02008D0477 — MT — 12.05.2020 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-13 ta’ Ġunju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2 500 -2 690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2625) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 163 24.6.2008, p. 37) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 149 |
3 |
12.5.2020 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Ġunju 2008
dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2 500 -2 690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2625)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/477/KE)
Artikolu 1
Din id-deċiżjoni għandha l-għan li tarmonizza l-kundizzjonijiet għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-medda ta’ 2 500 -2 690 MHz għal sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw u jagħmlu disponibbli, fuq bażi mhux esklużiva, il-medda ta’ frekwenzi 2 500-2 690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika f’konformità mal-parametri stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
2. L-Istati Membri li jimplimentaw l-użu ta’ dupleks permezz ta’ diviżjoni tal-ħin jew ta’ “downlink biss” ’il barra mis-sottomedda 2 570-2 620 MHz fid-data meta din id-Deċiżjoni ssir effettiva jistgħu jitolbu perjodu tranżizzjonali għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, skont l-Artikolu 4(5) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi msemmija fil-paragrafu 1 jagħtu l-protezzjoni xierqa lis-sistemi fil-medda tal-qrib.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sat-30 ta’ April 2021.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
IL-PARAMETRI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2
A. DEFINIZZJONIJIET
Sistemi ta’ antenni attivi (AAS attivi) tfisser stazzjon bażi u sistema tal-antenna fejn l-amplitudni u/jew il-fażi bejn l-elementi tal-antenna jiġu aġġustati kontinwament biex iwasslu għal mudell tal-antenna li jvarja skont il-bidliet fi żmien qasir fl-ambjent tar-radju. Dan jeskludi t-tiswir ta’ raġġi fit-tul bħall-inklinazzjoni elettrika fissa dixxendenti. Fl-istazzjonijiet bażi ta’ AAS attivi, is-sistema tal-antenna tiġi integrata bħala parti mis-sistema jew mill-prodott tal-istazzjon bażi.
Sistemi ta’ antenni mhux attivi (AAS mhux attivi) tfisser stazzjon bażi u sistema tal-antenna li jipprovdu konnettur wieħed tal-antenna jew iktar, li jkunu konnessi ma’ element passiv tal-antenna wieħed jew iktar iddisinjat(i) b’mod separat biex il-mewġ tar-radju jiġi rradjat. L-amplitudni u l-fażi tas-sinjali lill-elementi tal-antenna ma jiġux aġġustati kontinwament skont il-bidliet fi żmien qasir fl-ambjent tar-radju.
Operat sinkronizzat tfisser l-operat ta’ żewġ netwerks differenti jew iktar ta’ dupleks tad-diviżjoni tal-ħin (TDD), fejn ma jseħħux trażmissjonijiet uplink (UL) u downlink (DL) simultanji, jiġifieri li fi kwalunkwe mument partikolari jew in-netwerks kollha jittrażmettu b’mod downlink jew inkella n-netwerks kollha jittrażmettu b’mod uplink. Dan jeħtieġ l-allinjament tat-trażmissjonijiet DL u UL kollha għan-netwerks tat-TDD kollha li jkunu involuti kif ukoll is-sinkronizzazzjoni tal-bidu tal-frejm fin-netwerks kollha.
Operat mhux sinkronizzat tfisser l-operat ta’ żewġ netwerks differenti tat-TDD jew iktar, fejn fi kwalunkwe mument partikolari, minn tal-inqas netwerk wieħed jittrażmetti b’mod DL filwaqt li minn tal-inqas netwerk wieħed jittrażmetti b’mod UL. Dan jaf jiġri jekk in-netwerks tat-TDD jew ma jallinjawx it-trażmissjonijiet DL u UL kollha jew inkella ma jissinkronizzawx fil-bidu tal-frejm.
