|
3.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 272/18 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9051 — Sheares Healthcare/TPG Growth/AHH)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 272/08)
1.
Fis-27 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Sheares Healthcare Group Pte. Ltd (“Sheares Healthcare”, Singapore), li tappartjeni għal Temasek (Singapore); |
|
— |
TPG Growth III SF Pte. Ltd (“TPG Growth”, Singapore), li tappartjeni għal TPG (l-Istati Uniti tal-Amerka); |
|
— |
Asia Healthcare Holdings Pte. Ltd (“AHH”, Singapore), ikkontrollata minn TPG Growth. |
Sheares Healthcare u TPG Growth jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ AHH kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Sheares Healthcare: il-forniment ta’ servizzi ta’ twassil tal-kura tas-saħħa fl-Asja. Temasek hija kumpanija dinjija tal-investiment;
— TPG Growth: parti minn TPG, ditta dinjija tal-investiment privat li tmexxi familja ta’ fondi li jinvestu f’varjetà ta’ kumpaniji permezz ta’ akkwisti u ristrutturar korporattiv;
— fAHH: għandha interessi ta’ kontroll i) f’Rhea Healthcare Pte. Ltd, li tħaddem network ta’ ċentri tal-kura tal-omm u t-tarbija fl-Indja u ii) Cancer Treatment Services International, li tħaddem network ta’ faċilitajiet li jispeċjalizzaw biss fuq il-cancer fl-Indja.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.9051 — Sheares Healthcare/TPG Growth/AHH
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).