Brussell, 28.9.2020

COM(2020) 588 final

2020/0274(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2020


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

•Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Fit-8 ta’ Lulju 2019, il-Kunsill adotta deċiżjoni 1 li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għall-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd Sostenibbli u Protokoll li jimplimenta dak il-Ftehim (id-dokumenti 10402/19 u 10231/19). L-Artikolu 1(2) ta’ dik id-Deċiżjoni ppermetta lill-Kummissjoni tinnegozja estensjoni limitata tal-protokoll attwali, li jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2019, sabiex jiġi evitat li l-attivitajiet tas-sajd jitwaqqfu għal perjodu twil. Id-Direttivi tan-negozjati mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni tal-Kunsill (id-dokument 10231/19 ADD1) jispeċifikaw li tali estensjoni ma tistax taqbeż perjodu massimu ta’ sena.

Fit-8 ta’ Novembru 2019, il-Protokoll ġie estiż għal perjodu ta’ sena permezz ta’ Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri 2 (id-dokument 12928/19), sal-15 ta’ Novembru 2020.

Bejn Settembru 2019 u Frar 2020, saru erba’ sessjonijiet ta’ negozjati mal-Mauritania għat-tiġdid ta’ ftehim u protokoll ta’ sħubija għas-sajd sostenibbli, iżda ma kinux konklużivi.

Minħabba s-sitwazzjoni attwali tas-saħħa (il-pandemija tal-COVID-19) u minkejja l-estensjoni tal-protokoll, irid jiġi kkonstatat li n-negozjati għall-ftehim u l-protokoll il-ġodda mhumiex se jiġu konklużi fil-ħin sabiex jiġi evitat li l-attivitajiet tas-sajd jitwaqqfu fi tmiem dik l-estensjoni. F’dan il-kuntest, fis-26 ta’ Ġunju 2020 3 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja t-tiġdid ulterjuri tal-Protokoll għal perjodu massimu addizzjonali ta’ sena.

Fil-ħames ċiklu ta’ negozjati (tas-7 ta’ Lulju 2020), in-negozjaturi tal-Unjoni u tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania qablu dwar din it-tieni estensjoni tal-Protokoll għal perjodu massimu ta’ sena, skont il-mandat tal-Kunsill. Din it-tieni estensjoni hija ddefinita bi Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri li ġie inizjalat fis-7 ta’ Lulju 2020.

Sabiex jiġi evitat li jiġu interrotti l-attivitajiet tas-sajd tal-flotta Ewropea li taħdem fl-ilmijiet tal-Mauritania, jeħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova t-tali Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri tiġi adottata fil-ħin biex iż-żewġ Partijiet ikunu jistgħu jiffirmawh qabel il-15 ta’ Novembru 2020, li hija d-data meta jiskadi l-Protokoll attwali.

L-għan tal-proposta huwa li tawtorizza l-konklużjoni tal-Protokoll.

Bħala tfakkira, l-objettiv tal-Protokoll huwa li joffri opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet tal-Mauritania filwaqt li jitqiesu l-valutazzjonijiet xjentifiċi disponibbli, b’mod speċjali dawk tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (is-CECAF), skont il-pariri xjentifiċi u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT) u fil-limiti tal-kwantità żejda disponibbli. L-objettiv huwa wkoll li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania sabiex jinħoloq qafas ta’ sħubija biex jiġu żviluppati politika tas-sajd sostenibbli u l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, fl-interess taż-żewġ partijiet.

Il-Protokoll jipprevedi opportunitajiet tas-sajd fil-kategoriji li ġejjin:

–il-kategorija nru 1 — Bastimenti tas-sajd li jistadu għall-krustaċji ħlief għall-awwista u għall-granċ: 5 000 tunnellata u 25 bastiment;

–il-kategorija nru 2 — Bastimenti tat-tkarkir mingħajr friża u bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ għall-merluzz l-iswed: 6 000 tunnellata u sitt bastimenti;

–il-kategorija nru 2a — Bastimenti tat-tkarkir mgħammra bi friża użati għas-sajd għall-merluzz l-iswed: 3 500 tunnellata ta’ merluzz, 1 450 tunnellata ta’ klamar u 600 tunnellata ta’ siċċ għal sitt bastimenti;

