|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2019 |
20.11.2026 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2019
tal-10 ta’ Settembru 2026
li jemenda r-Regolament (UE) 2023/2053 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/2053 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107, u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 66, il-paragrafu 1, il-punti (b) u (k), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni hija parti għall-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), wara li approvat il-Konvenzjoni tal-ICCAT skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 86/238/KEE (2). |
|
(2) |
L-ICCAT tadotta l-miżuri biex tiżgura l-konservazzjoni fuq terminu twil u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT u biex tissalvagwardja l-ekosistemi tal-baħar li dawn ir-riżorsi jinsabu fihom. Dawn il-miżuri huma vinkolanti fuq l-Unjoni. |
|
(3) |
Sabiex l-Unjoni tikkonforma mal-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-pjanijiet annwali stabbilita mir-Rakkomandazzjoni 25-04 fir-rigward tal-ġestjoni tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (3), l-iskadenza applikabbli għall-Istati Membri trid titressaq ’il quddiem. |
|
(4) |
Barra minn hekk, iridu jsiru għadd ta’ emendi tar-Regolament (UE) 2023/2053 biex jiġu aġġornati l-formola tad-dikjarazzjoni tat-trasferiment fl-Anness VI u l-formola tad-dikjarazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ fl-Anness XIV. |
|
(5) |
Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom impatt dirett fuq l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni u fuq l-attivitajiet ekonomiċi relatati, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2023/2053 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 16, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
l-Annessi VI u XIV huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Settembru 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 238, 27.9.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2053/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 86/238/KEE tad-9 ta’ Ġunju 1986 dwar l-Adeżjoni tal-Komunità fil-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku, kif emendata bil-Protokoll mehmuż mal-Att Finali tal-Konferenza tal-Plenipotenzjari tal-Istati li jifformaw Parti mill-Konvenzjoni ffirmata f’Pariġi fl-10 ta’ Lulju 1984 (ĠU L 162, 18.6.1986, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1986/238/oj).
(3) Ir-Rakkomandazzjoni 25-04 tal-ICCAT li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni 24-05 li tistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, https://iccat.int/Documents/Recs/compendiopdf-e/2025-04-e.pdf.
ANNESS
Ir-Regolament (UE) 2023/2053 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness VI, it-tabella hija sostitwita b’dan li ġej: “DIKJARAZZJONI TAT-TRASFERIMENT TAL-ICCAT
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
fl-Anness XIV, it-tabella hija sostitwita b’din li ġejja: “DIKJARAZZJONI TAT-TQEGĦID FIL-GAĠEĠ TAL-ICCAT
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/2019/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)