<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-5/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0005</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:370">EU:C:2012:370</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20120621">21.6.2012</DATE> — KAWŻA C-5/11</P><P>DONNER</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20120621">21 ta’ Ġunju 2012</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Moviment liberu tal-merkanzija</KEYWORD><KEYWORD>Proprjetà industrijali u kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Bejgħ ta’ kopji ta’ xogħlijiet fi Stat Membru fejn id-drittijiet tal-awtur marbuta ma’ dawn ix-xogħlijiet ma humiex protetti</KEYWORD><KEYWORD>Trasport ta’ din il-merkanzija lejn Stat Membru ieħor fejn il-ksur tal-imsemmija drittijiet tal-awtur huwa ssanzjonat bid-dritt kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Proċeduri kriminali kontra t-trasportatur għal kompliċità fid-distribuzzjoni illegali ta’ xogħol protett mid-drittijiet tal-awtur</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-5/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20101208">8 ta’ Diċembru 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20110106">6 ta’ Jannar 2011</DATE>, fil-proċeduri kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Titus Alexander Jochen Donner,</HT></P></PLAINTIFS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, K. Schiemann (Relatur), L. Bay Larsen, C. Toader u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20120126">26 ta’ Jannar 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal T. Donner, minn E. Kempf, H.-C. Salger u S. Dittl, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Generalbundesanwalt beim Bundesgerichtshof, minn R. Griesbaum, bħala aġent, assistit minn K. Lohse, Oberstaatsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Samnadda kif ukoll G. Wilms u N. Obrovsky, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20120329">29 ta’ Marzu 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mibdija quddiem il-Qrati Ġermaniżi kontra T. Donner, ikkundannat għal sentejn priġunerija sospiżi għal kompliċità fi sfruttament kummerċjali mingħajr awtorizzazzjoni ta’ xogħlijiet protetti bid-drittijiet tal-awtur.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>It-Trattat tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO), dwar id-Drittijiet tal-Awtur, adottat f’Genève fl-<DATE ISO="19961220">20 ta’ Diċembru 1996</DATE> (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>TDA<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), ġie approvat f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/278/KE, tas-<DATE ISO="20000316">16 ta’ Marzu 2000</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 33, p. 208).</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tat-TDA, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Dritt ta’ distribuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Awturi ta’ xogħlijiet letterarji u artistiċi għandhom igawdu d-dritt esklużiv fuq l-awtorizzazzjoni li jagħmlu disponibbli għall-pubbliku x-xogħol oriġinali tagħhom jew kopji ta’ dan ix-xogħol permezz ta’ bejgħ jew trasferiment ieħor tal-proprjetà.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dan it-Trattat ma għandux jaffetwa l-libertà tal-Partijiet Kontraenti li jiddeterminaw, jekk iridu, kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ l-eżawriment tad-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 wara l-ewwel bejgħ jew trasferiment ieħor tal-proprjetà fix-xogħol oriġinali jew f’kopja tax-xogħol bl-awtorizzazzjoni ta’ l-awtur.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230) hija intiża, skont il-premessa 15 tagħha, b’mod partikolari sabiex timplementa ċerti obbligi li jirriżultaw mit-TDA.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2001/29, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Dritt ta’ Distribuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awturi, rigward l-oriġinal tax-xogħolijiet tagħhom jew tal-kopji tagħhom, id-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu kull forma ta’ distribuzzjoni lill-pubbliku b’bejgħ jew mod ieħor.