<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-883/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016TJ0883</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:567">EU:T:2019:567</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20190910">10.9.2019</DATE> – Kawża T‑883/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il-Polonja vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (L-Ewwel Awla Estiża)</P><P><DATE ISO="20190910">10 ta’ Settembru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Suq intern tal-gass naturali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2009/73/KE</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova r-reviżjoni tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni mir-regoli tal-Unjoni dwar l-isfruttament tal-pipeline tal-gass OPAL li jikkonċernaw l-aċċess għal terzi u r-regolamentazzjoni tariffarja</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2009/73</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑883/16 R,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Polonja</HT>, irrappreżentata minn B. Majczyna, K. Rudzińska u M. Kawnik, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><INTERVENERS><P>sostnuta minn</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Latvja</HT>, irrappreżentata minn I. Kucina, G. Bambāne u V. Soņeca, bħala aġenti,</P><P>u minn</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Litwanja</HT>, inizjalment irrappreżentata minn D. Kriaučiūnas, R. Dzikovič u R. Krasuckaitė, sussegwentement minn Dzikovič, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn O. Beynet u K. Herrmann, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P>sostnuta minn</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja</HT>, inizjalment irrappreżentata minn T. Henze u R. Kanitz, sussegwentement minn Kanitz, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6950 finali, tat-<DATE ISO="20161028">28 ta’ Ottubru 2016</DATE>, dwar ir-reviżjoni tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni tal-pipeline tal-gass OPAL, mogħtija mid-Direttiva 2003/55/KE, għar-regoli relatati mal-aċċess minn terzi u mar-regolamentazzjoni tariffarja,</P><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla Estiża),</P><P>komposta minn I. Pelikánová (Relatur), President, V. Valančius, P. Nihoul, J. Svenningsen u U. Öberg, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: F. Oller, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20180412">12 ta’ April 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20030626">26 ta’ Ġunju 2003</DATE>, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2 p. 230), ġiet imħassra u ssostitwita mid-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20090713">13 ta’ Lulju 2009</DATE> dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="211" PAGE.FIRST="94" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 211, p. 94</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 32 tad-Direttiva 2009/73, li huwa identiku għall-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/55, għandu l-kontenut li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>L-aċċess għal partijiet terzi</P><PARAG IDENTIFIER="032.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti, għall-klijenti kollha eliġibbli, inklużi l-impriżi ta’ provvista, sistema ta’ aċċess ta’ terzi għan-netwerks ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni kif ukoll l-installazzjonijiet ta’ GNL. Din is-sistema, ibbażata fuq tariffi ppubblikati, għandha tiġi applikata oġġettivament u mingħajr diskriminazzjoni bejn l-utenti tan-netwerk. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn it-tariffi, jew il-metodoloġiji li jkunu sottostanti l-kalkoli tagħhom, ikunu approvati qabel id-dħul tagħhom fis-seħħ konformement mal-Artikolu 41 minn awtorità regolatorja msemmija fl-Artikolu 39(1) u li dawk it-tariffi — u l-metodoloġiji, fejn il-metodoloġiji biss ikunu approvati — jiġu ppubblikati qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="032.