|
17.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 453/88 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/2250
tal-14 ta’ Diċembru 2021
li taħtar membru u żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Finlandja, tal-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Finlandiż,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
|
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. |
|
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu s-Sa Satu HAAPANEN kienet proposta għall-ħatra, sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(4) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu s-Sur Joonas HONKIMAA kien propost għall-ħatra, sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(5) |
Il-Gvern Finlandiż ippropona lis-Sa Niina RATILAINEN, rappreżentanta ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Turun kaupunginvaltuuston jäsen (membru ta’ assemblea lokali, Kunsill tal-Belt ta’ Turku), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025. |
|
(6) |
Konsegwentement għall-ħatra tas-Sa Niina RATILAINEN bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni ser isir vakanti siġġu ta’ membru supplenti. |
|
(7) |
Il-Gvern Finlandiż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur Manu HUUHILO, Kouvolan kaupunginvaltuuston jäsen (membru ta’ assemblea lokali, Kunsill tal-Belt ta’ Kouvola), u s-Sa Eeva-Liisa NIEMINEN, Tuusulan kunnanvaltuuston jäsen (membru ta’ assemblea lokali, Kunsill Muniċipali ta’ Tuusula), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:
|
(a) |
bħala membru:
u |
|
(b) |
bħala membri supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
G. DOVŽAN
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).