2010D0221 — MT — 15.12.2012 — 005.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ April 2010

li tapprova miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi b’konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1850)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/221/UE)

(ĠU L 098, 20.4.2010, p.7)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-7 ta’ Diċembru 2010

  L 322

47

8.12.2010

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-24 ta' Marzu 2011

  L 80

15

26.3.2011

 M3

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tas-7 ta’ Lulju 2011

  L 180

47

8.7.2011

►M4

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tat-8 ta’ Diċembru 2011

  L 328

53

10.12.2011

►M5

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tat-13 ta’ Diċembru 2012

  L 347

36

15.12.2012




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ April 2010

li tapprova miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi b’konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1850)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/221/UE)



IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE tad-29 ta’ April 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE fir-rigward tal-miżuri kontra ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura ( 2 ) tapprova l-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ ċerti Stati Membri jew partijiet minnhom fir-rigward tal-viremija tar-rebbiegħa tal-karpjuni (SVC), mard tal-fwied batteriku (BKD), il-vajrus tan-nekrożi pankreatika infettiva (IPN) u infezzjoni bil-Gyrodactylus salaris (GS) (“żoni approvati bħala ħielsa mill-mard”), u programmi ta’ ċerti Stati Membri għall-kontroll jew għall-qerdaqerda (programmi approvati ta’ kontroll jew ta’ qerda) tal-SVC, il-BKD u l-IPN.

(2)

L-Istati Membri b’approvazzjoni ta’ żoni ħielsa mill-mard jew biprogrammi approvati ta’ kontroll jew ta’ qerda jistgħu, skont id-Deċiżjoni 2004/453/KE, jitolbu garanziji addizzjonali għal kunsinni tal-ħut ħaj tal-akkwakultura ta’ speċijiet suxxettibbli għall-mard rilevanti, li jkunu maħsuba għat-trobbija, li għandhom jiġu introdotti f’dawk iż-żoni. Dawk il-garanziji addizzjonali jikkonsistu fir-rekwiżit li dawk il-kunsinni jridu joriġinaw minn żona bi status ta’ saħħa ekwivalenti ma’ dak tal-post ta’ destinazzjoni.

(3)

Id-Direttiva 2006/88/KE tirrevoka u tissostitwixxi d-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 li tikkonċerna l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw it-tqegħid fuq is-suq tal-annimali u prodotti tal-akkwakultura ( 3 ). Madankollu, id-Direttiva 2006/88/KE tipprevedi li d-Deċiżjoni 2004/453/KE għandha tkompli tapplika għall-għan tad-Direttiva 2006/88/KE sal-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet neċessarji konformi ma’ dik id-Direttiva, li għandhom jiġu adottati mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ.

(4)

L-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/88/KE jipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri biex jipprevjenu l-introduzzjoni tal-mard, jew jikkontrollaw il-mard li mhuwiex elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tagħha li jikkostitwixxi riskju sinifikanti għall-qagħda tas-saħħa tal-annimali tal-akkwakultura jew l-annimali akkwatiċi selvaġġi f’dawk l-Istati Membri. Dawk il-miżuri ma għandhomx jaqbżu l-limiti ta’ dak li huwa xieraq u meħtieġ għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni jew għall-kontroll ta’ mard bħal dan.

(5)

L-Istati Membri li ngħataw id-dritt li jitolbu garanziji addizzjonali skont id-Deċiżjoni 2004/453/KE pprovdew lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-mard fir-rigward ta’ mard li għalih huma approvaw iż-żoni ħielsa mill-mard jew approvaw il-programmi ta’ kontroll jew ta’ qerdaqerda. Huma wrew li hu xieraq u neċessarju li titkompla l-ħtieġa ta’ miżuri nazzjonali fil-forma ta’ tqegħid fis-suq, importazzjoni u rekwiżiti tat-tranżitu, skont l-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/88/KE.

