22.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 278/29


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tal-20 ta' Ottubru 2010

il-ħatra ta' mħallef fil-Qorti Ġenerali

(2010/629/UE)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, huwa meħtieġ li jkun hemm tiġdid parzjali tal-imħallfin tal-Qorti Ġenerali kull tliet snin. Għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2010 sal-31 ta' Awwissu 2016, kellhom jinħatru 14-il imħallef fil-Qorti Ġenerali.

(2)

Fit-23 ta' Ġunju 2010 u t-8 ta' Lulju 2010, il-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri ħatret 12-il imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu msemmi hawn fuq (1), (2).

(3)

Sakemm jitwettaq il-proċess tal-ħatra tal-imħallfin fiż-żewġ postijiet vakanti li għad fadal, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tas-Sur Mihalis VILARAS u s-Sur Valeriu CIUCĂ, maħtura mħallfin rispettivament fl-1 ta' Settembru 2004 u fl-1 ta' Jannar 2007, baqgħu fil-kariga wara l-31 ta' Awwissu 2010.

(4)

Il-Gvern tal-Greċja ppropona l-kandidatura tas-Sur Dimitrios GRATSIAS għall-funzjonijiet ta' mħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-adegwatezza ta' dan il-kandidat għall-qadi tal-funzjonijiet ta' mħallef fil-Qorti Ġenerali.

(5)

Għaldaqstant huwa meħtieġ li jinħatar membru fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-25 ta' Ottubru 2010 sal-31 ta' Awwissu 2016; il-ħatra ta' mħallef għall-post vakanti li għad fadal ser isseħħ aktar tard,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Dimitrios GRATSIAS huwa b'dan maħtur imħallef fil-Qorti Ġenerali, għall-perijodu mill-25 ta' Ottubru 2010 sal-31 ta' Awwissu 2016.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. De RUYT


(1)  Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta' Ġunju 2010 li taħtar imħallfin fil-Qorti Ġenerali, ĠU L 163, 30.6.2010, p. 41.

(2)  Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta' Lulju 2010 li taħtar imħallfin fil-Qorti Ġenerali, ĠU L 186, 20.7.2010, p. 29.