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dritt ta’ distribuzzjoni m’għandux jiġi eżawrit fil-Komunità rigward l-oriġinal jew kopji tax-xogħol, bla ħsara fejn l-ewwel bejgħ jew trasferiment ieħor ta’ [proprjetà] fil-Komunità ta’ dak l-oġġett isir mid-detentur jew bil-kunsens tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Liġi, tad-<DATE ISO="19650909">9 ta’ Settembru 1965</DATE>, dwar id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati (Urheberrechtsgesetz, BGBl. I, p. 1273) kif emendata (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>UrhG<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, tittrasponi d-Direttiva 2001/29 fid-dritt Ġermaniż.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 17(1) u (2) tal-UrhG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Dritt ta’ distribuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Id-dritt ta’ distribuzzjoni huwa d-dritt li jiġi offrut lill-pubbliku jew li jitqiegħed fiċ-ċirkulazzjoni x-xogħol oriġinali jew kopji tiegħu.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="017.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Meta xogħol oriġinali jew kopji tiegħu jitqiegħdu fiċ-ċirkulazzjoni b’bejgħ, bil-kunsens ta’ min għandu d-dritt ta’ distribuzzjoni, fit-territorju tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat ieħor li jagħmel parti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, id-distribuzzjoni ulterjuri tagħhom hija legali, ħlief fir-rigward tal-kiri<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 106 tal-UrhG, id-distribuzzjoni ta’ xogħlijiet protetti mingħajr il-kunsens ta’ min għandu d-dritt fuqhom hija sanzjonabbli b’piena sa tliet snin priġunerija jew b’multa. L-Artikolu 108a tal-UrhG jistipula li, fil-każ fejn ksur ta’ dan l-Artikolu 106 jitwettaq għall-finijiet kummerċjali, is-sanzjoni tikkonsisti f’piena sa ħames snin priġunerija jew fi ħlas ta’ multa.;</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 27 tal-Kodiċi Kriminali (Strafgesetzbuch) intitolat: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Kompliċità<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi li huwa ssanzjonat bħala kompliċi min deliberatament jgħin lil terz sabiex dan tal-aħħar deliberatament iwettaq ksur.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>T. Donner, ċittadin Ġermaniż, li fiż-żmien meta seħħew il-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien amministratur ta’ In.Sp.Em. Srl (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Inspem<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), kumpannija tat-trasport stabbilita f’Bologna (l-Italja), u prinċipalment kien jeżerċita l-attività tiegħu mir-residenza tiegħu fil-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Inspem kienet tiżgura l-ġarr tal-merkanzija mibjugħa minn Dimensione Direct Sales Srl (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Dimensione<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), kumpannija li ukoll kienet stabbilita f’Bologna u li s-sede tagħha kienet tinsab qrib dik tal-Inspem. Dimensione kienet toffri lill-klijenti residenti fil-Ġermanja, il-bejgħ ta’ riproduzzjonijiet ta’ biċċiet ta’ għamara tal-istil <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Bauhaus<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> permezz ta’ reklami u supplimenti f’rivisti kif ukoll permezz ta’ ittri ta’ reklamar dirett lil ċerti indirizzi u permezz ta’ sit internet bil-lingwa Ġermaniża, mingħajr ma kellha l-liċenzji meħtieġa għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawn l-oġġetti fil-Ġermanja. Primarjament, dawn ir-riproduzzjonijiet kienu jinkludu:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>siġġijiet tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Aluminium Group<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> iddisinjati minn Charles u Ray Eames, b’liċenzja li nħarġet lil Vitra Collections AG;</P></ITEM><ITEM><P>il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Lampa Wagenfeld<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> mfassla minn Wilhelm Wagenfeld, b’liċenzja li tappartjeni lil Tecnolumen GmbH &amp; Co. KG.</P></ITEM><ITEM><P>sedili kkreati minn Le Corbusier, bid-detentriċi tal-liċenzja tkun Cassina SpA;</P></ITEM><ITEM><P>il-mejda tal-ġenb <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Adjustable Table<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> u l-lampa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Tubelight<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> iddisinjati minn Eileen Gray, b’liċenzja f’idejn Classicon GmbH;</P></ITEM><ITEM><P>siġġijiet tal-istainless steel mingħajr is-saqajn ta’ wara, maħluqa minn Mart Stam, b’Thonet GmbH detentriċi tal-liċenzja.