|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3137 |
5.6.2025 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2025/3137)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Isla de Menorca / Illa de Menorca”
PGI-ES-A0870-AM02 — 10.3.2025
1. Isem il-prodott
Isla de Menorca
Illa de Menorca
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☐ |
DOP |
|
☒ |
IĠP |
|
☐ |
IĠ |
3. Settur
|
☐ |
prodotti agrikoli |
|
☒ |
inbejjed |
|
☐ |
xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż terz li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
Spanja
5. Isem tal-awtoritajiet ta’ pajjiż terz jew tal-grupp ta’ produtturi stabbilit jew residenti f’pajjiż terz li jikkomunika l-emenda standard lill-Kummissjoni
Il-Ministeru għall-Agrikoltura, l-Ikel u l-Ambjent
Id-Direttorat Ġenerali għall-Industrija tal-Ikel
Is-Sottodirettorat Ġenerali għall-Kwalità Distintiva u l-Agrikoltura Organika.
6. Kwalifika bħala emenda standard
Raġuni:
Il-varjetajiet Garnacha blanca u Garnacha tinta ġew inklużi bħala varjetajiet xierqa għall-produzzjoni tal-IĠP Isla de Menorca minħabba l-prestiġju li se jġibu għall-inbejjed tal-IĠP. Din ir-reputazzjoni hija ġġustifikata mir-rikonoxximenti u l-premjijiet miksuba mill-inbejjed prodotti minn dawn il-varjetajiet. Barra minn hekk, l-inklużjoni tagħhom għandha impatt ekonomiku pożittiv fuq il-kantini tal-inbid irreġistrati.
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
INKLUŻJONI TA’ VARJETAJIET ĠODDA.
Deskrizzjoni:
Il-varjetajiet Garnacha blanca u Garnacha tinta żdiedu bħala varjetajiet tal-għeneb tal-inbid abjad u aħmar, rispettivament.
It-Taqsima 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 7 tad-Dokument Uniku ġew emendati.
Dan jikkorrispondi għal emenda standard skont it-tifsira tal-Artikolu 24 tar-Regolament 2024/1143, peress li: ma jinkludix bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem jew tal-kategorija ta’ prodotti deżinjati mill-indikazzjoni ġeografika, ma jaffettwax ir-rabta u ma jinvolvix restrizzjonijiet ġodda fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/Ismijiet (ta’ Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti (DOP) jew ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (IĠP))
Isla de Menorca
Illa de Menorca
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika:
IĠP
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dielja kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
|
1. |
Inbid |
3.1. Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda
|
— |
22 — XARBIET, SPIRTI U ĦALL 2204 — Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb, għajr dak tal-intestatura 2009 |
4. Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed
1. Inbid aħmar u rożè
DESKRIZZJONI QASIRA
Inbid aħmar: aħmar lewn iċ-ċirasa, jgħajjat. Fil-ħalq huwa mellies, b’korporatura medja, strutturat tajjeb u bbilanċjat.
Inbid rożè: ileqq, aħmar lewn iċ-ċirasa, u żejtni fil-palat. Għandu aromi ta’ frott aħmar (għanbaqar u frawli), ta’ intensità medja u b’persistenza retronażali għolja.
|
* |
Għall-inbejjed b’kontenut ta’ zokkor ≤ 5 g/l (glukożju + fruttożju), il-kontenut tad-diossidu tal-kubrit huwa ≤ 150 mg/l għall-inbejjed ħomor u ≤ 200 mg/l għall-inbejjed rożè; jekk il-kontenut taz-zokkor ikun > 5 g/l, il-kontenut tad-diossidu tal-kubrit ikun ≤ 200 mg/l għall-inbejjed ħomor u ≤ 250 mg/l għall-inbejjed rożè. |
|
* |
Għall-inbejjed immaturati, l-aċidità volatili massima tkun ta’ 14,33 mEq/l; żieda ta’ 1 mEq/l għal kull grad ta’ qawwa alkoħolika ta’ aktar minn 11 %. |
|
* |
Għal-limiti li ma ġewx speċifikati, trid tiġi mħarsa l-leġiżlazzjoni tal-UE fis-seħħ. |
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): — |
|
— |
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): 12 |
|
— |
Aċidità totali minima: 4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 13,33 |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): — |
2. Inbid abjad
DESKRIZZJONI QASIRA
Inbejjed ta’ lewn isfar ċar jgħajjat għal isfar dehbi bi sfumaturi ħodor. Għandhom togħma bnina, u ta’ frott, huma friski, xotti u ta’ intensità u persistenza għolja.