–il-kategorija nru 3 — Bastimenti tas-sajd għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ minbarra l-merluzz l-iswed, b’irkaptu ieħor mhux bix-xbieki tat-tkarkir: 3 000 tunnellata u sitt bastimenti;

–il-kategorija nru 4 — Bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni: 12 500 tunnellata (tunnellaġġ ta’ referenza) u 25 bastiment;

–il-kategorija nru 5 — Bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasba u bastimenti tas-sajd bil-konz: 7 500 tunnellata (tunnellaġġ ta’ referenza) u 15-il bastiment;

–il-kategorija nru 6 — Bastimenti tat-tkarkir mgħammra bi friża użati għas-sajd għall-ħut pelaġiku: 225 000 tunnellata 4 u 19-il bastiment;

–il-kategorija nru 7 — Bastimenti tas-sajd għall-ħut pelaġiku frisk: 15 000 tunnellata (li jitnaqqsu mill-ammont tal-kategorija nru 6 jekk jintużaw) u żewġ bastimenti.

•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Skont il-prijoritajiet tar-riforma tal-politika tas-sajd 5 , il-Protokoll joffri opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Mauritania skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli u filwaqt li jħares ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT). Il-Protokoll jippermetti wkoll lill-Unjoni Ewropea u lill-Mauritania jaħdmu aktar mill-qrib bejniethom biex jippromwovu l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Mauritania u jippermettilhom jappoġġaw l-isforzi tal-Mauritania biex tiżviluppa s-settur tas-sajd tagħha, fl-interess taż-żewġ partijiet.

•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

In-negozjar ta’ Protokoll ġdid tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd mar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania jidħol fil-qafas tal-azzjoni esterna tal-UE mal-pajjiżi AKP, u jqis b’mod partikulari l-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tal-ħarsien tal-prinċipji demokratiċi u tad-drittijiet tal-bniedem.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

•Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika magħżula hija t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li l-Artikolu 43(2) tiegħu jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd, l-Artikolu 218(6)(a)(v) tiegħu jistabbilixxi l-istadju kkonċernat tal-proċedura ta’ negozjar u ta’ konklużjoni tal-ftehimiet bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi u l-Artikolu 218(7) tiegħu jipprevedi d-dispożizzjonijiet marbutin mal-awtorizzazzjoni tal-emendi tal-Protokoll.

•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta tidħol fl-ambitu tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea.

•Proporzjonalità

Il-proposta hija proporzjonata mal-objettiv li jiġi stabbilit qafas ta’ governanza ġuridika, ambjentali, ekonomika u soċjali għall-attivitajiet tas-sajd li l-bastimenti tal-Unjoni jwettqu fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi, kif stabbilit fl-Artikolu 31 tar-Regolament li jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd. Hija tikkonforma ma’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll mad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna finanzjarja lil pajjiżi terzi stabbiliti fl-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament.

L-estensjoni b’sena oħra tal-qafas stabbilit bil-Protokoll li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2020 għandha rwol fil-proċess tan-negozjar biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet tas-sajd tal-flotta Ewropea li taħdem fl-ilmijiet tal-Mauritania.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Saru konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-Protokoll għall-2015 sal-2019. Saru konsultazzjonijiet ukoll mal-esperti mill-Istati Membri waqt laqgħat tekniċi. Minn dawn il-konsultazzjonijiet ħareġ li jkun ta’ benefiċċju li jiġġedded il-Protokoll tas-Sajd mar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania.

•Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati

L-Istati Membri, ir-rappreżentanti tas-settur, l-organizzazzjonijiet internazzjonali tas-soċjetà ċivili kif ukoll l-amministrazzjoni tas-sajd u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili tal-Mauritania ġew ikkonsultati fil-kuntest tal-evalwazzjoni. Saru wkoll konsultazzjonijiet fil-qafas tal-Kunsill Konsultattiv għall-Flotta ta’ Distanzi Twal.

•Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-Kummissjoni użat konsulent indipendenti għall-evalwazzjonijiet ex post u ex ante, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31(10) tar-Regolament li jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd.

4.IMPLIKAZZJONI GĦALL-BAĠIT

Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tal-Unjoni Ewropea hija ta’ EUR 61 625 000, abbażi ta’:

(a) ammont annwali għall-aċċess tal-kategoriji previsti fil-Protokoll għar-riżorsi tas-sajd ta’ EUR 57 500 000 għall-perjodu tal-estensjoni tal-Protokoll;

(b) appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tal-Mauritania ta’ EUR 4 125 000 fis-sena għall-perjodu tal-estensjoni tal-Protokoll. Dan l-appoġġ jilħaq l-objettivi tal-politika nazzjonali b’rabta mal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd kontinentali u tal-baħar għall-perjodu kollu tal-Protokoll.