(6)

Konsegwentament, l-Istati Membri li ġew mogħtija d-dritt li jitolbu garanziji addizzjonali skont id-Deċiżjoni 2004/453/KE għall-introduzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura ta’ speċijiet suxxettibbli f’żoni approvati ħielsa mill-mard jew żoni bi programmi approvati ta’ kontroll jew ta’ qerda għandhom jitħallew ikomplu japplikaw dawn il-miżuri bħala miżuri nazzjonali approvati skont l-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/88/KE.

(7)

Barra minn hekk, il-Finlandja pprovdiet l-informazzjoni sabiex tappoġġja r-riżultat li ma għadux neċessarju li jiġu kkunsidrati ċerti żoni tal-ġbir tal-ilma bħala żoni ta’ lqugħ biex jiġi protett l-istatus ta’ ħelsien mill-mard fir-rigward tal-SVC u l-IPN.

(8)

Fl-interess tas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, ir-rekwiżiti speċifiċi għat-tqegħid fis-suq, għall-importazzjoni u għat-tranżitu ta’ kunsinni tal-annimali tal-akkwakultura u l-annimali akkwatiċi selvaġġi maħsuba għal żoni b’miżuri nazzjonali approvati, għandhom ikunu inklużi mad-dispożizzjonijiet u mal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità tal-annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u l-istabbiliment ta’ lista ta’ speċijiet vettori ( 4 ).

(9)

Il-miżuri nazzjonali approvati minn din id-Deċiżjoni għandhom jiġu applikati biss sakemm huma xierqa u neċessarji. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport annwali lill-Kummissjoni dwar il-funzjonament tal-miżuri nazzjonali.

(10)

Kull suspett tal-preżenza ta’ marda rilevanti f’żoni elenkati bħala ħielsa mill-mard fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi investigat u matul l-investigazzjoni għandhom japplikaw ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment sabiex jiġu protetti l-Istati Membri b’miżuri nazzjonali approvati fir-rigward tal-istess marda. Barra minn hekk, sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni mill-ġdid tal-miżuri nazzjonali approvati, kull konferma sussegwenti ta’ mard għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

(11)

Il-programmi ta’ qerda għandhom iwasslu għal titjib fis-sitwazzjoni tal-mard f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. Fit-tieni nofs tal-2011, is-sitwazzjoni tal-mard fiż-żoni koperti minn programmi bħal dawn għandha tiġi eżaminata mill-ġdid u għandu jiġi evalwat mill-ġdid jekk il-miżuri nazzjonali humiex xierqa. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni għandha tistipula li dawk il-miżuri għandhom japplikaw biss sal-31 ta’ Diċembru 2011.

(12)

Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, id-Deċiżjoni 2004/453/KE għandha tiġi espressament irrevokata.

(13)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fin-negozju, kunsinni tal-annimali tal-akkwakultura li huma akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ skont l-Anness III tad-Deċiżjoni 2004/453/KE għandhom jitħallew jitqiegħdu fis-suq sat-30 ta’ Ġunju 2010, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

(14)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



▼M2

Artikolu 1

Il-kontenut u l-ambitu

Din id-Deċiżjoni tapprova l-miżuri nazzjonali tal-Istati Membri elenkati fl-Annessi I, II u III tagħha għal-limitazzjoni tal-impatt u t-tixrid ta' ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u fl-annimali akkwatiċi selvaġġi skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE.

▼B

Artikolu 2

L-approvazzjoni ta’ ċerti miżuri nazzjonali għal-limitazzjoni tal-impatt ta’ ċertu mard mhux elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE

1.  L-Istati Membri u partijiet minnhom elenkati fit-tieni u fir-raba’ kolonni tat-tabella fl-Anness I għandhom jiġu kkunsidrati bħala ħielsa mill-mard elenkati fl-ewwel kolonna ta’ dik it-tabella (“żoni ħielsa mill-mard”).