Operat semisinkronizzat tfisser l-operat ta’ żewġ netwerks differenti tat-TDD jew iktar, fejn parti mill-frejm tkun konsistenti mal-operat sinkronizzat, filwaqt li l-kumplament tal-frejm ikun konsistenti mal-operat mhux sinkronizzat. Dan jeħtieġ l-adozzjoni ta’ struttura tal-frejm għan-netwerks tat-TDD kollha li jkunu involuti, inkluż slottijiet fejn id-direzzjoni UL/DL ma tkunx speċifikata, kif ukoll is-sinkronizzazzjoni tal-bidu tal-frejm fin-netwerks kollha.
Potenza rradjata iżotropikament ekwivalenti (EIRP) tfisser il-multiplikazzjoni tal-potenza fornuta lill-antenna u l-gwadann tal-antenna f’direzzjoni partikolari relattiva għal antenna iżotropika (gwadann assolut jew iżotropiku).
Potenza rradjata totali (TRP) tfisser unità ta’ kejl tal-ammont ta’ potenza rradjata minn antenna kompożita. Din hija daqs l-input tal-potenza kondotta totali li jidħol ġos-sistema tal-array tal-antenna wara t-tnaqqis ta’ kwalunkwe telf fis-sistema tal-array tal-antenna. TRP tfisser il-parti integrali tal-potenza trażmessa f’direzzjonijiet differenti tul l-isfera sħiħa tar-radjazzjoni kif muri fil-formula:
fejn P(θ,φ) hija l-potenza rradjata minn sistema tal-array tal-antenna fid-direzzjoni (θ,φ) mogħtija bil-formula:
fejn PTx tirrappreżenta l-input tal-potenza kondotta (imkejla f’Watts) fis-sistema tal-array, u g(θ,φ) tirrappreżenta l-gwadann direzzjonali tas-sistema tal-array tul id-direzzjoni (θ, φ).
B. PARAMETRI ĠENERALI
(1) Id-daqs tal-blokka allokata għandu jkun f’multipli ta’ 5,0 MHz;
(2) Fil-medda ta’ frekwenzi 2 500-2 690 MHz, l-ispazjar tad-dupleks għall-operat tad-Dupleks tad-Diviżjoni tal-Frekwenzi għandu jkun ta’ 120 MHz bi trażmissjoni tal-istazzjonijiet terminali (uplink) li tinsab fil-parti ta’ isfel tal-medda li tibda minn 2 500 MHz u li tispiċċa b’2 570 MHz, u bi trażmissjoni tal-istazzjonijiet bażi (downlink) li tinsab fil-parti ta’ fuq tal-medda li tibda minn 2 620 MHz u tispiċċa b’2 690 MHz;
(3) Is-sottomedda ta’ frekwenzi 2 570-2 620 MHz għandha tintuża għad-Dupleks tad-Diviżjoni tal-Ħin jew għat-trażmissjoni tal-istazzjonijiet bażi (downlink biss). Kwalunkwe medda ta’ protezzjoni meħtieġa biex tiġi żgurata l-kompatibbiltà tal-użu tal-frekwenzi fil-konfini ta’ 2 570 MHz jew fil-konfini ta’ 2 620 MHz għandha tiġi deċiża fuq bażi nazzjonali u għandha tittieħed mis-sottomedda ta’ frekwenzi 2 570-2 620 MHz.
C. KUNDIZZJONIJIET TEKNIĊI GĦALL-ISTAZZJONIJIET BAŻI – BLOCK EDGE MASK
Il-parametri tekniċi li ġejjin għall-istazzjonijiet bażi, imsejħa block edge mask (BEM), huma komponent essenzjali tal-kundizzjonijiet meħtieġa biex tiġi żgurata l-koeżistenza bejn netwerks biswit xulxin, fin-nuqqas ta’ ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejn l-operaturi ta’ tali netwerks biswit xulxin. Jistgħu jintużaw ukoll parametri tekniċi inqas strinġenti, jekk ikun hemm qbil fost l-operaturi affettwati kollha ta’ tali netwerks, diment li dawn l-operaturi jkomplu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tekniċi applikabbli għall-protezzjoni ta’ servizzi, ta’ applikazzjonijiet jew ta’ netwerks oħra u mal-obbligi li jirriżultaw mill-koordinazzjoni transfruntiera.
