|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/7103 |
25.11.2024 |
AVVIŻ SKONT L-ATT TA’ ĠINEVRA TAL-FTEHIM TA’ LIŻBONA
Pubblikazzjoni ta’ entrata fir-Reġistru Internazzjonali tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ “អំបិលកំពតកែប / Kampot-Kep Salt” skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/1753
(C/2024/7103)
Fl-1 ta’ Novembru 2024, f’konformità mal-Artikolu 6(4) tal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Liżbona (1), il-Bureau Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) innotifika lill-Unjoni Ewropea bl-entrata li ġejja fir-Reġistru Internazzjonali:
Isem: “អំបិលកំពតកែប / Kampot-Kep Salt”
Tip ta’ prodott: Melħ
Pajjiż ta’ oriġini: Il-Kambodja
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-protezzjoni tal-isem fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/1753 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u għar-raġunijiet stabbiliti fih. Tista’ ssir oppożizzjoni lill-Kummissjoni, fi żmien 4 xhur kalendarji mil-lum, fuq:
AGRI-GEOGRAPHICAL-INDICATIONS@ec.europa.eu
Din in-notifika tista’ tiġi kkonsultata fir-Reġistru Internazzjonali miżmum mid-WIPO fil-link li ġej:
Il-bażi tad-data Kampot-Kep Salt Wipo
(1) L-att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Liżbona dwar id-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi (ĠU L 271, 24.10.2019, p.15,ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2019/1754/oj).
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/1753 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar l-azzjoni tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (ĠU L 271, 24.10.2019, p.1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1753/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7103/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)