:159</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li l-Kummissjoni mhux neċessarjament ikollha għarfien dirett taċ-ċirkustanzi li fihom tkun ittieħdet deċiżjoni li tiġi adottata miżura partikolari, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju, hija jkollha tibbaża ruħha fil-biċċa l-kbira fuq l-elementi oġġettivi u verifikabbli prodotti mill-Istat Membru inkwistjoni sabiex jintwera li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat huma ssodisfatti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201210">10 ta’ Diċembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Comune di Milano vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑160/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1012">EU:C:2020:1012</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0112">112</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Madankollu, anki meta din l-istituzzjoni jkollha quddiemha Stat Membru li, b’nuqqas tad-dmir ta’ kollaborazzjoni tiegħu, ikun naqas milli jipprovdilha informazzjoni li hija tkun ordnatlu jikkomunika, hija għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha fuq elementi ta’ ċerta affidabbiltà u koerenza li jipprovdu bażi suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li impriża bbenefikat minn vantaġġ li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u li, għaldaqstant, huma ta’ natura li jsostnu l-konklużjonijiet li hija tasal għalihom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara s-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090917">17 ta’ Settembru 2009</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs MTU Friedrichshafen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑520/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:557">EU:C:2009:557</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Larko vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑244/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:238">EU:C:2020:238</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li l-irkupru tal-għajnuna inkwistjoni mingħand il-benefiċjarju tagħha huwa intiż li jelimina d-distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata minn vantaġġ kompetittiv speċifiku u li b’hekk tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni preċedenti għall-ħlas ta’ din l-għajnuna, il-Kummissjoni ma tistax tippreżumi li impriża bbenefikat minn vantaġġ li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat billi tibbaża ruħha sempliċement fuq preżunzjoni negattiva, ibbażata fuq l-assenza ta’ informazzjoni li tippermetti li tintlaħaq il-konklużjoni kuntrarja, fl-assenza ta’ elementi oħra ta’ natura li jistabbilixxu pożittivament l-eżistenza ta’ tali vantaġġ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090917">17 ta’ Settembru 2009</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs MTU Friedrichshafen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑520/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:557">EU:C:2009:557</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Larko vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑244/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:238">EU:C:2020:238</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201210">10 ta’ Diċembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Comune di Milano vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> Ewropea (<NO.CASE>C‑160/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1012">EU:C:2020:1012</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0111">111</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑aggravju uniku tal‑appell</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti li għandu jiġi analizzat l-aggravju uniku tal-Kummissjoni kontra s-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Sabiex tiġi vverifikata l-korrettezza tal-analiżi tal-Qorti Ġenerali fid-dawl tal-ilmenti tal-Kummissjoni, jeħtieġ, fil-fehma tiegħi, li nibda b’eżami tad-deċiżjoni kontenzjuża fid-dawl tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fit-Taqsima 7.1.2 tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni l-ewwel iddeterminat l-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv u mbagħad, fit-Taqsima 7.2, ikkwantifikat