|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2691 |
14.10.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2691
tat-8 ta’ Ottubru 2024
li taħtar membru u żewġ membri supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposti tal-Gvern Spanjol,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
|
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fit-18 ta’ Lulju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2022/1261 (3), li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni. Fit-30 ta’ Jannar 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2023/227 (4), li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġiet proposta għall-ħatra s-Sa Meritxell SERRET I ALEU sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(4) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandati nazzjonali li abbażi tagħhom ġew proposti għall-ħatra s-Sur Juan GARCÍA-GALLARDO FRINGSX u s-Sur Joan CALABUIG RULLX saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(5) |
Il-Gvern Spanjol ippropona lis-Sur Salvador ILLA ROCA, rappreżentant ta’ korp reġjonali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, President de la Generalitat de Catalunya (President tal-Gvern tal-Katalonja), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025. |
|
(6) |
Il-Gvern Spanjol ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sa María Isabel BLANCO LLAMAS, Vicepresidenta de la Junta de Castilla y León (Viċi President tal-Gvern Reġjonali ta’ Castilla y León) u s-Sur Pablo Gustavo BROSETA DUPRÉ, Secretario Autonómico de Representación ante la UE y las CCAA Generalitat Valenciana (Viċi Ministru għar-Rappreżentanza għall-Unjoni Ewropea u r-Reġjuni Awtonomi Spanjoli. Il-Gvern tar-Reġjun ta’ Valenzja), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:
|
(a) |
bħala membru:
u |
|
(b) |
bħala membri supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
VARGA M.
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13, (ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/2157/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1261 tat-18 ta’ Lulju 2022 li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 191, 20.7.2022, p. 71, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1261/oj).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/227 tat-30 ta’ Jannar 2023 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 32, 3.2.2023, p. 56, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/227/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2691/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)