|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3615 |
8.7.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12461 – ARES / ENI / PLENITUDE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/3615)
1.
Fid-29 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Ares Management Corporation (“Ares”, l-Istati Uniti), ikkontrollata minn Ares Partners HoldCo LLC (“Ares Partners”, l-Istati Uniti), |
|
— |
ENI S.p.A (“Eni”, l-Italja), |
|
— |
ENI plenitude S.p.A Società Benefit (“Eni plenitude”, l-Italja), li bħalissa hija kkontrollata biss minn Eni. |
Ares u Eni se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Eni Plenitude.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Ares hija maniġer globali tal-investimenti alternattivi li toffri lill-klijenti soluzzjonijiet ta’ investiment primarji u sekondarji komplementari fil-klassijiet tal-assi tal-kreditu, tal-proprjetà immobbli, tal-ekwità privata u tal-infrastruttura, |
|
— |
ENI huwa grupp tal-enerġija attiv fis-setturi taż-żejt u tal-gass, li jopera globalment fl-esplorazzjoni, fil-produzzjoni, fir-raffinar u fil-kummerċjalizzazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, kif ukoll fil-ġenerazzjoni u l-bejgħ tal-elettriku u fit-tranżizzjoni lejn soluzzjonijiet alternattivi tal-enerġija. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Eni Plenitude huma dawn li ġejjin:|
— |
Eni Plenitude hija attiva fil-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli, fil-bejgħ bl-imnut tal-elettriku u tal-gass naturali lil klijenti domestiċi u lil klijenti mhux domestiċi, fis-settur tal-elettromobbiltà u fil-provvista ta’ servizzi ta’ effiċjenza enerġetika. |
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12461 – ARES / ENI / PLENTITUDE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3615/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)