22003D0046



Official Journal L 193 , 31/07/2003 P. 0016 - 0017


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 46/2003

tas-16 ta' Mejju 2003

li temenda l-Anness VI (Sigurtà soċjali) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness VI li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 12/2003 tal-31 ta' Jannar 2003 [1].

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 410/2002 tas-27 ta' Frar 2002li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 jippreskrivi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità [2] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3) Minħabba tibdil fir-responsabbilitajiet u/jew l-ismijiet u n-nominazzjonijiet tal-ministeri konċernati kif ukoll minħabba tibdil reċenti fil-leġislazzjoni tan-Norveġja dwar is-sugurtà soċjali u s-servizzi tas-saħħa ċerti adattazzjonijiet għar-Regolament (KEE) Nru 574/72 [3], kif sussegwentement emendat, għandhom jitbiddlu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt 2 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72) ta' l-Anness VI li jinsab mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1. L-inċiż li ġej għandu jiżdied:

"- 32002 R 0410: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 410/2002 tas-27 ta' Frar 2002 (ĠU L 62, tal-5.3.2002, p. 17)."

2. It-test tal-punt R. (Norveġja) fl-adattazzjoni (a) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"1. Sosialdepartementet (Ministeru ta' l-Affarijiet Soċjali), Oslo.

2. Helsedepartementet (Ministeru tas-Saħħa), Oslo.

3. Arbeids-og administrasjonsdepartementet (Ministeru tax-Xogħol u l-Amministrazzjoni tal-Gvern), Oslo.

4. Barne- og familiedepartementet (Ministeru ta' l-Affarijiet tat-Tfal u tal-Familja), Oslo.

5. Justisdepartementet (Ministeru tal-Ġustizzja), Oslo.

6. Utenriksdepartementet (Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin), Oslo."

3. It-test tal-punt R. (Norway) fl-adattazzjoni (l) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"In-nefqa medja annwali tal-benefiċċi mod ieħor għandha tiġi kalkolata billi tingħata konsiderazzjoni tal-benefiċċi provduti taħt il-kapitolu 5 ta' l-att dwar is-Sigurtà Nazzjonali (Att 28 ta' Frar 1997), taħt l-Att 19 ta' Novembru 1982 dwar il-Kura Muniċipali tas-Saħħa u taħt l-Att 2 ta' Lulju 1999 dwar Servizzi Speċjalizzati tas-Saħħa eċċ."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KEE) Nru 410/2002 fil-lingwi ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2003, kemm-il darba in-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim jintgħamlu lill-Kumitat Konġunt ŻEE [4].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE għal, Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Mejju 2003.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 94, ta' l-10.4.2003, p. 65.

[2] ĠU L 62, tal-5.3.2002, p. 17.

[3] ĠU L 74, tas-27.3.1972, p. 1.

[4] Ma huma indikati ebda ħtiġiet kostituzzjonali.

--------------------------------------------------