L-ammont annwali għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament jiġi stabbilit matul il-proċedura baġitarja annwali, inkluż għal-linja ta’ riżerva għall-protokolli li jkun għadhom ma daħlux fis-seħħ fil-bidu tas-sena 6 .

L-iskambju ta’ ittri marbut mal-estensjoni jistabbilixxi wkoll klawżola ta’ tnaqqis pro rata f’każ li n-negozjati biex jiġġeddu l-Ftehim ta’ Sħubija u l-Protokoll tiegħu jwasslu biex dawn jiġu ffirmati u, b’hekk, biex dawn jidħlu fis-seħħ qabel ma tiskadi l-estensjoni annwali li l-iskambju ta’ ittri jittratta.

5.ELEMENTI OĦRA

•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

L-arranġamenti dwar il-monitoraġġ huma previsti fil-Protokoll li qed jiġi estiż permezz tal-iskambju ta’ ittri.

2020/0274 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2020

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(2) flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2019/.../UE 7 , il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2020, (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri”) ġie ffirmat fil-[daħħal id-data], suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard.

(2)Il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri għandu l-objettiv li jippermetti lill-Unjoni Ewropea u lir-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania jkomplu jaħdmu bejniethom biex jippromwovu politika tas-sajd sostenibbli u l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Mauritania u li jippermetti lill-bastimenti tal-Unjoni jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom f’dawn l-ilmijiet.

(3)Jenħtieġ li l-iskambju ta’ ittri jiġi approvat f’isem l-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2020, (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri”) huwa approvat f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna li għandha s-setgħa tagħmel in-notifika prevista fil-punt (6) tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri f’isem l-Unjoni Ewropea sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni Ewropea li tintrabat b’dak il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President



DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.    QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.    Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2020.

1.2.    Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

11 – Affarijiet Marittimi u Sajd

11.03 – Kontribuzzjonijiet obbligatorji għall-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd u għal organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn u għall-ftehimiet dwar is-sajd sostenibbli (l-SFAs)

11.03.01 – L-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqin minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi

1.3.    Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar: 

◻ azzjoni ġdida 

◻ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 8  

X l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

◻ fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn/ma’ azzjoni oħra jew azzjoni ġdida 

1.4.    Objettiv(i)

1.4.1.    Objettiv(i) ġenerali

In-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli ma’ pajjiżi terzi jilħqu l-objettiv ġenerali li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jingħataw aċċess għal żoni tas-sajd ta’ pajjiżi terzi u li tiġi żviluppata sħubija ma’ dawn il-pajjiżi bil-għan li jissaħħaħ l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd barra l-ilmijiet tal-Unjoni.

Il-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli jiżguraw ukoll il-koerenza bejn il-prinċipji li jirregolaw il-politika komuni tas-sajd u l-impenji meħudin fil-kuntest ta’ politiki Ewropej oħrajn (l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-pajjiżi terzi, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU), l-integrazzjoni tal-pajjiżi sħab fl-ekonomija globali u governanza politika u finanzjarja aħjar tas-sajd).

1.4.2.    Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Objettiv speċifiku

Sabiex jingħata kontribut għas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet li mhumiex tal-Unjoni, tinżamm preżenza Ewropea fis-sajd fl-ilmijiet imbiegħda u jitħarsu l-interessi tas-settur tas-sajd Ewropew u tal-konsumaturi billi jiġu nnegozjati u konklużi ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli ma’ Stati kostali, b’mod li jkun konsistenti ma’ politiki Ewropej oħrajn.

L-attivitajiet tal-ABM/ABB ikkonċernati

L-affarijiet marittimi u s-sajd, biex jiġi stabbilit qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqin minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi (SFAs) (il-linja baġitarja 11.03.01).

1.4.3.    Riżultati u impatti mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

L-estensjoni tal-Protokoll tal-Ftehim eżistenti ta’ sħubija dwar is-sajd tippermetti li jiġi evitat li jiġu interrotti l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti Ewropej meta l-Protokoll jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2020. Hija għandha tapplika għal perjodu massimu ta’ sena sa ma jitlestew in-negozjati biex jiġġedded il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd.