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-aċċertamenti tal-Landgericht München II, fil-Ġermanja dawn l-oġġetti huma protetti mid-drittijiet tal-awtur inkwantu xogħlijiet ta’ arti applikata. Min-naħa l-oħra, fl-Italja, matul il-perijodu inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri bejn l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE> u l-<DATE ISO="20080115">15 ta’ Jannar 2008</DATE>, dawn ma kinux jibbenefikaw minn protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur jew il-protezzjoni li kienu jibbenefikaw minnha ma setgħetx tiġi invokata b’mod utli kontra terzi. Għalhekk, il-biċċiet ta’ għamara ddisinjati minn Eileen Gray ma kinux protetti minn drittijiet tal-awtur fl-Italja bejn l-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE> u l-<DATE ISO="20070425">25 ta’ April 2007</DATE>, minħabba li dak iż-żmien f’dan l-Istat il-perijodu ta’ protezzjoni kien iqsar, peress li dan il-perijodu ġie mtawwal biss sa mis-<DATE ISO="20070426">26 ta’ April 2007</DATE>. Il-biċċiet ta’ għamara l-oħra kienu protetti minn drittijiet tal-awtur fl-Italja matul il-perijodu inkwistjoni, iżda din il-protezzjoni ma setgħetx, skont il-ġurisprudenza Taljana, tkun invokata b’mod utli kontra terzi, f’kull każ mhux kontra l-manifatturi li rriproduċew, offrew għall-bejgħ u/jew ikkummerċjalizzaw il-kreazzjonijiet qabel id-<DATE ISO="20010419">19 ta’ April 2001</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-biċċiet ta’ għamara inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mibjugħa minn Dimensione, kienu maħżuna, bl-imballaġġ juri d-dettalji tax-xerrej, fil-maħżen ta’ distribuzzjoni ta’ din il-kumpannija li jinsab f’Sterzing (l-Italja). Skont il-kundizzjonijet ġenerali tal-bejgħ, jekk il-klijenti li jirrisjedu l-Ġermanja ma jkunux jixtiequ jiġbru personalment il-merkanziji li jkunu ordnaw, u lanqas ma jaħtru kumpannija tat-trasport sabiex tagħmel dan, Dimensione kienet tissuġġerixxi li jikkuntattjaw lill-Inspem. Fil-kawża prinċipali, il-klijenti inkwistjoni kienu qabdu lill-Inspem sabiex tittrasporta l-biċċiet ta’ għamara mixtrija. Ix-xufiera tal-Inspem kienu għalhekk jiġbru l-oġġetti mill-maħżen ta’ Sterzing, u jħallsu lill-Dimensione l-prezz tal-bejgħ ta’ dawn l-oġġetti. Mal-kunsinna lill-klijenti fil-Ġermanja, Inspem kienet b’hekk titlobhom iħallsu l-prezz tal-merkanzija kkonsenjata flimkien mal-ispejjeż tat-trasport ta’ din tal-aħħar. Jekk il-klijenti ma kinux jaċċettaw il-merkanzija jew ma kinux iħallsu, Inspem kienet tibgħat lura l-merkanzija lil Dimensione, li kienet tirrimborsa lil Inspem il-prezz tal-bejgħ u l-ispejjez tat-trasport.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont il-Landgericht München II, T. Donner irrenda ruħu ħati ta’ kompliċità fl-isfruttament kummerċjali mingħajr awtorizzazzjoni ta’ xogħlijiet protetti minn drittijiet tal-awtur, bi ksur kemm tad-dispożizzjonijiet konġunti tal-Artikoli 106 u 108a tal-UrhG kif ukoll tal-Artikolu 27 tal-Kodiċi Kriminali.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Dimensione allegatament iddistribwixxiet kopji ta’ xogħlijiet protetti fil-Ġermanja. Skont l-Artikolu 106 tal-UrhG, id-distribuzzjoni tirrikjedi t-trasferiment tal-proprjetà tal-oġġett mibjugħ kif ukoll it-trasferiment mill-venditur lejn ix-xerrej tas-setgħa li wieħed jiddisponi minn oġġett. Fil-kawża prinċipali, it-trasferiment tal-proprjetà mill-venditur lejn ix-xerrej kien seħħ fl-Italja, skont id-dritt Taljan, permezz tal-qbil tal-intenzjonijiet tal-partijiet u l-individwalizzazzjoni tal-oġġett mibjugħ, fil-maħżen ta’ Sterzing. Min-naħa l-oħra, it-trasferiment tas-setgħa li wieħed jiddisponi minn oġġett seħħ, bl-għajnuna ta’ T. Donner, biss mal-kunsinna lix-xerrej inkambju għall-pagament tal-prezz, fil-Ġermanja. Għalhekk, kien irrelevanti li jsir magħruf sa liema punt il-biċċiet ta’ għamara kienu jgawdu l-protezzjoni ta’ drittijiet tal-awtur fl-Italja. Il-Landgericht München II ippreċiżat li r-restrizzjoni fuq il-moviment liberu li tirriżulta mir-regoli nazzjonali fir-rigward tad-drittijiet tal-awtur hija ġġustifikata b’raġunijiet ta’ protezzjoni tal-proprjetà industrijali u kummerċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>T. Donner ikkontesta l-kundanna imposta fuqu permezz ta’ appell <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>fuq punt ta’ liġi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> quddiem il-Bundesgerichtshof. Huwa jargumenta, fl-ewwel lok, li d-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>distribuzzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29, u, b’konsegwenza, skont l-Artikolu 17 tal-UrhG, tippresupponi t-trasferiment tal-proprjetà tal-merkanzija, li, fil-kawża prinċipali, seħħet fl-Italja. It-trasferiment tal-pussess tal-merkanzija, jiġifieri s-setgħa <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> li wieħed jiddisponi mill-imsemmija merkanzija, ma huwex neċessarju f’dan ir-rigward. Huwa jsostni, fit-tieni lok, li kull sanzjoni imposta kontrih fuq il-bażi ta’ interpretazzjoni differenti, tmur kontra l-moviment liberu tal-merkanzija, iggarantita bl-Artikolu 34 TFUE, minħabba li twassal għall-kompartimentalizzazzjoni artifiċjali u mhux ġustifikata tas-swieq. Fl-aħħar nett, fit-tielet lok, huwa jsostni li f’kull każ, il-kunsinna ta’ din il-merkanzija lit-trasportatur fl-Italja, li kien jiġbor din il-merkanzija f’isem klijenti speċifiċi, kienet tammonta għal trasferiment tal-pussess tagħha, u li, anke minn din il-perspettiva l-fatti rilevanti kienu seħħew fl-Italja.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Bundesgerichtshof jaqbel mal-interpretazzjoni tal-Landgericht München II li tgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>distribuzzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> b’bejgħ fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29 tippresupponi mhux biss it-trasferiment lil terzi tal-proprjetà tar-riproduzzjoni tax-xogħol protett minn drittijiet tal-awtur, iżda wkoll l-għoti tas-setgħa li jiddisponi effettivament minnha. Ir-riproduzzjoni ta’ xogħol, sabiex tkun tista’ tiġi kkunsidrata bħala ddistribwita lill-pubbliku, għandha toħroġ mill-isfera interna tal-impriża għall-isfera pubblika jew fis-swieq kummerċjali. Sakemm tali riproduzzjoni tibqa’ fi ħdan l-impriża li pproduċietha jew fl-istess grupp ta’ kumpanniji, din ma tistax titqies li ħarġet fil-pubbliku, peress li f’dan il-każ ma tkunx teżisti tranżazzjoni kummerċjali li tippresupponi relazzjoni vera ma’ barra. Din l-analiżi tal-Landgericht München II hija konformi mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Bundesgerichtshof dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il Bundesgerichtshof jikkunsidra li l-Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE jistgħu potenzjalment jikkostitwixxu ostakolu għall-konferma tal-kundanna ta’ T. Donner jekk l-applikazzjoni tar-regoli tad-dritt kriminali nazzjonali jkollha, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, tiġi kkunsidrat bħala restrizzjoni mhux ġustifikata għall-moviment liberu tal-merkanzija.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Bundesgerichtshof iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>L-Artikoli 34 u 36 TFUE li jirregolaw il-moviment liberu tal-merkanzija għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu r-reat kriminali ta’ kompliċità fid-distribuzzjoni pprojbita ta’ xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur li jirriżulta mill-applikazzjoni tad-dritt kriminali nazzjonali fejn, f’każ ta’ bejgħ transkonfinali ta’ xogħol protett mid-drittijiet tal-awtur fil-Ġermanja</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>dan ix-xogħol jittieħed il-Ġermanja minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u s-setgħa <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> ta’ approprjazzjoni fuq dan ix-xogħol tiġi ttrasferita fil-Ġermanja,</P></ITEM><ITEM><P>iżda t-trasferiment tal-proprjetà jkun seħħ fl-Istat Membru l-ieħor fejn ma kienx hemm protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għal dan ix-xogħol jew din il-protezzjoni ma kinitx infurzabbli?<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>L-eżistenza, fit-territorju nazzjonali, ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>distribuzzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> b’bejgħ fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29 hija, kif espressament rikonoxxut mill-qorti tar-rinviju, kundizzjoni neċessarja għall-applikazzjoni tar-regoli tad-dritt kriminali inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Barra minn hekk, matul is-seduta, wara talba li saritilhom mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-partijiet ikkonċernati esprimew ruħhom fid-dettall dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-kunċett.