l-għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-Taqsima 7.1.2, il-Kummissjoni stabbilixxiet, l-ewwel nett, fil-premessi 73 sa 77, li Valencia CF kienet f’sitwazzjoni ta’ diffikultà, iżda eskludiet, fil-premessa 80, li din kienet f’sitwazzjoni estremament diffiċli. F’dan ir-rigward, fil-punti 51 sa 106 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argumenti mqajma minn Valencia CF intiżi li jikkontestaw l-analiżi tal-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni ta’ diffikultà tal-imsemmija impriża. Din il-parti tas-sentenza appellata ma hijiex ikkontestata u għalhekk ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Sussegwentement, fil-premessi 81 sa 83 tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni ddeduċiet minn din is-sitwazzjoni ta’ diffikultà li kien possibbli li jiġi kkunsidrat li l-klassifikazzjoni ta’ Valencia CF kienet taqa’ fil-kategorija CCC, skont il-metodoloġija standard użata mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni (b’mod partikolari minn Standard &amp; Poor’s). Għalkemm Valencia CF tikkontesta din l-analiżi kemm fit-tielet parti tal-ewwel motiv tar-rikors tagħha fl-ewwel istanza – milqugħa mill-Qorti Ġenerali –, kif ukoll fir-risposta tagħha fil-kuntest ta’ dan l-appell, għandu jiġi nnotat li fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ma kkontestatx din l-analiżi u l-konklużjoni konsegwenti. Għaldaqstant, dawn ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Sussegwentement, fid-deċiżjoni kontenzjuża, fil-premessa 85 – riprodotta fil-punt 12 iktar ’il fuq – il-Kummissjoni tirreferi għall-Komunikazzjoni dwar il-garanziji, filwaqt li tindika li l-analiżi tagħha hija bbażata fuqha u tfakkar xi wħud mill-prinċipji tagħha. Il-Qorti Ġenerali tirreferi għal din il-premessa, u b’mod partikolari għall-aħħar sentenza tagħha, fil-punt 124 tas-sentenza appellata. Kif tammetti l-Kummissjoni stess, din l-aħħar sentenza hija manifestament impreċiża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Din is-sentenza hija, fil-fehma tiegħi, parafrażi impreċiża tas-sentenza li tinsab fil-punt 2.2 tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji, li tirreferi għal sitwazzjonijiet fejn l-impriża tkun tinsab f’sitwazzjoni estremament diffiċli, bħal dawk indikati fil-punt 55 iktar ’il fuq. Kif ikkonstatat il-Kummissjoni stess fil-premessa 80 tad-deċiżjoni kontenzjuża, dan ma huwiex il-każ f’din il-kawża.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>L-analiżi vera u proprja tal-każ, madankollu, tinsab fil-premessi 86 u 87 tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>B’mod iktar preċiż, fil-premessa 86, il-Kummissjoni tikkonstata li l-kriterji indikati fil-punt 3.2 tal-Komunikazzjoni ma humiex issodisfatti. B’mod iktar preċiż il-Kummissjoni tikkonstata: (a) li Valencia CF hija impriża f’diffikultà (ara l-punt 3.2(a) tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji); (b) li l-garanzija tkopri iktar minn 100 % tas-self (ara l-punt 3.2(c) tal-imsemmija Komunikazzjoni); u (c) li primjum ta’ garanzija ta’ 0.5 % ma jirriflettix ir-riskju ta’ insolvenza għas-self iggarantit, u li għalhekk il-prezz tal-garanzija ma jistax jitqies bħala prezz orjentat lejn is-suq (ara l-punt 3.2(d) tal-Komunikazzjoni msemmija iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Abbażi ta’ din l-analiżi, il-Kummissjoni tikkonkludi, fil-premessa 87, li l-miżuri inkwistjoni ma josservawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar il-garanziji u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>għalhekk […] [i]l-benefiċjarji ma kinux jiksbu l-miżuri taħt l-istess termini fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Mill-analiżi preċedenti jirriżulta li huwa b’mod korrett li l-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 125 tas-sentenza appellata, li fl-argumenti relatati mal-karatterizzazzjoni ta’ vantaġġ, jiġifieri fit-Taqsima 7.1.2 tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni ma indikatx il-prezz tas-suq li fir-rigward tiegħu hija kienet evalwat il-primjum inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Huwa biss fil-premessa 93 tad-deċiżjoni kontenzjuża – jiġifieri fit-Taqsima 7.2 dwar il-kwantifikazzjoni tal-għajnuna – li l-Kummissjoni tinnota li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>ir-rata