Official Journal L 076 , 26/03/1996 P. 0009 - 0011
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 511/96 tat-22 ta' Marzu 1996 li jikkonċerna l-klassifika ta' ċertu oġġetti fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 334/96 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu, Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifika ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli wkoll japplikaw għal xi nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment bażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn disposizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bl-intenzjoni ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ ta' l-oġġetti; Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża ma' dan ir-Regolament iridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3; Billi huwa xieraq li, soġġetti għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità dwar sistemi ta' kontroll doppju u għas-sorveljanza ta' qabel u rettrospettiva tal-Komunità ta' prodotti tat-tessuti ma' l-importazzjoni tagħhom fil-Komunità, informazzjoni tat-tariffa li torbot fejn tidħol il-klassifika ta' l-oġġetti fin-nomenklatura magħquda maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jiġu mitluba skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 t'Ottubru 1992, li tistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], għal perjodu ta' 60 ġurnata mid-detentur; Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tas-sezzjoni tan-nomenklatura tat-tariffa u statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma issa kklassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda skond il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija. Artikolu 2 Soġġetti għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità dwar sistemi ta' kontroll doppju u għas-sorveljanza ta' qabel u rettrospettiva tal-Komunità ta' prodotti tat-tessuti ma' l-importazzjoni fil-Komunità, informazzjoni tat-tariffa li jorbot fl-affari tal-klassifika ta' l-oġġetti fin-nomenklatura magħquda maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li m'għadhomx konformi ma' dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jiġu mitluba skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' 60 ġurnata. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Marzu 1996. Għall-Kummissjoni Mario Monti Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 49, tat-28.2.1996, p. 1. [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifika (kodiċi NM) | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | 1.Ilbies tas-suf maħdum ħafif tal-qoton pur, maqtugħ merħi, li jgħatti il-parti ta' fuq tal-ġisem sa nofs il-koxxa.L-ilbies għandu għonq tond b'xifer bil-majjieri li jaqsmu mix-xellug għal-lemin, kmiem qosra u wesgħin u disinn stampat fuq quddiem. Għandu xquq fil-ġenb u mberfel fit-tarf ta' taħt nett.L-ilbies għandu kappa li tinqala "li tinqafel bil-buttuni fl-għonq (Libsa)"(Ara r-rittratt Nru 544) | 61044200 | Il-klassifika hija bbażata fuq ir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 6104 u 61044200. Wara li tkun ikkunsidrata id-dehra ġenerali, dan l-ilbies jitqies bħala libsa. Ir-rikba tax-xellug fuq il-lemin fil-ġenb hija purament bħala ornament. | 2.Sett ta' żewġt ilbiesi magħmulin mill-istess drapp ħafif kemm kemm bil-piegi (100 % viscose), b'disinni stampati b'ħafna kuluri li huma identiċi fuq iż-żewġt ilbiesi. Huwa ppreżentat għall-bejgħ bl-imnut u magħmul minn:a.ilbies bil-kmiem qosra maħsub biex jgħatti l-parti ta' fuq tal-ġisem, li jlaħħaq sa taħt il-qadd. Għandu għonq wiesa mingħajr fetħa. L-ilbies għandu wkoll il-mezz biex ikun issikkat mill-għonq u fit-truf tal-kmiem. Ħjut tal-lastku meħjutin kull 2ċm ġewwa l-ilbies, mis-sider sal-qadd, jenfasizza l-effett tal-piegi (snocks) (Blouse).b.ilbies wiesa maħsub biex ikopri l-parti t'isfel tal-ġisem sa fuq l-irkopptejn, li għandu spaga li tinġibed u qadd bil-lastku (Dublett). | 62042918 | Il-klassifika hija stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-noti 3 (b) u 8 tal-Kapitolu 62, in-nota addizzjonali 1 tal-Kapitolu 62 u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 6204, 620429 u 62042918. | 3.Sett ta' żewġt ilbiesi magħmulin mill-istess drapp ħafif kemm kemm bil-piegi (100 % viscose), b'disinni stampati b'ħafna kuluri li mhumiex identiċi fuq iż-żewġt ilbiesi. Huwa ppreżentat għall-bejgħ bl-imnut u magħmul minn: | | Il-klassifika hija stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-noti 3 (b) u 8 tal-Kapitolu 62, in-nota addizzjonali 1 tal-Kapitolu 62 u l-kliem tal-kodiċi tan-NM 6204, 620459, 62045910, 6206 u 62064000. Peress li l-komponenti ta' dan is-sett għandhom stili differenti (disinni stampati li m'humiex identiċi fuq iż-żewġt ilbiesi) għandhom ikunu kklassifikati separatament. | a.ilbies bil-kmiem qosra maħsub biex jgħatti l-parti ta' fuq tal-ġisem, li jlaħħaq sa taħt il-qadd. Għandu għonq wiesa mingħajr fetħa. L-ilbies għandu wkoll il-mezz biex ikun issikkat mill-għonq u fit-truf tal-kmiem. Ħjut tal-lasktu miħjutin kull 2ċm ġewwa l-ilbies, mis-sider sal-qadd, jenfasizza l-effett tal-piegi (snocks) (Blouse). | 62064000 | b.ilbies wiesa maħsub biex ikopri l-parti t'isfel tal-ġisem sa fuq l-irkopptejn, li għandu spaga li tinġibed u qadd bil-lasktu (Dublett). | 62045910 | +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------