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>B’konsegwenza, għandu jiġi kkunsidrat li b’din it-talba l-qorti tar-rinviju qed essenzjalment tistaqsi, min-naħa, jekk f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, hemmx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>distribuzzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29 fit-territorju nazzjonali u, min-naħa l-oħra, jekk l-Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru milli jaġixxi kontra persuna fuq akkuża ta’ kompliċità fid-distribuzzjoni mingħajr awtorizzazzjoni ta’ kopji ta’ xogħlijiet protetti minn drittijiet tal-awtur skont id-dritt kriminali nazzjonali fil-każ fejn kopji ta’ dawn ix-xogħlijiet jiġu ddistribwiti lill-pubbliku fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru fil-kuntest ta’ bejgħ, immirat speċifikament lejn il-pubbliku tal-imsemmi Stat, konkluż fi Stat Membru ieħor fejn dawn ix-xogħlijiet ma humiex protetti minn drittijiet tal-awtur jew fejn il-protezzjoni li jibbenefikaw minnha ma tistax tiġi invokata b’mod utli kontra terzi.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Minħabba li d-Direttiva 2001/29 hija intiża li timplementa fl-Unjoni l-obbligi tagħha taħt, b’mod partikolari, it-TDA, u minħabba li t-testi tad-dritt tal-Unjoni, skont ġurisprudenza stabbilita, għandhom jiġu interpretati sa fejn huwa possibbli, fid-dawl tad-dritt internazzjonali, b’mod partikolari meta tali testi huma intiżi preċiżament sabiex jimplementaw ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>distribuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, kif jinsab fl-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva, għandu jkun interpretat b’konformità mal-Artikolu 6(1) tat-TDA (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20080417">17 ta’ April 2008</DATE>, Peek &amp; Cloppenburg, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-456/06" PAGE.ECR="I-2731" YEAR="2008">C-456/06, Ġabra, p. I-2731</REF.DOC.ECR>, punti 29 sa 32).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>distribuzzjoni lill-pubbliku [...] b’bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> kif jidher fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29, għandu, b’konsegwenza, kif ġie rrilevat mill-Avukat Ġenerali fil-punti 44 sa 46 u 53 tal-konklużjonijiet tiegħu, jinftiehem li għandu l-istess tifsira bħall-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku [...] permezz tal-bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> li jinsab fl-Artikolu 6(1) tat-TDA.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Kif jirrileva bl-istess mod l-Avukat Ġenerali fil-punt 51 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-kontenut tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>distribuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29, għandu barra minn hekk jingħata interpretazzjoni awtonoma fid-dritt tal-Unjoni, li ma tistax tiddependi fuq il-liġi applikabbli għat-tranżazzjonijiet li fil-kuntest tagħhom isseħħ distribuzzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li d-distribuzzjoni lill-pubbliku hija kkaratterizzata minn serje ta’ attivitajiet li jkopru, minn tal-inqas, mill-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ bejgħ sal-eżekuzzjoni tiegħu permezz tal-kunsinna lil membru tal-pubbliku. Għalhekk, fil-kuntest ta’ bejgħ transkonfinali, l-attivitajiet li jagħtu lok għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>distribuzzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29, jistgħu jseħħu f’diversi Stati Membri. F’kuntest bħal dan, tali tranżazzjoni tista’ tippreġudika d-dritt esklużiv ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ projbizzjoni ta’ kull forma ta’ distribuzzjoni lill-pubbliku f’diversi Stati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Għalhekk, negozjant huwa responsabbli għal kull attività, imwettqa minnu stess jew f’ismu, li tagħti lok għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>distribuzzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fi Stat Membru fejn l-oġġetti ddistribwiti huma protetti minn drittijiet tal-awtur. Bl-istess mod, huwa jista’ jinżamm responsabbli għal kull attività tal-istess natura mwettqa minn terz, meta l-imsemmi negozjant kien speċifikament immira lejn il-pubbliku tal-Istat ta’ destinazzjoni u ma setax ma jkunx jaf bl-azzjonijiet ta’ dan it-terz.