Il-Protokoll jippermetti li jiġi stabbilit qafas ta’ sħubija strateġika dwar is-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania. Il-Protokoll se jikkontribwixxi wkoll għal ġestjoni u konservazzjoni aħjar tar-riżorsi tas-sajd, permezz ta’ appoġġ finanzjarju (appoġġ settorjali) għall-implimentazzjoni tal-programmi adottati fil-livell nazzjonali mill-pajjiż sieħeb, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ u mal-ġlieda kontra s-sajd illegali u mal-appoġġ għas-settur tas-sajd fuq skala żgħira.

1.4.4.    Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Ir-rati tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd (l-użu annwali tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd bħala perċentwali tad-disponibbiltà offruta bil-Protokoll);

id-data dwar il-qabdiet (il-ġbir u l-analiżi) u l-valur kummerċjali tal-Ftehim;

il-kontribut għall-impjiegi u għall-valur miżjud fl-Unjoni, kif ukoll għall-istabbilizzazzjoni tas-suq tal-Unjoni (flimkien ma’ ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli oħrajn);

il-kontribut għat-titjib tar-riċerka, tal-monitoraġġ u tal-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd min-naħa tal-pajjiż sieħeb u tal-iżvilupp tas-settur tas-sajd tiegħu, l-aktar dak fuq skala żgħira.

1.5.    Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.    Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Hu maħsub li l-iskambju ta’ ittri li jestendi l-Protokoll jibda japplika b’mod proviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu, jiġifieri mis-16 ta’ Novembru 2020, sabiex jiġi evitat li jiġu interrotti l-attivitajiet tas-sajd li jkunu għaddejjin skont il-Protokoll attwali.

1.5.2.    Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-komplimentarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Jekk l-Unjoni ma tikkonkludix Protokoll ġdid, il-bastimenti tal-Unjoni ma jkunux jistgħu jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom, billi l-Ftehim fih klawżola li teskludi l-attivitajiet tas-sajd li ma jsirux fi ħdan il-qafas iddefinit minn protokoll tal-Ftehim. Għalhekk il-valur miżjud huwa espliċitu għall-flotta tal-UE ta’ distanzi twal. Il-Protokoll jipprovdi wkoll qafas għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni u l-Mauritania.


1.5.3.    Tagħlimiet meħudin minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-analiżi tal-qabdiet li saru fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania fl-imgħoddi u tal-qabdiet li saru dan l-aħħar fil-qafas ta’ protokolli simili f’dan ir-reġjun, kif ukoll il-valutazzjonijiet u l-pariri xjentifiċi disponibbli wasslu biex il-partijiet jistabbilixxu opportunitajiet tas-sajd mogħtija f’termini tal-limitu tal-qbid (f’qabdiet totali permissibbli) jew f’termini tat-tunnellaġġ ta’ referenza għall-kategoriji msemmijin fil-memorandum ta’ spjegazzjoni hawn fuq. L-appoġġ settorjali jqis il-ħtiġijiet f’termini tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-amministrazzjoni tas-sajd tal-Mauritania u l-prijoritajiet tal-istrateġija nazzjonali tas-sajd, fosthom, b’mod partikulari, ir-riċerka xjentifika u l-attivitajiet ta’ kontroll u ta’ monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd.

1.5.4.    Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

Il-fondi allokati għall-kontribuzzjoni finanzjarja għall-aċċess fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd jikkostitwixxu dħul funġibbli fil-baġit nazzjonali tal-Mauritania. Madankollu, il-fondi allokati għall-appoġġ settorjali jiġu assenjati lill-Ministeru responsabbli għas-sajd (ġeneralment billi jiddaħħlu fil-liġi annwali dwar il-baġit), minħabba li din hija kundizzjoni għall-konklużjoni u għall-monitoraġġ tal-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd. Dawn ir-riżorsi finanzjarji huma kompatibbli ma’ sorsi oħrajn ta’ finanzjament mingħand donaturi internazzjonali oħrajn tal-fondi biex jitwettqu proġetti u/jew programmi fil-livell nazzjonali fis-settur tas-sajd.

1.5.5.    Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Mhux applikabbli.

Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

X durata limitata

X    Fis-seħħ mill-2020 sal-2024

X    Impatt finanzjarju fl-2020 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2020 sal-2022 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

◻ durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 9  

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

◻    mill-aġenziji eżekuttivi

◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

◻ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

◻ lil pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

◻ lil organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

◻ lill-korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ lil korpi tal-liġi pubblika;

◻ lil korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lil korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lil persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

2.    MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-Kummissjoni (id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, flimkien mal-uffiċjal tas-sajd tagħha bbażat fil-pajjiż (f’Nouakchott) se tiżgura monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tal-Protokoll f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd min-naħa tal-operaturi, mad-data dwar il-qabdiet u mal-ħarsien tal-kundizzjonijiet tal-appoġġ settorjali.

Barra minn hekk, il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd jipprevedi mill-inqas laqgħa annwali waħda tal-Kumitat Konġunt, li matulha l-Kummissjoni u l-Mauritania jirrevedu l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll tiegħu u, jekk ikun meħtieġ, jaġġustaw l-ipprogrammar u, jekk ikun il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja.

2.2.    Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.    Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Ir-riskju identifikat huwa n-nuqqas ta’ użu tal-opportunitajiet tas-sajd mis-sidien tal-bastimenti tal-UE u n-nuqqas ta’ użu jew id-dewmien fl-użu tal-fondi maħsubin għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd mill-Mauritania.

2.2.2.    Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Qed jiġi ppjanat djalogu estensiv dwar l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali prevista fil-Ftehim u fil-Protokoll. L-analiżi konġunta tar-riżultati wkoll tifforma parti minn dawn il-metodi ta’ kontroll.

Barra minn hekk, il-Ftehim u l-Protokoll fihom klawżoli speċifiċi għas-sospensjoni tagħhom, skont ċerti kundizzjonijiet u f’ċerti ċirkustanzi.


2.2.3.    Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Il-Kummissjoni tintrabat li tistabbilixxi djalogu politiku mar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania u li tikkoordina b’mod regolari ma’ dan il-pajjiż bil-ħsieb li ttejjeb il-ġestjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll u li ssaħħaħ il-kontribut tal-Unjoni għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi. Kull pagament li l-Kummissjoni tagħmel fil-kuntest ta’ ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd huwa suġġett għar-regoli u għall-proċeduri baġitarji u finanzjarji standard tal-Kummissjoni. B’mod partikulari, il-kontijiet bankarji tal-pajjiżi terzi fejn titħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja jiġu identifikati bis-sħiħ. Skont il-Protokoll, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas f’kont tat-Teżor Pubbliku miftuħ mal-Bank Ċentrali tal-Mauritania.

3.    IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’  
nefqa

Kontribuzzjoni

In-numru  

Diff./Mhux diff. 10

mill-pajjiżi tal-EFTA 11

mill-pajjiżi kandidati 12

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

11.03.01

Stabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi (SFAs)

Diff.

LE

LE

LE

LE

Linji baġitarji ġodda mitlubin

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’  
nefqa

Kontribuzzjoni

In-numru  

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.    Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.    Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

◻    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

f’miljuni ta’ Euro (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju  
pluriennali

In-numru

2

Tkabbir sostenibbli: ir-riżorsi naturali

Id-DĠ: Affarijiet Marittimi u Sajd

Sena 
2020

Sena 
2021

Sena 
2022

TOTAL

•Approprjazzjonijiet operazzjonali

Il-linja baġitarja 13 11.0301

Impenji

(1a)

61.625

61.625

Pagamenti

(2 a)

57.500

4.125

61.625

Linja baġitarja

Impenji

(1b)

Pagamenti

(2b)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi 14  

Linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għad-DĠ Affarijiet Marittimi u Sajd

Impenji

=1a+1b +3

61.625

61.625

Pagamenti

=2a+2b

+3

57.500

4.125

61.625

 



•TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

61.625

61.625

Pagamenti

(5)

57.500

4.125

61.625

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
skont l-INTESTATURA <2.>  
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

61.625

61.625

Pagamenti

=5+ 6

57.500

4.125

61.625

Jekk il-proposta/l-inizjattiva tolqot iktar minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
skont l-INTESTATURI 1 sa 4 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 
(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

61.625

61.625

Pagamenti

=5+ 6

57.500

4.125

61.625





Intestatura tal-qafas finanzjarju  
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