Il-BEM tikkonsisti minn diversi elementi mogħtija fit-Tabella 1. Il-limitu tal-potenza ġewwa l-blokka jiġi applikat fir-rigward ta’ blokka allokata lil operatur. Il-limitu tal-potenza tal-linja bażi, maħsub biex jipproteġi l-ispettru ta’ operaturi oħra fil-medda ta’ frekwenzi ta’ 2,6 GHz, u l-limitu tal-potenza tar-reġjun tranżizzjonali, li jippermetti li jsir roll-off tal-filtru mil-limitu tal-potenza ġewwa l-blokka għal dak tal-linja bażi, jirrappreżentaw elementi tal-potenza ’l barra mill-blokka.
Il-limiti tal-potenza huma pprovduti b’mod separat għall-AAS mhux attivi u għall-AAS attivi. Għall-AAS mhux attivi, il-limiti tal-potenza japplikaw għall-EIRP medja. Għall-AAS attivi, il-limiti tal-potenza japplikaw għat-TRP medja ( 1 ). L-EIRP medja jew it-TRP medja jiġu mkejla billi tinħadem il-medja f’intervall ta’ ħin u fil-wisa’ tal-medda ta’ frekwenzi tal-kejl. Fid-dominju tal-ħin, l-EIRP medja jew it-TRP medja jiġu mkejla skont il-medja tal-porzjonijiet attivi tal-emissjonijiet tas-sinjal u jikkorrispondu għal funzjonalità unika tal-kontroll tal-potenza. Fid-dominju tal-frekwenzi, l-EIRP medja jew it-TRP medja jiġu ddeterminati skont il-wisa’ tal-medda ta’ frekwenzi tal-kejl kif muri fit-Tabelli 2-8 ta’ hawn taħt ( 2 ). B’mod ġenerali, u sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-livelli tal-potenza tal-BEM jikkorrispondu għall-potenza aggregata rradjata mill-apparat rilevanti, inkluż l-antenni tat-trażmissjoni kollha, għajr fil-każ ta’ rekwiżiti tal-linja bażi u ta’ tranżizzjoni għall-istazzjonijiet bażi b’AAS mhux attivi, li jkunu speċifikati għal kull antenna.
Il-limitu tal-linja bażi addizzjonali għall-istazzjonijiet bażi b’AAS attivi huwa limitu tal-potenza ’l barra mill-blokka li jista’ jiġi applikat sabiex titnaqqas iż-żona neċessarja ta’ koordinazzjoni mal-istazzjonijiet tas-servizz tar-radjuastronomija (RAS) u jiġi protett l-RAS fil-medda ta’ frekwenzi ta’ 2 690-2 700 MHz biswit xulxin f’żoni ġeografiċi speċifiċi.
Il-miżuri applikabbli fil-livell nazzjonali, bħal-limiti pfd, sabiex jiġu protetti t-tipi varji ta’ radars li joperaw ’il fuq minn 2 700 MHz, jibqgħu applikabbli, filwaqt li ta’ min jinnota li jista’ jkun iktar kumpless għall-operaturi li jikkonformaw mal-limitu pfd peress li s-sistemi tal-AAS attivi ma jistgħux jiġu mgħammra b’filtri esterni addizzjonali.
It-tagħmir li jopera f’din il-medda jista’ juża wkoll limiti tal-EIRP jew tat-TRP li jkunu differenti minn dawk stabbiliti hawn taħt, diment li jiġu applikati tekniki xierqa ta’ mitigazzjoni li jkunu konformi mad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) u li minn tal-inqas joffru livell ta’ protezzjoni ekwivalenti għal dak ipprovdut bir-rekwiżiti essenzjali ta’ dik id-Direttiva.