2.  L-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jitolbu li l-kunsinni li jkun imisshom jiġu introdotti f’żona ħielsa mill-mard jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) fir-rigward ta’ dak il-mard li għalih huma kkunsidrati bħala ħielsa mill-mard:

(a) l-annimali tal-akkwakultura maħsuba għat-trobbija, għaż-żoni ta’ żamma, għaż-żoni tas-sajd ripopolati artifiċjalment, għall-faċilitajiet ornamentali miftuħa u għall-istokkjar mill-ġdid jridu jikkonformaw ma’:

(i) ir-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq stabbiliti fl-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008;

(ii) ir-rekwiżiti għall-importazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008;

(iii) ir-rekwiżiti għat-tranżitu u l-ħażna stabbiliti fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008;

(b) l-annimali akkwatiċi ornamentali maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa jridu jikonformaw ma’:

(i) ir-rekwiżiti għall-importazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008;

(ii) r-rekwiżiti għat-tranżitu u l-ħażna stabbiliti fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008.

Artikolu 3

L-approvazzjoni ta’ programmi ta’ qerda nazzjonali fir-rigward ta’ ċertu mard mhux elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE

1.  Il-programmi ta’ qerda adottati mill-Istati Membri elenkati fit-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness II għall-mard elenkat fl-ewwel kolonna ta’ dik it-tabella, fir-rigward taż-żoni elenkati fir-raba’ kolonna tagħha (“programmi ta’ qerda”), ġew approvati.

2.  Għal perjodu sal- ►M4  31 ta’ Diċembru 2013 ◄ , l-Istati Membri elenkati fit-tabella fl-Anness II jistgħu jitolbu li l-kunsinni tal-annimali tal-akkwakultura msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 2(2), introdotti f’żona soġġetta għal programm ta’ qerda jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dawk il-punti fir-rigward ta’ mard kopert minn dak il-programm ta’ qerda.

▼M2

Artikolu 3a

Approvazzjoni tal-programmi ta' sorveljanza nazzjonali fir-rigward tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar)

1.  Il-programmi ta' sorveljanza fir-rigward tal-ostreid herpes virus 1 μνar (OsHV-1 μνar) adottat mill-Istati Membri elenkati fit-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness III fir-rigward taż-żoni elenkati fir-raba’ kolonna tiegħu (il-programmi ta' sorveljanza), huma approvati.

2.  Għal perjodu li jdum sat-30 ta' April 2013, l-Istati Membri elenkati fit-tabella fl-Anness III jistgħu jitolbu li l-kunsinni li jiġu introdotti f'żona elenkata fir-raba’ kolonna ta' dak l-Anness ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) kunsinni ta' gajdri tal-Paċifiku maħsuba għal żoni fejn jitrabbew u jinżammu l-gajdri, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar it-tqegħid fis-suq stabbiliti fl-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008;

(b) kunsinni ta' gajdri tal-Paċifiku għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar it-tqegħid fis-suq stabbiliti fl-Artikolu 8b tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008, meta tali kunsinni jkunu maħsuba għal ċentri tad-dispaċċ, tal-purifikazzjoni jew negozji simili qabel il-konsum mill-bniedem li mhumiex mgħammra b'sistema ta' trattament tal-effluwent ivvalidata mill-awtorità kompetenti li:

(i) tirrendi inattivi l-virusijiet b'involukru; jew

(ii) tnaqqas ir-riskju li l-mard jiġi trażmess fl-ilma naturali għal-livell aċċettabbli.

▼M2

Artikolu 4

Rappurtar

1.  Sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena, l-Istati Membri elenkati fl-Annessi I u II għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar il-miżuri nazzjonali approvati msemmija fl-Artikoli 2 u 3.

2.  Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru ta' kull sena, l-Istati Membri elenkati fl-Anness III għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar il-miżuri nazzjonali approvati msemmija fl-Artikolu 3a.