Din it-taqsima għandha timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabel kollox trid tiddaħħal fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li għandu jittella’ fil-pjattaforma elettronika “DECIDE” għall-finijiet tal-konsultazzjoni bejn is-servizzi.

f’miljuni ta’ Euro (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2020

Sena 
2021

Sena 
2022

TOTAL

Id-DĠ: Affarijiet Marittimi u Sajd

• Riżorsi umani

• Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL tad-DĠ Affarijiet Marittimi u Sajd

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
skont l-INTESTATURA 5 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

f’miljuni ta’ Euro (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2020

Sena 
2021

Sena 
2022

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
skont l-INTESTATURI 1 sa 5 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

61.625

61.625

Pagamenti

57.500

4.125

61.625

3.2.2.    Output stmat iffinanzjat b’approprjazzjonijiet operazzjonali 

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ Euro (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-għanijiet u l-outputs

⇩

Sena 
2020

Sena 
2021

Sena 
2022

TOTAL

Tip 15

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 16 ...

- Aċċess

Annwali

11.6

11.6

11.6

58

- Appoġġ settorjali

Annwali

4

4

4

20

- Output

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 1

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2…

- Output

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 2

TOTALI

15.6

15.6

15.6

78

3.2.3.    Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva.

◻    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

f’miljuni ta’ Euro (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 17

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 5 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 5 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra mill-INTESTATURA 5 18  
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva  
oħra

Subtotal  
barra mill-INTESTATURA 5 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.    Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

◻    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena 
N

Sena 
N+1

Fis-sena N+2

Fis-sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

•Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01/11/21 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01/11 (Riċerka diretta)

•Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 19

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy  20

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02/12/22 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02/12 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

L-implimentazzjoni tal-Protokoll (il-pagamenti, l-aċċess għall-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Mauritania u l-ipproċessar tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd), it-tħejjija u s-segwitu tal-laqgħat tal-Kumitati Konġunti, it-tħejjija tat-tiġdid tal-Protokoll, l-evalwazzjoni esterna, il-proċeduri leġiżlattivi u n-negozjati.

Persunal estern

L-implimentazzjoni tal-Protokoll: il-kuntatt mal-awtoritajiet tal-Mauritania b’rabta mal-aċċess għall-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Mauritania, l-ipproċessar tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd u t-tħejjija u s-segwitu tal-laqgħat tal-Kumitati Konġunti, b’mod partikulari l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali.

3.2.4.    Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/l-inizjattiva:

X    tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (il-QFP).

Dan għandu x’jaqsam mal-użu tal-linja ta’ riżerva (il-Kapitolu 40).

◻    teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti u l-istrumenti li qed jiġi propost li jintużaw.

◻    teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.    Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

X    ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi.

◻    tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi li qed jiġi stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ Euro (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 21

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

 



3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul 

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

◻    Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

◻    fuq ir-riżorsi proprji

◻    fuq id-dħul mixxellanju

jekk jogħġbok indika jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa ◻    

f’miljuni ta’ Euro (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 22

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu ………….

Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

(1)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Lulju 2019 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati mar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għall-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli u Protokoll li jimplimenta dak il-Ftehim (ST 10231 2019 INIT).
(2)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1918 tat-8 ta’ Novembru 2019 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2019. ĠU L 297 I, 18.11.2019, p. 1.
(3)    Addendum għad-direttivi tan-negozjati fid-dokument 10231/19 ADD1 u d-dokument 10231/19 ADD 2 PECHE 285.
(4)    Dan l-ammont jista’ jinqabeż b’10 % mingħajr konsegwenzi għall-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-Unjoni Ewropea b’rabta mal-aċċess.
(5)    ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(6)    Skont il-Ftehim interistituzzjonali dwar il-kooperazzjoni f’materji tal-baġit (bin-numru ta’ referenza 2013/C 373/01).
(7)    ĠU L […], […], p. […].
(8)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(9)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(10)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(11)    L-EFTA: l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(12)    Il-pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(13)    Skont in-nomenklatura uffiċjali tal-baġit.
(14)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(15)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (pereż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(16)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi”
(17)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Jekk jogħġbok issostitwixxi “is-sena N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: l-2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(18)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(19)    AC = Persunal bil-kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Esperti Nazzjonali Sekondati; INT = Persunal tal-aġenziji; JED = Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
(20)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(21)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Jekk jogħġbok issostitwixxi “is-sena N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: l-2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(22)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % tal-kostijiet tal-ġbir.