tal-imgħax li kieku kienet tiġi applikata għal self mingħajr garanzija tal-Istat […] mhuwiex se jipprovdi tqabbil sinifikanti<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> u dan <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>minħabba l-għadd limitat ta’ osservazzjonijiet ta’ tranżazzjonijiet simili fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward huwa neċessarju li jitfakkar li, kif innotat fil-punti 48 sa 50 iktar ’il fuq, skont il-Komunikazzjoni dwar il-garanziji, sabiex jiġi ddeterminat jekk tħallasx prezz orjentat lejn is-suq għall-garanzija b’applikazzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>prinċipju ta’ l-investitur f’ekonomija tas-suq<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, jeħtieġ li l-ewwel jiġi vverifikat jekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>[i]l-prezz imħallas għall-garanzija [kienx] mill-anqas għoli daqs il-limitu ta’ premium ta’ garanzija korrispondenti li jkun hemm fis-swieq finanzjarji<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> u, jekk ma jkunx jista’ jinstab tali limitu, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>l-ispiża finanzjarja totali tas-self garantit, inkluż ir-rata ta’ imgħax tas-self u tal-premium tal-garanzija, għandha tiġi mqabbla mal-prezz tas-suq ta’ self simili li m’huwiex garantit<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Fis-sistema tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji, id-determinazzjoni ta’ tali prezzijiet ta’ referenza (jiġifieri l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>limitu ta’ premium ta’ garanzija korrispondenti li jkun hemm fis-swieq finanzjarji<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> u, fl-assenza tiegħu, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>prezz tas-suq ta’ self simili li m’huwiex garantit<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>) tidher, fejn dawn ikunu jistgħu jiġu identifikati, li hija determinanti għall-klassifikazzjoni tal-garanzija inkwistjoni bħala għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-proċess u mill-punti 125 u 131 tas-sentenza appellata jirriżulta li, fil-kuntest ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, il-Qorti Ġenerali b’mod espliċitu għamlet mistoqsijiet lill-Kummissjoni sabiex tivverifika l-bażi tal-konklużjoni msemmija hawn fuq, li tinsab fil-premessa 93 tad-deċiżjoni kontenzjuża, li minnha essenzjalment kien jirriżulta li ma kienx jeżistix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>self simili li ma huwiex iggarantit<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> li jista’ jintuża bħala parametru sabiex jiġi ddeterminat jekk il-prezz imħallas għall-garanzija inkwistjoni kienx orjentat lejn is-suq jew le.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Bi tweġiba għal din il-mistoqsija, il-Kummissjoni ddikjarat li, minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Valencia CF, li kienet impriża f’diffikultà, hija kienet ikkunsidrat li ma kien hemm ebda prezz tas-suq li jista’ jservi ta’ referenza għall-primjum inkwistjoni. Fit-tweġiba tagħha,<?PAGE NO="15"?> il-Kummissjoni sussegwentement ippreċiżat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>fi kliem ieħor, hija ma setgħatx issib tranżazzjonijiet simili bi primjums imħallsa minn stabbilimenti finanzjarji, peress li dawn l-istabbilimenti ma kinux isostnu tranżazzjonijiet daqshekk riskjużi bħal dawk li jikkonsistu fid-dħul bħala garanti għal impriżi li l-evalwazzjoni tagħhom hija ta’ CCC<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. Il-Kummissjoni mbagħad irreferiet għall-punt 3.3 tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji, li minnu jirriżulta li ma teżisti l-ebda rata ta’ referenza tas-suq għas-self mogħti lil impriżi li l-klassifikazzjoni tagħhom hija ta’ CCC. Il-Kummissjoni żiedet ukoll li ma kien hemm xejn fil-fajl amministrattiv li kien jindika l-kuntrarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Minn din it-tweġiba għall-mistoqsija tal-Qorti Ġenerali jirriżulta li l-Kummissjoni essenzjalment iddeduċiet mill-fatt li, wara l-analiżi tagħha stess, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>jist[a’] jitqie[s]<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara l-premessa 83 tad-deċiżjoni kontenzjuża.