|
* |
Għall-inbejjed b’kontenut ta’ zokkor ≤ 5 g/l (glukożju + fruttożju), il-kontenut tad-diossidu tal-kubrit huwa ≤ 200 mg/l; jekk il-kontenut taz-zokkor ikun > 5 g/l, il-kontenut ta’ kubrit ikun ≤ 250 mg/l. |
|
* |
Għall-inbejjed immaturati, l-aċidità volatili massima tkun ta’ 14,33 mEq/l; żieda ta’ 1 mEq/l għal kull grad ta’ qawwa alkoħolika ta’ aktar minn 11 %. |
|
* |
Għal-limiti li ma ġewx speċifikati, trid tiġi mħarsa l-leġiżlazzjoni tal-UE fis-seħħ. |
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): — |
|
— |
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): 11,5 |
|
— |
Aċidità totali minima: 4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 13,33 |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): — |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom
|
1. |
Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed Għandhom jiġu applikati pressjonijiet xierqa biex jiġi estratt il-most jew l-inbid u jiġi sseparat mill-karfa tal-għeneb magħsur. Ir-rendiment irid ikun ta’ < 70 l ta’ nbid għal kull 100 kg ta’ għeneb. Il-limitu f’litri ta’ nbid għal kull 100 kg ta’ għeneb jista’ jiġi emendat meta ġustifikat u awtorizzat mill-Kunsill tal-Gżira ta’ Menorca (CIM, Consejo Insular de Menorca), fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-partijiet interessati. Il-bidla trid issir qabel il-qtugħ bil-kontrolli meħtieġa u ma tistax taqbeż l-74 litru ta’ nbid għal kull 100 kg ta’ għeneb. |
|
2. |
Prattika tal-kultivazzjoni Il-kultivazzjoni għandha ssir f’forma ta’ sġajriet jew permezz tat-tħarriġ ma’ kannizzata. |
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
|
1. |
8 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
|
2. |
56 ettolitru għal kull ettaru |
6. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika demarkata
Iż-żona tal-produzzjoni tal-għeneb u tal-inbid eliġibbli għat-terminu Illa de Menorca / Isla de Menorca, tinkludi l-muniċipalitajiet kollha fil-gżira ta’ Menorca.
7. Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed
|
|
CABERNET SAUVIGNON |
|
|
CHARDONNAY |
|
|
GARNACHA BLANCA |
|
|
GARNACHA TINTA |
|
|
MACABEO - VIURA |
|
|
MALVASIA AROMÁTICA - MALVASÍA DE BANYALBUFAR |
|
|
MERLOT |
|
|
MOLL - PENSAL BLANCA |
|
|
MONASTRELL |
|
|
MOSCATEL DE ALEJANDRÍA |
|
|
PARELLADA |
|
|
SYRAH |
|
|
TEMPRANILLO |
8. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-rabta hija bbażata fuq ir-reputazzjoni miksuba malajr fis-suq, li hija riflessa fil-bejgħ domestiku u internazzjonali, meta jitqies il-fatt li l-era l-ġdida tal-inbid Menorca bdiet madwar 25 sena ilu.
Bejgħ: 88,49 % fil-Gżejjer Baleariċi, 7 % fil-bqija ta’ Spanja, 0,23 % fl-UE, 2,25 % fl-Amerka, 2,03 % fiċ-Ċina.
Ir-reputazzjoni attwali tal-inbid kopert mill-IĠ “VTIM” hija dovuta għat-tip ta’ varjetajiet ta’ għeneb imkabbrin, li għalkemm huma tradizzjonali, ġew ikkaratterizzati ħafna mill-ħamrija kalkarja u siliċuża, baxxa u maqsuma. Id-dwieli tal-għeneb, milquta mir-riħ tat-Tramuntana li jġib miegħu l-mikroelementi, huma partikolarment reżiljenti u għandhom rendimenti baxxi li rari jilħqu l-2 000 kg/ha.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Il-prodotti kollha eliġibbli għat-terminu Illa de Menorca / Isla de Menorca, għandu jkollhom fuqhom tikketti b’numru ta’ kontroll uffiċjali assenjat mill-Kunsill tal-Gżira ta’ Menorca.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.caib.es/sites/qualitatagroalimentaria/ca/vi_de_la_terra_illa_de_menorca-46262/
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3137/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)