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-kunsinna lil membru tal-pubbliku fi Stat Membru ieħor ma ssirx minn jew f’isem in-negozjant inkwistjoni, huma għalhekk il-qrati nazzjonali li għandhom jevalwaw, każ b’każ, jekk jeżistux indizji li jippermettu li jiġi konkluż li dan in-negozjant, minn naħa, effettivament immira lejn membri tal-pubbliku residenti fl-Istat Membru li fih twettqet attività li tat lok għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>distribuzzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29 u, min-naħa l-oħra, ma setax ma jkunx jaf bl-azzjonijiet tat-terz inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fiċ-ċirkustanzi li taw lok għall-kawża prinċipali, elementi bħalma huma l-eżistenza ta’ sit internet bil-lingwa Ġermaniża, il-kontenut u s-sistemi ta’ distribuzzjoni tal-materjal pubbliċitarju ta’ Dimensione u l-kooperazzjoni tagħha ma’ Inspem, inkwantu intrapriża li twettaq kunsinni lejn il-Ġermanja, jistgħu jikkostitwixxu indizji konkreti ta’ attività mmirata.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>B’konsegwenza, ir-risposta għall-ewwel parti tad-domanda magħmula għandha tkun li negozjant li jindirizza r-reklamar tiegħu lejn membri tal-pubbliku residenti fi Stat Membru speċifiku u li joħloq jew ipoġġi għad-dispożizzjoni tagħhom sistema ta’ kunsinna jew metodu ta’ ħlas speċifiċi, jew jippermetti li terz jagħmel dan, u għalhekk iqiegħed lill-imsemmija membri tal-pubbliku f’pożizzjoni li jistgħu jirċievu kunsinna ta’ kopji ta’ xogħlijiet protetti minn drittijiet tal-awtur f’dak l-istess Stat Membru, joħloq, fl-Istat Membru fejn isseħħ il-kunsinna, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>distribuzzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-interpretazzjoni tal-Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Kif ikkonstatat il-qorti tar-rinviju, il-projbizzjoni prevista mil-liġi nazzjonali u li hija sanzjonabbli bid-dritt kriminali nazzjonali f’ċirkustanzi bħal dawk li taw lok għall-kawża prinċipali, tikkostitwixxi ostakolu għall-moviment liberu tal-merkanzija, li bħala prinċipju jmur kontra l-Artikolu 34 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Tali restrizzjoni tista’ madankollu tkun iġġustifikata, skont l-Artikolu 36 TFUE, minn raġunijiet ta’ protezzjoni tal-proprjetà industrijali u kummerċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirrizulta li, jekk xogħol protett mid-drittijiet tal-awtur jitqiegħed fis-suq ta’ Stat Membru mid-detentur ta’ dawn id-drittijiet jew bil-kunsens tiegħu, tali ċirkustanza ċċaħħad lil dan tal-aħħar milli jopponi moviment liberu ta’ dan ix-xogħol fl-Unjoni. Madankollu, dan ma japplikax jekk jirriżulta li t-tqegħid fis-suq joħroġ mhux mill-kunsens tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur, iżda mill-iskadenza tad-drittijiet tiegħu fi Stat Membru partikolari. F’dan il-każ, sa fejn id-diskrepanza bejn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali fil-qasam tat-tul ta’ protezzjoni tista’ toħloq restrizzjonijiet fil-kummerċ intern tal-Unjoni, dawn ir-restrizzjonijiet huma ġġustifikati skont l-Artikolu 36 TFUE kemm-il darba dawn jirriżultaw mid-differenza bejn is-sistemi legali u kemm-il darba din tkun inseparabbilment assoċjata mal-eżistenza nfisha tad-drittijiet esklużivi (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="19890124">24 ta’ Jannar 1989</DATE>, EMI Electrola, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="341/87" PAGE.ECR="79" YEAR="1989">341/87, Ġabra, p. 79</REF.DOC.ECR>, punt 12).</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li dawn l-istess kunsiderazzjonijiet japplikaw speċjalment f’ċirkustanzi bħal dawk li taw lok għall-kawża prinċipali, sa fejn id-disparità li tat lok għal restrizzjonijiet tal-moviment liberu tal-merkanzija ma tirriżultax minn diverġenzi bejn sistemi ġuridiċi fis-seħħ fl-Istati Membri differenti inkwistjoni iżda mill-fatt li dawn id-dispożizzjonijiet ma jistgħux, fil-prattika, jiġu invokati b’mod utli kontra terzi f’wieħed minn dawn l-Istati Membri. Ir-restrizzjoni imposta fuq negozjant stabbilit fi Stat Membru minħabba projbizzjoni, issanzjonat kriminalment, ta’ distribuzzjoni fi Stat Membru ieħor hija bbażata wkoll, f’din it-tip ta’ sitwazzjoni, mhux fuq azzjoni jew fuq il-kunsens tad-detentur tad-drittijiet iżda fuq id-disparità, fid-diversi Stati Membri, tal-kundizzjonijiet ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awturi rispettivi.