|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2716 |
1.12.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/2716
tas-27 ta’ Novembru 2023
li taħtar żewġ membri u erba’ membri supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Spanjol,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
|
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fis-6 ta’ Ottubru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2021/1835 (3), li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġew proposti għall-ħatra s-Sa Francesca Lluch ARMENGOL i SOCIAS u s-Sur Francisco Javier LAMBÁN MONTAÑÉS saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(4) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġew proposti għall-ħatra s-Sur Francisco Celso GONZÁLEZ GONZÁLEZ, is-Sur José Francisco HERRERA ANTONAYA, is-Sur Julián José ZAFRA DÍAZ u s-Sa Maria Teresa PÉREZ ESTEBAN saru vakanti s-siġġijiet ta’ erba’ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(5) |
Il-Gvern Spanjol ippropona r-rappreżentanti li ġejjin ta’ korp reġjonali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur Jorge Antonio AZCÓN NAVARRO, Presidente de la Comunidad Autónoma de Aragón (President tal-Komunità Awtonoma ta’ Aragona) u s-Sa Margarita PROHENS RIGO, Presidenta del Gobierno de las Illes Balears (President tal-Gvern tal-Gżejjer Baleariċi). |
|
(6) |
Il-Gvern Spanjol ippropona r-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sa Celia ALBERTO PÉREZ, Directora General de Asuntos Europeos del Gobierno de Canarias (Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Ewropej tal-Gvern tal-Gżejjer Kanarji), is-Sa Esther HERRANZ GARCÍA Directora General de Fondos y Relaciones con la Unión Europea del Gobierno de La Rioja (Direttur Ġenerali għall-Fondi u r-Relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea tal-Gvern ta’ La Rioja), is-Sa Tomasa HERNÁNDEZ MARTÍN Consejera de Presidencia, Interior y Cultura,Gobierno de Aragón (Ministru Reġjonali għall-Presidenza, l-Affarijiet Interni u l-Kultura, Gvern ta’ Aragona), u s-Sa Cristina MENÉNDEZ ÁLVAREZ, Directora General de Cooperación con el Estado y la Unión Europea, Comunidad de Madrid (Direttur Ġenerali għall-Kooperazzjoni mal-Istat u l-Unjoni Ewropea, Komunità ta’ Madrid), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali jew li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:
|
(a) |
bħala membri:
u |
|
(b) |
bħala membri supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
X. MÉNDEZ BÉRTOLO
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1835 tas-6 ta’ Ottubru 2021 li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 372, 20.10.2021, p. 14).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2716/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)