3.  Ir-rapporti previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinkludu mill-inqas informazzjoni aġġornata dwar:

(a) ir-riskji sinifikanti għas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali tal-akkwakultura, jew tal-annimali akkwatiċi selvaġġi ppreżentati mill-mard, li għalih japplikaw il-miżuri nazzjonali, u n-neċessità u l-adegwatezza ta' dawk il-miżuri;

(b) il-miżuri nazzjonali li ttieħdu sabiex jinżamm l-istatus ta' ħelsien mill-mard, inkluż kwalunkwe ttestjar li twettaq; l-informazzjoni li tikkonċerna dan l-ittestjar trid tiġi pprovduta bl-użu tal-formola li sservi ta' mudell stabbilita fl-Anness VI mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/177/KE ( 5 );

(c) l-evoluzzjoni tal-programm ta' qerda jew ta' sorveljanza, inkluż kull test li jkun twettaq; l-informazzjoni li tikkonċerna dan l-ittestjar trid tiġi pprovduta bl-użu tal-formula li sservi ta' mudell stabbilita fl-Anness VI mad-Deċiżjoni 2009/177/KE.

▼B

Artikolu 5

Is-Suspett u l-iskoperta ta’ mard f’żoni ħielsa mill-mard

1.  Fejn Stat Membru li hu elenkat fl-Anness I ta’ dan jissuspetta l-preżenza ta’ marda f’żona li hija elenkata bħala żona ħielsa mill-mard għal dik il-marda f’dak l-Anness, dak l-istat Membru għandu jieħu l-miżuri mill-anqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 28, l-Artikolu 29(2),(3) u (4) u l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2006/88/KE.

2.  Fejn l-investigazzjoni epiżootika tikkonferma l-iskoperta tal-marda msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’dan, u bi kwalunkwe miżuri li jittieħdu għat-trażżin u l-kontroll ta’ dik il-marda.

▼M2

Artikolu 5a

Suspett u sejbien tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar) f'żoni bi programmi ta' sorveljanza

1.  Fejn Stat Membru li hu elenkat fl-Anness III ikollu suspett dwar il-preżenza tal-OsHV-1 μνar f'żona li hija elenkata fir-raba’ kolonna ta' dak l-Anness, dak l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri li tal-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 28, l-Artikolu 29(2),(3) u (4) u l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2006/88/KE.

2.  Fejn l-investigazzjoni epiżootika tikkonferma l-iskoperta tal-OsHV-1 μνar fiż-żoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'dan, u bi kwalunkwe miżuri li jittieħdu għat-trażżin u l-kontroll ta' dik il-marda.

▼B

Artikolu 6

Revoka

Id-Deċiżjoni 2004/453/KE hija revokata.

Referenzi għad-Deċiżjoni revokata għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Għal perjodu tranżizzjonali sat-31 ta’ Lulju 2010, il-kunsinni tal-annimali tal-akkwakultura akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali skont l-Anness III tad-Deċiżjoni 2004/453/KE jistgħu jitqiegħdu fis-suq sakemm jilħqu d-destinazzjoni finali tagħhom qabel dik id-data.

Artikolu 8

Applikabilità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-15 ta’ Mejju 2010.

Artikolu 9

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M1




ANNESS I



L-Istati Membri u ż-żoni li huma meqjusa ħielsa mill-mard elenkat fit-tabella u approvati biex jieħdu miżuri nazzjonali biex jevitaw l-introduzzjoni ta' dak il-mard skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE

Marda

Stat Membru

Kodiċi

Id-demarkazzjoni ġeografika taż-żona b'miżuri nazzjonali approvati

Il-viremija tar-rebbiegħa tal-karpjuni (SVC)

Id-Danimarka

DK

It-territorju kollu

L-Irlanda

IE

It-territorju kollu

L-Ungerija

HU

It-territorju kollu

Il-Finlandja

FI

It-territorju kollu

L-Isvezja

SE

It-territorju kollu

Ir-Renju Unit

UK

It-territorju kollu tar-Renju Unit; it-territorji ta' Guernsey, Jersey u l-Isle of Man.