Illustrazzjoni
Eżempji ta’ elementi BEM tal-istazzjonijiet bażi u l-limiti tal-potenza għall-AAS mhux attivi
Nota ta’ spjegazzjoni għall-Illustrazzjoni
Il-limitu tal-BEM applikabbli huwa dejjem dak li jkun immedjatament ’il fuq min-numru rispettiv (jiġifieri minn 1 sa 5).
Tabella 1
Definizzjoni tal-elementi BEM
|
Element BEM |
Definizzjoni |
|
Ġewwa l-blokka |
Tirreferi għal blokka li għaliha tiġi dderivata l-BEM. |
|
Linja bażi |
Spettru fil-medda ta’ 2 500-2 690 MHz li jintużaw għall-WBB ECS, bl-eċċezzjoni tal-blokka allokata lill-operatur u r-reġuni tranżizzjonali korrispondenti. |
|
Reġjun tranżizzjonali |
Spettru fil-medda ta’ 0 sa 5,0 MHz ’l isfel u ta’ 0 sa 5,0 MHz ’il fuq mill-blokka allokata lill-operatur. Ir-reġjuni tranżizzjonali ma japplikawx għall-blokok tat-TDD allokati lil operaturi oħra, sakemm in-netwerks ma jkunux sinkronizzati. Ir-reġjuni tranżizzjonali ma japplikawx taħt l-2 500 MHz jew ’il fuq minn 2 690 MHz. |
|
Linja bażi addizzjonali |
Spettru bejn 2 690 -2 700 MHz. |
Il-koeżistenza ta’ netwerks ġeografikament biswit xulxin li jużaw ukoll blokok ta’ frekwenzi biswit xulxin fil-medda ta’ frekwenzi ta’ 2,6 GHz jaf jeħtieġu miżuri speċifiċi biex jimmitigaw l-interferenza tar-radju. Tipikament, jenħtieġ li tiġi applikata separazzjoni tal-frekwenzi ta’ minn tal-inqas 5 MHz fil-każ ta’ żewġ netwerks tat-TDD mhux sinkronizzati li jkunu biswit xulxin, jew netwerk tat-TDD li jkun biswit netwerk tal-FDD. Tali separazzjoni jenħtieġ li tiġi implimentata jew billi blokka ta’ 5 MHz ma tintużax u titħalla bħala blokka ta’ protezzjoni, jew inkella billi tali blokka ta’ 5 MHz tintuża b’parametri BEM iktar restrittivi (blokka tal-ispettru ristretta). Kwalunkwe użu ta’ blokka ta’ protezzjoni ta’ 5 MHz ikun soġġett għal riskju akbar ta’ interferenza.
Sabiex tinkiseb koeżistenza ta’ netwerks tal-FDD u tat-TDD biswit xulxin, jenħtieġ li l-blokka tal-ispettru ristretta ta’ 2 570-2 575 MHz (għajr fl-operazzjoni tat-TDD għall-uplink biss f’din il-blokka) tiġi introdotta għall-konfigurazzjonijiet biswit xulxin kollha ta’ (i) FDD b’AAS attivi lejn TDD b’AAS mhux attivi, u (ii) FDD b’AAS mhux attivi lejn TDD b’AAS attivi. Barra minn hekk, il-blokka ta’ frekwenzi 2 615-2 620 MHz, li tkun immedjatament biswit id-downlink tal-FDD, jaf iġġarrab riskju akbar ta’ interferenza minħabba l-emissjonijiet mid-downlink tal-FDD.
Il-BEM għal blokk tal-ispettru, għajr blokk tal-ispettru ristrett, tinbena billi t-Tabelli 2, 3 u 4 jiġu kkombinati b’tali mod li l-limitu għal kull frekwenza jingħata mill-ogħla valur mil-linja bażi u l-limiti tal-potenza ġewwa l-blokka.
