Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0931 - 0933
Protokoll Nru. 1 dwar l-emendi lill-istatut tal-bank ta' l-investiment ewropew L-EWWEL PARTI EMENDI GĦALL-ISTATUT TAL-BANK TA' L-INVESTIMENT EWROPEW Artikolu 1 Il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank ta' l-Investiment Ewropew għandu jkun emendat kif ġej: - L-Artikoli 3, 4(1) — l-ewwel sub-paragrafu, 11(2) — l-ewwel, it-tieni u t-tielet sub-paragrafi, 12(2) u 13(1) — l-ewwel sub-paragrafu, għandhom jinbidlu bit-test li ġej; - sub-paragrafu erbgħa ġdid għandu jiżdied wara t-tielet sub-paragrafu ta' l-Artikolu 11(2); "Artikolu 3 Bi qbil ma' l-Artikolu 266 ta' dan it-Trattat, dawn li ġejjin għandhom ikunu l-membri tal-Bank: - ir-Renju tal-Belġju, - ir-Repubblika Ċeka, - ir-Renju tad-Danimarka, - ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, - ir-Repubblika ta' l-Estonja, - ir-Repubblika Ellenika, - ir-Renju ta' Spanja, - ir-Repubblika Franċiża, - l-Irlanda, - ir-Repubblika Taljana, - ir-Repubblika ta' Ċipru, - ir-Repubblika tal-Latvja, - ir-Repubblika tal-Litwanja, - il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, - ir-Repubblika ta' l-Ungerija, - ir-Repubblika ta' Malta, - ir-Renju ta' l-Olanda, - ir-Repubblika ta' l-Awstrija, - ir-Repubblika tal-Polonja, - ir-Repubblika Portugiża, - ir-Repubblika tas-Slovenja, - ir-Repubblika tas-Slovakkja, - ir-Repubblika tal-Finlandja, - ir-Renju ta' l-Isvezja, - ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq" Artikolu 4(1), l-ewwel sub-paragrafu "1. Il-kapital tal-Bank għandu jkun ta' EUR 163727670000, sottoskritti mill-Istati Membri kif ġej [1] Il-Ġermanja | 26649532500 | Franza | 26649532500 | L-Italja | 26649532500 | Ir-Renju Unit | 26649532500 | Spanja | 15989719500 | Il-Belġju | 7387065000 | L-Olanda | 7387065000 | L-Isvezja | 4900585500 | Id-Danimarka | 3740283000 | L-Awstrija | 3666973500 | Il-Polonja | 3635030500 | Il-Finlandja | 2106816000 | Il-Greċja | 2003725500 | Il-Portugall | 1291287000 | Ir-Repubblika Ċeka | 1212590000 | L-Ungerija | 1121583000 | L-Irlanda | 935070000 | Is-Slovakkja | 408489500 | Is-Slovenja | 379429000 | Il-Litwanja | 250852000 | Il-Lussemburgu | 187015500 | Ċipru | 180747000 | Il-Latvja | 156192500 | L-Estonja | 115172000 | Malta | 73849000 | Artikolu 11(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet sub-paragrafi "2. Il-Bord tad-Diretturi għandu jkun kompost minn sitta w għoxrin direttur u sittax -il direttur sostitut. Id-Diretturi għandhom jinħatru mill-Bord ta' Gvernaturi għal ħames snin, wieħed innominat minn kull Stat Membru, u wieħed innominat mill-Kummissjoni. Id-diretturi sostituti għandhom jinħatru mill-Bord ta' Gvernaturi għal ħames snin kif muri hawn taħt: - żewġ sostituti nominati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, - żewġ sostituti nominati mir-Repubblika Franċiża, - żewġ sostituti nominati mir-Repubblika Taljana, - żewġs ostituti nominati mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta Fuq, - sostitut nominat bi ftehim bejn ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża, - sostitut nominat bi ftehim bejn ir-Renju tal-Belġju, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u ir-Renju ta' l-Olanda, - sostitut nominat bi ftehim bejn ir-Renju tad-Danimarka, tar-Republika Ellenika u ta' l-Irlanda, - sostitut nominat bi ftehim bejn ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u ir-Renju ta' l-Isvezja, - tliet sostituti nominati bi ftehim bejn ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, - sostitut nominat mill-Kummissjoni." Artikolu 11(2), ir-raba' sub-paragrafu li għandu jiżdied "Il-Bord tad-Diretturi għandu jagħżel sitt esperti li ma jivvutawx: tlieta bħala membri u tlieta bħala sostituti." Artikolu 12(2) "2. Ħlief fejn provdut xort'oħra f'dan l-Istatut, id-deċiżjonijiet tal-Bord tad-Diretturi għandhom jittieħdu minn ta' l-anqas terz (1/3) tal-membri li jistgħu jivvotaw u li jirrappreżentaw mill-anqas ħamsin fil-mija (50 %) tal-kapital sottoskritt. Maġġoranza kwalifikata għandha teħtieġ tmintax (18)-il vot favur u tmienja w sittin fil-mija (68 %) tal-kapital sottoskritt. Ir-regoli ta' proċedura tal-Bank għandhom jistipulaw il-quorum meħtieġ sabiex id-deċiżjonijiet tal-Bord tad-Diretturi jkunu validi." Artikolu 13(1), l-ewwel sub-paragrafu "1. Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jkun jikkonsisti fi President u tmien Vici-Presidenti maħtura għal sitt snin mill-Bord ta' Gvernaturi fuq proposta mill-Bord tad-Diretturi. Il-ħatriet tagħhom għandhom ikunu rinovabbli." IT-TIENI PARTI DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI Artikolu 2 Ir-Renju ta' Spanja għandu jħallas l-ammont ta' EUR 309686775 bħala sehem mill-kapital imħallas għaż-żieda fil-kapital sottoskritt tiegħu. Din il-kontribuzzjoni għandha titħallas fi tmien pagamenti ndaqs li għandhom isiru fit- 30/09/2004, 30/09/2005, 30/09/2006, 31/03/2007, 30/09/2007, 31/03/2008, 30/09/2008 u 31/03/2009 [2]. Ir-Renju ta' Spanja għandu jikkontribwixxi, fi tmien pagamenti ndaqs li għandhom isiru fid-dati imsemmija hawn fuq, għar-riservi u l-provvedimenti li huma ekwivalenti għal riservi, kif ukoll għall-ammont li għad irid ikun approprjat għar-riservi u l-provvedimenti, kostitwit mill-bilanċ tal-kont tal-qligħ u t-telf, stabbilit fl-aħħar tax-xahar ta' qabel l-adeżjoni, kif imniżżel fil-balance sheet tal-Bank, f'ammonti li jikkorrispondu għal 4,1292 % tar-riservi u l-provvedimenti. Artikolu 3 Mid-data ta' l-adeżjoni, l-Istati Membri l-ġodda għandhom iħallsu l-ammonti li ġejjin li jikkorrispondu ma' sehemhom mill-kapital imħallas għall-kapital sottoskritt kif definit fl-Artikolu 4 ta' l-Istatut [3]. Il-Polonja | EUR 181751525 | Ir-Repubblika Ċeka | EUR 60629500 | L-Ungerija | EUR 56079150 | Is-Slovakkja | EUR 20424475 | Is-Slovenja | EUR 18971450 | Il-Litwanja | EUR 12542600 | Ċipru | EUR 9037350 | Il-Latvja | EUR 7809625 | L-Estonja | EUR 5758600 | Malta | EUR 3692450 | Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jitħallsu fi tmien pagamenti ndaqs li għandhom isiru fit- 30/09/2004, 30/09/2005, 30/09/2006, 31/03/2007, 30/09/2007, 31/03/2008, 30/09/2008 u 31/03/2009 [4]. Artikolu 4 L-Istati Membri l-ġodda għandhom jikkontribwixxu, fi tmien pagamenti ndaqs li għandhom isiru fid-dati imsemmija hawnfuq, għar-riservi u l-provvedimenti li huma ekwivalenti għal riservi, kif ukoll għall-ammont li għad irid ikun approprjat għar-riservi u l-provvedimenti, kostitwit mill-bilanċtal-kont tal-qligħ u t-telf, stabbilit fl-aħħar tax-xahar ta' qabel l-adeżjoni, kif imniżżel fil-balance sheet tal-Bank, f'ammonti li jikkorrispondu għall-persentaġġi li ġejjin tar-riservi u l-provvedimenti [5]: Il-Polonja | 2,4234 % | Ir-Repubblika Ċeka | 0,8084 % | L-Ungerija | 0,7477 % | Is-Slovakkja | 0,2723 % | Is-Slovenja | 0,2530 % | Il-Litwanja | 0,1672 % | Ċipru | 0,1205 % | Il-Latvja | 0,1041 % | L-Estonja | 0,0768 % | Malta | 0,0492 % | Artikolu 5 Il-kapital u l-pagamenti li hemm fl-Artikoli 2, 3 u 4 ta' dan il-Protokoll għandhom jitħallsu mir-Renju ta' Spanja u mill-Istati Membri l-ġodda fi flus f'euro, ħlief jekk ikun hemm xi deroga deċiża unanimament mill-Bord ta' Gvernaturi. Artikolu 6 1. Ma' l-adeżjoni, il-Bord ta' Gvernaturi għandu jaħtar direttur għal kull Stat Membru ġdid, kif ukoll diretturi sostituti, kif indikat mill-Artikolu 11(2) ta' l-Istatut. 2. Il-mandat tad-diretturi u tad-diretturi sostituti maħturin hekk għandu jiskadi fl-aħħar tal-laqgħa annwali tal-Bord ta' Gvernaturi li matulha jkun eżaminat ir-rapport annwali għas-sena finanzjarja ta' l-2007. 3. Ma' l-adeżjoni, il-Bord tad-Diretturi għandu jagħżel l-esperti u l-esperti sostituti. [1] Il-figuri msemmija għall-Istati Membri l-ġodda huma indikattivi u bbażati fuq il-previżjoni ta' data għall-2002 ippubblikata mill-Eurostat (New Cronos)." [2] Dawn id-dati huma bbażati fuq l-ipotesi li l-adeżjoni effettiva ta' l-Istati Membri l-ġodda sseħħ mill-anqas xharejn qabel it- 30/09/2004. [3] Il-figuri msemmija huma indikattivi u bbażati fuq il-previżjoni ta' data għall-2002 ippubblikata mill-Eurostat (New Cronos). [4] Dawn id-dati huma bbażati fuq l-ipotesi li l-adeżjoni effettiva ta' l-Istai Membri l-ġodda sseħħ mill-anqas xaharejn qabel it- 30/09/2004. [5] Il-figuri msemmija huma indikattivi u bbażati fuq il-previżjoni ta' data għall-2002 ippubblikata mill-Eurostat (New Cronos). --------------------------------------------------