Mard batteriku tal-kliewi (BKD)

L-Irlanda

IE

It-territorju kollu

Ir-Renju Unit

UK

It-territorju tal-Irlanda ta' Fuq; it-territorji ta' Jersey u l-Isle of Man.

Vajrus tan-Nekrożi Pankreatika Infettiva (IPN)

Il-Finlandja

FI

Il-partijiet kontinentali tat-territorju

L-Isvezja

SE

Il-partijiet kontinentali tat-territorju

Ir-Renju Unit

UK

It-territorju tal-Isle of Man

Infezzjoni bil- Gyrodactylus salaris (GS)

L-Irlanda

IE

It-territorju kollu

Il-Finlandja

FI

Iż-żoni tal-ġbir tal-ilma ta' Tenojoki u Näätämönjoki; Iż-żoni tal-ġbir tal-ilma ta' Paatsjoki, Luttojoki, u Uutuanjoki huma kkunsidrati bħala żoni ta' lqugħ.

Ir-Renju Unit

UK

It-territorju kollu tar-Renju Unit; it-territorji ta' Guernsey, Jersey u l-Isle of Man.

▼M5




ANNESS II



L-Istati Membri u partijiet minnhom bi programmi ta’ eradikazzjoni fir-rigward ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura, u li huma approvati sabiex jieħdu miżuri nazzjonali għall-kontroll ta’ dan il-mard skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE

Marda

Stat Membru

Kodiċi

Id-demarkazzjoni ġeografika taż-żona b’miżuri nazzjonali approvati

Il-mard batteriku tal-kliewi (BKD)

Il-Finlandja

FI

Iż-żoni tal-ġbir tal-ilma li ġejjin:

Kymijoki (ħlief iż-żona tal-ġbir tal-ilma ta’ Vesijärvi), Juustilanjoki, Hounijoki, Tervajoki, Vilajoki, Urpalanjoki, Vaalimaanjoki, Virojoki, Vehkajoki, Summajoki, Vuoksi, Jänisjoki, Kiteenjoki-Tohmajoki, Hiitolanjoki, Tenojoki, Näätämöjoki, Uutuanjoki, Paatsjoki, Tuulomajoki

L-Isvezja

SE

Il-partijiet kontinentali tat-territorju

Il-vajrus infettiv tan-nekrożi pankreatika (IPN)

L-Isvezja

SE

Il-partijiet kostali tat-territorju




ANNESS III



L-Istati Membri u żoni bi programmi ta’ sorveljanza fir-rigward tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar), u li huma approvati sabiex jieħdu miżuri nazzjonali għall-kontroll ta’ din il-marda skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE

Marda

Stat Membru

Kodiċi

Id-demarkazzjoni ġeografika taż-żoni b’miżuri nazzjonali approvati

(Stati Membri, żoni u kompartimenti)

L-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar)

L-Irlanda

IE

Kompartiment 1: il-Bajja ta’ Sheephaven

Kompartiment 2: il-Bajja ta’ Gweebara

Kompartiment 3: il-Bajjiet ta’ Killala, Broadhaven u Blacksod

Kompartiment 4: il-Bajja ta’ Streamstown.

Kompartiment 5: il-Bajjiet ta’ Bertraghboy u Galway

Kompartiment 6: Il-Bajjiet ta’ Poulnasharry, Askeaton u Ballylongford

Kompartiment 7: il-Bajja ta’ Kenmare

Kompartiment 8: il-Bajja ta’ Dunmanus

Kompartiment 9: il-Bajja ta’ Kinsale

Ir-Renju Unit

UK

It-territorju tal-Gran Brittanja ħlief il-Bajja ta’ Whitstable f’Kent.

It-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq, ħlief il-Bajja ta’ Killough, Lough Foyle, Carlingford Lough u Strangford Lough

It-territorju ta’ Guernsey



( 1 ) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

( 2 ) ĠU L 156, 30.4.2004, p. 5.

( 3 ) ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1.

( 4 ) ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41.

( 5 ) ĠU L 63, 7.3.2009, p. 15.