Il-BEM għal blokka tal-ispettru ristretta tinbena billi t-Tabelli 3 u 5 jiġu kkombinati b’tali mod li l-limitu għal kull frekwenza jingħata mill-ogħla valur mil-linja bażi u l-limiti tal-potenza ġewwa l-blokka.
Barra minn hekk, għall-istazzjonijiet bażi b’restrizzjonijiet fuq fejn titpoġġa l-antenna, jiġifieri meta l-antenni tal-istazzjon bażi jitpoġġew fuq ġewwa jew meta l-għoli tal-antenna jkun taħt ċertu għoli, Stat Membru jista’ juża limiti alternattivi tal-potenza tal-BEM fuq bażi nazzjonali. F’dawn il-każijiet, il-BEM għal blokka tal-ispettru ristretta għall-AAS mhux attivi tista’ tkun konformi mat-Tabella 6, diment li fil-fruntieri ġeografiċi ma’ Stati Membri oħra, tapplika t-Tabella 3, u t-Tabella 5 tibqa’ valida fil-pajjiż kollu. Għall-AAS attivi b’restrizzjonijiet fuq fejn titpoġġa l-antenna, jaf ikunu meħtieġa miżuri nazzjonali alternattivi meta mqabbla mat-Tabella 3 jew mat-Tabella 5 fuq bażi ta’ każ b’każ.
Tabella 2
Il-limitu tal-potenza ġewwa l-blokka għall-istazzjonijiet bażi b’AAS mhux attivi u b’AAS attivi
|
Element BEM |
Limitu tal-EIRP għall-AAS mhux attivi |
Limitu tat-TRP għall-AAS attivi |
|
Ġewwa l-blokka |
Mhux obbligatorju. F’każ li jiġi stabbilit limitu superjuri minn Stat Membru, jista’ jiġi applikat valur ta’ 61 dBm/5 MHz u ta’ 68 dBm/5 MHz għal kull antenna. |
Mhux obbligatorju. F’każ li jiġi stabbilit limitu superjuri minn Stat Membru, jista’ jiġi applikat valur bejn 53 dBm/5 MHz u 60 dBm/5 MHz għal kull ċellola (*1). |
|
(*1) Fi stazzjon bażi multisettorjali, il-limitu tal-potenza rradjata japplika għal kull wieħed mis-setturi individwali. |
||
Tabella 3
Il-limitu tal-potenza tal-linja bażi għall-istazzjonijiet bażi b’AAS mhux attivi u b’AAS attivi
|
Element BEM |
Medda ta’ frekwenzi |
Limitu massimu tal-EIRP medja għall-AAS mhux attivi għal kull antenna |
Limitu massimu tat-TRP medja għall-AAS attivi għal kull ċellola (*1) |
|
Linja bażi |
Downlink tal-FDD; Il-blokok tat-TDD jiġu sinkronizzati mal-blokka tat-TDD li tkun qed tiġi kkunsidrata; Il-blokok tat-TDD jintużaw għad-downlink biss (*2); Medda ta’ 2 615-2 620 MHz. |
+ 4 dBm/MHz |
+ 5 dBm/MHz (*3) |
|
Frekwenzi fil-medda ta’ frekwenzi 2 500-2 690 MHz li mhumiex koperti bid-definizzjoni fir-ringiela ta’ hawn fuq. |
– 45 dBm/MHz |
– 52 dBm/MHz |
|
|
(*1) Fi stazzjon bażi multisettorjali, il-limitu tal-potenza rradjata japplika għal kull wieħed mis-setturi individwali. (*2) L-introduzzjoni ta’ AAS attivi b’FDD ma taffettwax il-kundizzjoni tal-użu għal downlink biss għall-AAS attivi/għall-AAS mhux attivi. (*3) Meta jiġi applikat għall-protezzjoni tal-ispettru li jintuża għat-trażmissjonijiet downlink, dan il-limitu tal-linja bażi jkun ibbażat fuq is-suppożizzjoni li l-emissjonijiet jiġu minn stazzjon bażi makro. Jenħtieġ li jiġi nnutat li l-punti ta’ aċċess mingħajr fili ta’ portata limitata (ċelloli żgħar) jaf jitqiegħdu f’għoli iktar baxx u b’hekk eqreb għal stazzjonijiet terminali, li jista’ jirriżulta f’livelli ogħla ta’ interferenza jekk jintużaw il-limiti tal-potenza ta’ hawn fuq. |
|||
Nota ta’ spjegazzjoni għat-Tabella 3
Il-limiti tal-EIRP u tat-TRP jiġu integrati fuq wisa’ tal-banda ta’ 1 MHz.