</P></NOTE> li l-klassifikazzjoni ta’ Valencia CF kienet taqa’ fil-kategorija CCC, li l-ebda stabbiliment finanzjarju ma kien isostni tranżazzjoni daqshekk riskjuża bħal dik tal-għoti ta’ garanzija lil Valencia CF u li, għalhekk, għal din ir-raġuni u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni għall-kuntrarju fil-fajl, kellu jiġi eskluż li jeżisti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>self simili li ma huwiex iggarantit<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> li jista’ jintuża bħala parametru ta’ paragun għall-garanzija inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, nosserva li, minbarra l-fatt li tali argument, li huwa l-bażi tal-konklużjoni li tinsab fil-premessa 93 tad-deċiżjoni kontenzjuża, huwa totalment assenti fit-test tad-deċiżjoni kontenzjuża, dan jidher li huwa bbażat fuq raġunament li jista’ jiġi ddefinit bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>loġikament plawżibbli<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, iżda li fir-realtà ma huwiex ibbażat fuq provi reali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Huwa tabilħaqq plawżibbli, kif ikkunsidrat il-Kummissjoni, li jitqies li l-istabbilimenti finanzjarji ġeneralment ma jidħlux fi tranżazzjonijiet ta’ garanzija ma’ impriżi li għandhom klassifikazzjoni CCC, anki jekk, fil-verità, il-Kummissjoni pprovdiet biss referenza għall-punt 3.3 tal-Komunikazzjoni dwar il-garanziji insostenn ta’ din id-dikjarazzjoni. Madankollu, f’dan il-każ, il-konklużjoni dwar in-nuqqas ta’ eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>self simili li ma huwiex iggarantit<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> li għandha tintuża bħala parametru ta’ paragun sabiex jiġi ddeterminat jekk il-prezz imħallas għall-garanzija inkwistjoni kienx orjentat lejn is-suq jew le hija bbażata, sa ċertu punt, fuq deduzzjoni doppja, jiġifieri, minn naħa, id-deduzzjoni li, minħabba s-sitwazzjoni ta’ diffikultà finanzjarja ta’ Valencia CF, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>jist[a’] jitqie[s]<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> li l-klassifikazzjoni ta’ din l-impriża kienet taqa’ taħt il-kategorija CCC; għalhekk din il-klassifikazzjoni ġiet attribwita lil Valencia CF mill-Kummissjoni stess<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>F’dan ir-rigward, ninnota li Valencia CF u r-Renju ta’ Spanja jsostnu li Bancaja, il-bank li pprovda s-self, kien ta klassifikazzjoni ekwivalenti għal BB.</P></NOTE>; min-naħa l-oħra, id-deduzzjoni li, bħala konsegwenza tal-attribuzzjoni ta’ din il-klassifikazzjoni, l-ebda stabbiliment finanzjarju ma kien ser jikkonkludi tranżazzjoni simili ma’ Valencia CF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Niddubita li konklużjoni bbażata esklużivament fuq raġunament loġikament plawżibbli bħal dan tista’ titqies li tikkonforma mar-rekwiżiti dwar l-oneru tal-prova tal-eżistenza ta’ vantaġġ u dwar l-obbligu ta’ diliġenza tal-Kummissjoni li jirriżultaw mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 56 sa 63 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif ġie nnotat fil-punt 57 iktar ’il fuq, l-oneru li jiġi ppruvat li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-operatur privat ma humiex issodisfatti jaqa’ fuq il-Kummissjoni. Dan l-oneru, kif interpretat mill-ġurisprudenza, jobbliga lill-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq elementi li jistgħu juru b’mod pożittiv l-eżistenza ta’ vantaġġ u ma jistax jippermettilha tillimita ruħha għal sempliċi deduzzjonijiet, huma kemm huma plawżibbli, jew li tibbaża ruħha fuq preżunzjonijiet negattivi mingħajr ma hija tkun tista’ turi li tal-inqas ippruvat<?PAGE NO="16"?