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif jirrileva l-Avukat Ġenerali f’punti 67 sa 70 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-protezzjoni tad-dritt ta’ distribuzzjoni ma tistax, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, titqies li tagħti lok għal kompartimentalizzazzjoni sproporzjonata jew artifiċjali tas-swieq li tkun tmur kontra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19710608">8 ta’ Ġunju 1971</DATE>, Deutsche Grammophon Gesellschaft, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="78/70" PAGE.ECR="487" YEAR="1971">78/70, Ġabra p. 487</REF.DOC.ECR>, punt 12; tal-<DATE ISO="19810120">20 ta’ Jannar 1981</DATE>, Musik-Vertrieb membran u K-tel International, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="55/80+57/80" PAGE.ECR="147" YEAR="1981">55/80 u 57/80, Ġabra p. 147</REF.DOC.ECR>, punt 14, kif ukoll EMI Electrola, iċċitata iktar ’il fuq, punt 8).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Effettivament, l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ tiġi kkunsidrata bħala neċessarja sabiex jiġi protett is-suġġett speċifiku tad-drittijiet tal-awtur, li fost l-oħrajn jagħtu d-dritt esklużiv ta’ sfruttament. Ir-restrizzjoni għall-moviment liberu tal-merkanzija li tirriżulta minn dan hija għalhekk iġġustifikata u proporzjonata għall-għan leġittimu mfittex, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali fejn l-akkużat intenzjonalment jew tal-inqas konsapevolment, implika ruħu f’attivitajiet li taw lok għal distribuzzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet protetti, fit-territorju ta’ Stat Membru li fih id-drittijiet tal-awtur igawdu minn protezzjoni sħiħa, u b’hekk ippreġudika d-dritt esklużiv tad-detentur ta’ dawn id-drittijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>B’konsegwenza, ir-risposta għat-tieni parti tad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux lil Stat Membru milli jaġixxi kontra persuna fuq akkuża ta’ kompliċità fid-distribuzzjoni mingħajr awtorizzazzjoni ta’ kopji ta’ xogħlijiet protetti minn drittijiet tal-awtur skont id-dritt kriminali nazzjonali fil-każ fejn kopji ta’ dawn ix-xogħlijiet jiġu ddistribwiti lill-pubbliku fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru fil-kuntest ta’ bejgħ, immirat speċifikament lejn il-pubbliku tal-imsemmi Stat, konkluż fi Stat Membru ieħor fejn dawn ix-xogħlijiet ma humiex protetti mid-drittijiet tal-awtur jew fejn il-protezzjoni li jibbenefikaw minnha ma tistax tiġi invokata b’mod utli kontra terzi.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Negozjant li jindirizza r-reklamar tiegħu lejn membri tal-pubbliku residenti fi Stat Membru speċifiku u li joħloq jew ipoġġi għad-dispożizzjoni tagħhom sistema ta’ kunsinna jew metodu ta’ ħlas speċifiċi, jew jippermetti li terz jagħmel dan, u għalhekk iqiegħed lill-imsemmija membri tal-pubbliku f’pożizzjoni li jistgħu jirċievu kunsinna ta’ kopji ta’ xogħlijiet protetti minn drittijiet tal-awtur f’dak l-istess Stat Membru, joħloq, fl-Istat Membru fejn isseħħ il-kunsinna, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>distribuzzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni.</HT></P><?PAGE NO="8"?><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux lil Stat Membru milli jaġixxi kontra persuna fuq akkuża ta’ kompliċità fid-distribuzzjoni mingħajr awtorizzazzjoni ta’ kopji ta’ xogħlijiet protetti minn drittijiet tal-awtur skont id-dritt kriminali nazzjonali fil-każ fejn kopji ta’ dawn ix-xogħlijiet jiġu ddistribwiti lill-pubbliku fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru fil-kuntest ta’ bejgħ, immirat speċifikament lejn il-pubbliku tal-imsemmi Stat, konkluż fi Stat Membru ieħor fejn dawn ix-xogħlijiet ma humiex protetti mid-drittijiet tal-awtur jew fejn il-protezzjoni li jibbenefikaw minnha ma tistax tiġi invokata b’mod utli kontra terzi.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>