Tabella 4
Il-limitu tal-potenza tar-reġjun tranżizzjonali għall-istazzjonijiet bażi b’AAS mhux attivi u b’AAS attivi
|
Element BEM |
Medda ta’ frekwenzi |
Limitu massimu tal-EIRP medja għall-AAS mhux attivi għal kull antenna |
Limitu massimu tat-TRP medja għall-AAS attivi għal kull ċellola (*1) |
|
Reġjun tranżizzjonali |
-5,0 sa 0 MHz ikkumpensati mit-tarf ta’ isfel tal-blokka, jew 0 sa 5,0 MHz ikkumpensati mit-tarf ta’ fuq tal-blokka |
+ 16 dBm/5 MHz (*2) |
+ 16 dBm/5 MHz (*2) |
|
(*1) Fi stazzjon bażi multisettorjali, il-limitu tal-potenza rradjata japplika għal kull wieħed mis-setturi individwali. (*2) Dan il-limitu huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-emissjonijiet jiġu minn stazzjon bażi makro. Jenħtieġ li jiġi nnutat li l-punti ta’ aċċess mingħajr fili ta’ portata limitata (ċelloli żgħar) jaf jitqiegħdu f’għoli iktar baxx u b’hekk eqreb għal stazzjonijiet terminali, li jista’ jirriżulta f’livelli ogħla ta’ interferenza jekk jintuża dan il-limitu tal-potenza. Għal tali każijiet, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu iktar baxx fuq livell nazzjonali. |
|||
Tabella 5
Il-limitu tal-potenza ġewwa l-blokka għall-istazzjonijiet bażi b’AAS mhux attivi u b’AAS attivi għal blokka ristretta
|
Element BEM |
Medda ta’ frekwenzi |
Limitu tal-EIRP għall-AAS mhux attivi għal kull antenna |
Limitu tat-TRP għall-AAS attivi għal kull ċellola (*1) |
|
Ġewwa l-blokka |
Spettru tal-blokka ristretta |
+ 25 dBm/5 MHz |
+ 22 dBm/5 MHz (*2) |
|
(*1) Fi stazzjon bażi multisettorjali, il-limitu tal-potenza rradjata japplika għal kull wieħed mis-setturi individwali. (*2) Għandu jiġi nnutat li f’xi xenarji ta’ tqegħid, dan il-limitu jaf ma jiggarantix operat tal-uplink mingħajr interferenzi fil-kanali biswit xulxin, għalkemm dan tipikament jiġi mitigat billi jkun hemm telf ta’ penetrazzjoni fil-binja u/jew differenza fl-għoli tal-antenni. Metodi oħra ta’ mitigazzjoni jistgħu jiġu applikati wkoll fuq livell nazzjonali. |
|||
Tabella 6
Il-limiti tal-potenza għal blokka ristretta għall-istazzjonijiet bażi b’AAS mhux attivi b’restrizzjonijiet addizzjonali fuq fejn titpoġġa l-antenna
|
Element BEM |
Medda ta’ frekwenzi |
Limitu massimu tal-EIRP medja |
|
Linja bażi |
Tarf ta’ isfel tal-medda ta’ 2 500 MHz sa -5,0 MHz ikkumpensat mit-tarf ta’ isfel tal-blokka, jew 5,0 MHz ikkumpensat mit-tarf ta’ fuq tal-blokka sat-tarf ta’ fuq tal-medda ta’ 2 690 MHz |