> tivverifika b’mod konkret il-validità ta’ dawn id-deduzzjonijiet permezz ta’ elementi ta’ ċerta affidabbiltà u koerenza li jipprovdu bażi suffiċjenti għall-konklużjonijiet li hija tasal għalihom u li, għalhekk, jistgħu jsostnu dawn il-konklużjonijiet. Fil-fatt, mill-ġurisprudenza stabbilita msemmija fil-punt 59 iktar ’il fuq jirriżulta li l-Kummissjoni għandha twettaq il-proċedura ta’ eżami b’mod diliġenti u imparzjali, sabiex, meta tadotta d-deċiżjoni finali, hija jkun jista’ jkollha għad-dispożizzjoni tagħha l-elementi <HT TYPE="ITALIC">l-iktar</HT> kompleti u affidabbli <HT TYPE="ITALIC">possibbli</HT> għal dan il-għan. L-obbligu ta’ diliġenza tal-Kummissjoni ma jippermettilhiex tibbaża l-konklużjonijiet tagħha biss fuq raġunament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>loġikament plawżibbli<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> mingħajr ma tfittex li tal-inqas tikseb informazzjoni speċifika li fuqha tkun tista’ tibbaża l-konklużjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ma naqbilx mal-argument tal-Kummissjoni, imsemmi fil-punt 31 iktar ’il fuq, li f’sitwazzjoni bħal dik ta’ dan il-każ, hija għandha tiġi kkunsidrata li wettqet l-oneru tal-prova tagħha u li osservat id-dmir ta’ diliġenza tagħha fis-sens tal-ġurisprudenza. Fil-fehma tiegħi, f’każ bħal dan inkwistjoni, il-Kummissjoni ma tistax fil-fatt, tikkonkludi, abbażi ta’ raġunament deduttiv, li ma jeżistix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>self simili li ma huwiex iggarantit<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> li għandu jintuża bħala parametru sabiex jiġi ddeterminat jekk il-prezz imħallas għall-garanzija inkwistjoni huwiex orjentat lejn is-suq, u tillimita ruħha titlob lill-Istat Membru u lill-partijiet interessati jippreżentaw osservazzjonijiet dwar id-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura u dwar il-konklużjonijiet inklużi fiha u tirrileva li ma hemm xejn fil-fajl li jissuġġerixxi li jeżistu tranżazzjonijiet simili fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Fil-fatt, ċertament, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza msemmija fil-punti 57 u 61 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni, fil-qasam tal-għajnuna, fil-biċċa l-kbira tibbaża ruħha fuq l-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru. Madankollu, minn naħa, mill-ġurisprudenza msemmija fil-punt 60 jirriżulta wkoll li hija l-Kummissjoni li għandha titlob lill-Istat Membru interessat jipprovdilha l-informazzjoni kollha rilevanti li tippermettilha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-investitur privat humiex issodisfatti. Sempliċi talba għal osservazzjonijiet dwar id-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ma jidhirlix li hija ekwivalenti għal talba għal informazzjoni bħal din. Min-naħa l-oħra, mill-ġurisprudenza msemmija fil-punt 62 jirriżulta wkoll li anki jekk l-Istat Membru inkwistjoni ma jikkooperax, il-Kummissjoni għandha madankollu tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha fuq elementi ta’ ċerta affidabbiltà u koerenza li jipprovdu bażi suffiċjenti għall-konklużjonijiet tagħha. Għalhekk hija ma tistax tibbaża ruħha sempliċement fuq raġunament deduttiv, loġikament plawżibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Dan ma jfissirx li l-Kummissjoni għandha tfittex elementi li l-eżistenza tagħhom tkun sempliċement ipotetika jew li hija għandha tuża s-setgħat speċifiċi tagħha ta’ investigazzjoni barra mill-każijiet fejn dan ikun meħtieġ. Dan sempliċement ifisser li l-obbligu ta’ diliġenza li l-Kummissjoni għandha ma jippermettilhiex, f’każ bħal dan inkwistjoni, li tibbaża ruħha esklużivament fuq raġunament loġikament plawżibbli mingħajr ma bl-ebda mod tissostanzja – jew tal-inqas tipprova tissostanzja – il-konklużjoni tagħha b’informazzjoni speċifika li fuqha tkun tista’ tiġi bbażata l-konklużjoni tagħha li skontha kellha tiġi eskluża l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>self simili li ma huwiex iggarantit<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> li jintuża bħala parametru ta’ paragun għall-garanzija inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li ma jistax jitqies, kif issostni l-Kummissjoni, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u imponiet oneru tal-prova eċċessiv fuqha meta kkonkludiet, fil-punt 135 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni kienet żbaljat meta eskludiet, fil-punt 93 tad-deċiżjoni kontenzjuża, l-eżistenza ta’ prezz tas-suq għal self simili mhux iggarantit<?PAGE NO="17"?> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>minħabba l-għadd limitat ta’ osservazzjonijiet ta’ tranżazzjonijiet simili fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, peress li din il-konstatazzjoni ma kinitx issostanzjata biżżejjed. Minn dan isegwi li t-tieni parti tal-aggravju uniku tal-Kummissjoni għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Dan l-iżball imwettaq mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ element li, kif innotat fil-punti 75 u 76, b’referenza għall-punti 48 sa 50, huwa determinanti fl-analiżi prevista fil-Komunikazzjoni dwar il-garanziji għall-klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat ta’ garanzija mill-Istat bħal din inkwistjoni, fil-fehma tiegħi huwa wkoll biżżejjed sabiex jiġġustifika l-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali fil-punt 134 tas-sentenza appellata li l-Kummissjoni, f’dan il-każ, kisret in il-komunikazzjoni. Fil-fatt, analiżi li tikkonforma ma’ din il-komunikazzjoni kienet tippreżumi l-verifika diliġenti tal-eżistenza possibbli ta’ prezz tas-suq għal self simili mhux iggarantit. Minn dan isegwi li l-ewwel parti tal-aggravju uniku tal-Kummissjoni fil-fehma tiegħi għandha, fi kwalunkwe każ, tiġi miċħuda wkoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet parti tal-aggravju uniku tal-Kummissjoni, dwar allegat żnaturament tal-fatti mill-Qorti Ġenerali u miġbur fil-qosor fil-punt 33 iktar ’il fuq, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, żnaturament għandu jirriżulta manifestament mill-atti tal-kawża, mingħajr ma jkun neċessarju li ssir evalwazzjoni ġdida tal-fatti u tal-provi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211111">11 ta’ Novembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Autostrada Wielkopolska vs Il‑Kummissjoni u Il‑Polonja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑933/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:905">EU:C:2021:905</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li, meta kkonstatat, fil-punt 137 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni ma kienet allegat l-ebda element ieħor miksub matul il-proċedura amministrattiva li jsostni l-konstatazzjonijiet tagħha dwar l-insuffiċjenza ta’ tranżazzjonijiet simili, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti, inkwantu hija bbażat ruħha wkoll fuq dubji espressi mill-Fundación Valencia dwar l-eżistenza ta’ garanziji simili fis-suq fl-osservazzjonijiet tagħha dwar id-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ninnota, minn naħa, li ma hemm l-ebda referenza għad-dubji li setgħet esprimiet il-Fundación Valencia la fid-deċiżjoni kontenzjuża u lanqas fit-tweġiba tal-Kummissjoni msemmija iktar ’il fuq għall-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura ordnati mill-Qorti Ġenerali. Min-naħa l-oħra, u fi kwalunkwe każ, is-sempliċi qari tas-silta tal-osservazzjonijiet tal-Fundación Valencia msemmija mill-Kummissjoni juri li din sempliċement affermat li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>ma kinitx taf<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> jekk jeżistux garanziji simili komparabbli fis-suq jew le u mhux, kif issostni l-Kummissjoni, esprimiet dubji dwar l-eżistenza tagħhom. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali ma tistax, fil-fehma tiegħi, tiġi kkritikata li żnaturat il-fatti u, konsegwentement, lanqas it-tielet parti tal-aggravju uniku tal-Kummissjoni ma tista’ tiġi milqugħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, fil-fehma tiegħi, l-aggravju uniku tal-Kummissjoni huwa infondat. Konsegwentement, inqis li l-appell għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(1) ta’ dawn ir-regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) tagħhom, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>L-Artikolu 140(1) tar-Regoli tal-Proċedura, li wkoll huwa applikabbli għall-proċedura ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) ta’ dawn ir-regoli, jipprevedi li l-Istati Membri li jintervjenu fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, peress li l-Kummissjoni tilfet il-kawża, hija għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż skont it-talbiet ta’ Valencia CF. Ir-Renju ta’ Spanja, li intervjena fl-ewwel istanza, għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VII.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>L-appell huwa miċħud;</P></ITEM><ITEM><P>Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Valencia Club de Fútbol, S.A.D.;</P></ITEM><ITEM><P>Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>