– 22 dBm/MHz |
|
Reġjun tranżizzjonali |
-5,0 sa 0 MHz ikkumpensati mit-tarf ta’ isfel tal-blokka, jew 0 sa 5,0 MHz ikkumpensati mit-tarf ta’ fuq tal-blokka |
– 6 dBm/5 MHz |
Tabella 7
Limitu tal-potenza tal-linja bażi addizzjonali għall-istazzjonijiet bażi tal-FDD b’AAS attivi fir-rigward tas-Servizz tar-Radjuastronomija
|
Element BEM |
Medda ta’ frekwenzi |
Każ |
Limitu tal-potenza tat-TRP għal kull ċellola |
|
Linja bażi addizzjonali |
2 690-2 700 MHz |
A |
+ 3 dBm/10 MHz |
|
B |
Mhux applikabbli |
||
|
Każ A: Dan il-limitu jwassal għal żona ridotta ta’ koordinazzjoni b’rabta mal-istazzjonijiet tal-RAS. Każ B: Għal sitwazzjonijiet fejn il-linja bażi addizzjonali ma titqiesx li hija meħtieġa mill-Istat Membru kkonċernat (eż. fejn ma jkunx hemm stazzjon tal-RAS fil-qrib jew sitwazzjoni fejn ma tkun meħtieġa l-ebda żona ta’ koordinazzjoni). |
|||
Nota ta’ spjegazzjoni għat-Tabella 7
Dawn il-limiti tal-potenza jistgħu jiġu applikati biex jitnaqqas id-daqs taż-żona ta’ koordinazzjoni mal-RAS f’żoni ġeografiċi speċifiċi. Skont id-daqs taż-żona ta’ koordinazzjoni meħtieġa biex jiġi protett l-istazzjon/jiġu protetti l-istazzjonijiet tal-RAS, tista’ tkun meħtieġa wkoll koordinazzjoni transfruntiera. Jistgħu jkunu meħtieġa miżuri addizzjonali fuq bażi nazzjonali sabiex jiġu protetti l-istazzjonijiet tal-RAS.
D. KUNDIZZJONIJIET TEKNIĊI GĦALL-ISTAZZJONIJIET TERMINALI
Tabella 8
Limiti tal-potenza ġewwa l-blokka għall-istazzjonijiet terminali
|
Element BEM |
Limitu massimu tal-EIRP medja (inkluż il-medda tal-Kontroll tal-Potenza tat-Trażmettitur Awtomatiku) |
Limitu massimu tat-TRP medja (inkluż il-medda tal-Kontroll tal-Potenza tat-Trażmettitur Awtomatiku) |
|
Ġewwa l-blokka |
+ 35 dBm/5 MHz |
+ 31 dBm/5 MHz |
|
Nota: l-EIRP jenħtieġ li tintuża għall-istazzjonijiet terminali fissi jew installati u t-TRP jenħtieġ li tintuża għall-istazzjonijiet terminali mobbli jew nomadiċi. |
||
( 1 ) TRP hija unità ta’ kejl tal-potenza reali rradjata mill-antenna. EIRP u TRP huma ekwivalenti għall-antenni iżotropiċi.
( 2 ) Il-wisa’ tal-banda tal-kejl reali tat-tagħmir tal-kejl, li jintuża għall-finijiet ta’ ttestjar tal-konformità, tista’ tkun iżgħar mill-wisa’ tal-banda tal-kejl ipprovduta f’dawk it-tabelli.
( 3 ) Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).