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni għandhom ikollhom aċċess għan-network ta’ operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni oħrajn, jekk dan ikun meħtieġ għall-fini tat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom inkluż f’relazzjoni ma’ trasmissjoni transkonfinali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="032.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva m’għandhomx jipprevjenu l-konklużjoni ta’ appalti fit-tul sa fejn dawn iħarsu r-regoli Komunitarji dwar il-kompetizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/73, li ssostitwixxa l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/55, jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Infrastruttura ġdida</P><PARAG IDENTIFIER="036.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Infrastrutturi maġġuri ġodda tal-gass, jiġifieri interkonnetturi, faċilitajiet ta’ ħżin u ta’ LNG jistgħu, fuq talba, jiġu eżentati, għal perijodu definit ta’ żmien, mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 9, 32, 33 u 34, u l-Artikoli 41(6), (8) u (10) taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-investiment għandu jtejjeb il-kompetizzjoni fil-fornitura tal-gass u jtejjeb is-sigurtà tal-fornitura;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-livell tar-riskju għall-investiment huwa tali li l-investiment ma jsirx kemm-il darba ma tingħatax eżenzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>l-infrastruttura għandha tkun il-proprjetà ta’ persuna naturali jew legali li hija separata għall-inqas f’termini tal-forma legali tagħha, mill-operatur tas-sistema li fis-sistemi tiegħu sejra tinbena dik l-infrastruttura;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>id-drittjiet jiġu imposti fuq l-utenti ta’ dik l-infrastruttura; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>l-eżenzjoni m’hix detrminetali [detrimentali] għall-kompetizzjoni jew għall-funzjonament effettiv tas-suq intern tal-gass naturali jew il-funzjonament effettiv tas-sistema regolata li l-infrastruttura hija mqabbda magħha.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="036.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità regolatorja [nazzjonali] tista’, fejn ikun il-każ, tiddeċiedi dwar l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="036.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Eżenzjoni tista’ tkopri l-kapaċità kollha jew parti minnha tal-infrastruttura l-ġdida, jew tal-infrastruttura eżistenti b’kapaċità miżjuda b’mod sinifikanti.</ALINEA><ALINEA>Meta tittieħed deċiżjoni li tingħata eżenzjoni, għandu jitqies, fuq bażi ta’ kull każ individwalment, għall-ħtieġa li jiġu imposti l-kondizzjonijiet rigward id-durata tal-eżenzjoni u l-aċċess mhux diskriminatorju għall-infrastruttura. Meta tittieħed deċiżjoni rigward dawk il-kondizzjonijiet, għandhom jitqiesu b’mod partikolari l-kapaċità żejda li għandha tinbena jew il-modifika tal-kapaċità eżistenti, il-medda ta’ żmien prevista għall-proġett u ċ-ċirkostanzi nazzjonali.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="036.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtorità regolatorja għandha tibgħat lill-Kummissjoni minnufih kopja ta’ kull talba għal eżenzjoni. Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata mingħajr dewmien, mill-awtorità kompetenti lill-Kummissjoni, flimkien mal-informazzjoni relevanti kollha rigward id-deċiżjoni. Din l-inforazzjoni tista’ tingħata lill-Kummmissjoni fil-forma aggregata, li tippermetti lill-Kummissjoni li tilħaq deċiżjoni fuq bażi tajba. B’mod partikolari, l-informazzjoni għandu jkun fiha:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ir-raġunijiet dettaljati li abbażi tagħhom l-awtorità regolatorja, jew l-Istat Membru, taw jew irrifjutaw eżenzjoni flimkien ma’ referenza għall-paragrafu 1 inklużi l-punt jew punti relevanti ta’ dak il-paragrafu li fuqhom tkun ibbażata din id-deċiżjoni, inkluża l-informazzjoni finanzjarja li tiġġustifika l-ħtieġa għall-eżenzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-analiżi li tikun saret dwar l-effett fuq il-kompetizzjoni u l-operat effettiv tas-suq intern tal-gass li jirriżultaw mill-għotja ta’ l-eżenzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>ir-raġunijiet għall-perjodu ta’ żmien u s-sehem tal-kapaċità totali ta’ l-infrastruttura tal-gass in kwistjoni li għaliha ngħatat l-eżenzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>f’każ li l-eżenzjoni tirrigwarda interkonnettur, ir-riżultat tal-konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji konċernati; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>il-kontribut tal-infrastruttura għad-diversifikazzjoni tal-fornitura tal-gass.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="036.009"><NO.PARAG>9.</NO.PARAG><ALINEA>Fi żmien xahrejn mill-jum tar-riċezzjoni tan-notifika, il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni li tesiġi li l-awtorità regolatorja temenda jew tirtira d-deċiżjoni li tingħata eżenzjoni. Dak il-perijodu ta’ xahrejn jista’ jiġi estiż b’perijodu addizzjonali ta’ xahrejn fejn il-Kummissjoni teħtieġ informazzjoni addizzjonali. Dak il-perijodu addizzjonali għandu jibda l-għada tar-riċezzjoni tal-informazzjoni kompleta. Il-perijodu inizjali ta’ xahrejn jista’ jiġi estiż ukoll bil-kunsens kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-awtorità regolatorja.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>L-awtorità regolatorja għandha tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex temenda jew tirtira d-deċiżjoni ta’ eżenzjoni fi żmien xahar, u għandha tinforma lill-Kummissjoni kif ikun meħtieġ.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 28a(1) tal-Gesetz über die Elektrizitäts- und Gasversorgung (Energiewirtschaftsgesetz – EnWG) (il-Liġi Ġermaniża dwar il-Provvista ta’ Elettriku u ta’ Gass) tas-<DATE ISO="20050707">7 ta’ Lulju 2005</DATE> (BGBl. 2005 I, p. 1970, 3621, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>EnWG<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti tal-każ, jippermetti lill-Bundesnetzagentur (il‑BNetzA, l-Aġenzija Federali tan-Netwerks, il-Ġermanja), b’mod partikolari, li teżenta minn dispożizzjonijiet dwar l-aċċess minn terzi l-interkonnessjonijiet bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u Stati oħra. Il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 28a tal-EnWG jikkorrispondu, essenzjalment, ma’ dawk tal-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2009/73.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20090313">13 ta’ Marzu 2009</DATE>, il-BNetzA, l-awtorità regolatorja nazzjonali Ġermaniża, ikkomunikat lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej żewġ deċiżjonijiet tal-<DATE ISO="20090225">25 ta’ Frar 2009</DATE>, li jeskludu l-kapaċitajiet ta’ trażmissjoni transkonfinali tal-proġett ta’ pipeline Ostseepipeline-Anbindungsleitung (OPAL) mill-applikazzjoni tar-regoli ta’ aċċess tat-terzi previsti fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/55 u tar-regoli tariffarji previsti mill-Artikolu 25(2) sa (4) tagħha. Il-pipeline OPAL huwa l-parti li tgħaddi mill-art, fil-Punent, tal-pipeline ta’ Nord Stream 1, li l-punt ta’ dħul tiegħu jinsab qrib il-lokalità ta’ Lubmin, qrib Greifswald, fil-Ġermanja, u l-punt ta’ ħruġ fil-lokalità ta’ Brandov, fir-Repubblika Ċeka. Iż-żewġ deċiżjonijiet kienu jikkonċernaw is-sehem miżmum rispettivament miż-żewġ proprjetarji tal-pipeline OPAL.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-pipeline OPAL huwa miżmum minn WIGA Transport Beteiligungs-GmbH, Co. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>WIGA<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, qabel W Beteiligungs-GmbH, Co. KG, preċedentement Wingas GmbH u Co. KG) li għandha sehem ta’ 80 % tal-imsemmi pipeline, u E.ON Ruhrgas AG, li għandha sehem ta’ 20 %. WIGA hija kkontrollata konġuntament minn OAO Gazprom u BASF SE. Il-kumpannija li topera l-parti tal-pipeline OPAL li tappartjeni lil WIGA hija OPAL Gastransport GmbH (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>OGT<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni C(2009) 4694 finali (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Deċiżjoni inizjali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) tat-<DATE ISO="20090612">12 ta’ Ġunju 2009</DATE>, il-Kummissjoni talbet lill-BNetzA, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2003/55 (li sar l-Artikolu 36(9) tad-Direttiva 2009/73), temenda d-deċiżjonijiet tagħha tal-<DATE ISO="20090225">25 ta’ Frar 2009</DATE>, billi żżid fihom il-kundizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>a)</NO.P><TXT>Mingħajr preġudizzjoni għar-regola li tinsab fil-punt (b), impriża dominati fuq wieħed jew diversi swieq kbar tal-gass naturali upstream jew downstream li jkopru r-Repubblika Ċeka ma hijiex awtorizzata li tirriżerva, matul sena, iktar minn 50 % tal-kapaċità ta’ trasport tal-pipeline OPAL għall-fruntiera Ċeka. Ir-riżervazzjonijiet tal-impriżi li jappartjenu fl-istess grupp, bħal Gazprom u Wingas, għandhom jiġu eżaminati flimkien. Ir-riżervazzjonijiet tal-impriżi domaninanti/tal-gruppi tal-impriżi dominanti li kkonkludew kuntratti kbar ta’ żmien twil ta’ provvista ta’ gass għandhom jiġu eżaminati b’mod aggregat […].</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Il-limitu ta’ 50 % tal-kapaċitajiet jista’ jinqabeż jekk l-impriża kkonċernata tittrasferixxi fis-suq volum ta’ 3 biljun m<HT TYPE="SUP">3</HT> ta’ gass fuq il-pipeline tal-gass OPAL, skont proċedura miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>programm ta’ trasferiment ta’ gass<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>). Il-kumpannija amministrattriċi tal-pipeline tal-gass jew l-impriża marbuta li twettaq il-programm għandha tiżgura d-disponibbiltà tal-kapaċitajiet għat-trasport korrispondenti u l-għażla libera tal-punt ta’ ħruġ (‘programm ta’ trasferiment ta’ kapaċitajiet’). Il-forma tal-programmi ta’ ‘trasferiment ta’ gass’ u ta’ ‘trasferiment ta’ kapaċitajiet’ hija suġġetta għall-approvazzjoni tal-BNetzA.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20090707">7 ta’ Lulju 2009</DATE>, il-BNetzA emendat id-deċiżjonijiet tagħha tal-<DATE ISO="20090225">25 ta’ Frar 2009</DATE> billi adattathom għall-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 7 iktar ’il fuq previsti mid-Deċiżjoni inizjali. Id-deroga mir-regoli ngħatat mill-BNetzA għal perijodu ta’ 22 sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-pipeline OPAL daħal fis-servizz fit-<DATE ISO="20110713">13 ta’ Lulju 2011</DATE> u għandu kapaċità ta’ madwar 36.5 biljun m<HT TYPE="SUP">3</HT> fis-sena fuq il-parti tat-Tramuntana, bejn Greifswald u l-punt ta’ dħul ta’ Groß-Köris fin-Nofsinhar ta’ Berlin (il-Ġermanja). Min-naħa l-oħra, il-parti tan-Nofsinhar tal-pipeline OPAL, bejn Groß-Köris u l-punt ta’ ħruġ fi Brandov, għandha kapaċità ta’ 32 biljun m<HT TYPE="SUP">3</HT> fis-sena. Id-differenza ta’ 4.5 biljuni kienet intiża li tinbiegħ fiż-żona tal-kummerċ Gaspool, li tinkludi t-Tramuntana u l-Lvant tal-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Bis-saħħa tad-Deċiżjoni inizjali u tad-deċiżjonijiet tal-BNetzA tal-<DATE ISO="20090225">25 ta’ Frar 2009</DATE>, kif emendati bid-deċiżjonijiet tagħha tas-<DATE ISO="20090707">7 ta’ Lulju 2009</DATE>, il-kapaċitajiet tal-pipeline tal-gass OPAL ġew totalment eżentati mill-applikazzjoni tar-regoli dwar l-aċċess irregolat tat-terzi u dwar ir-regoli tariffarji abbażi tad-Direttiva 2003/55.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fil-konfigurazzjoni teknika attwali, il-gass naturali ma jistax jiġi pprovdut fil-punt ta’ dħul tal-pipeline tal-gass qrib Greifswald ħlief permezz tal-pipeline tal-gass Nord Stream 1, użat mill-grupp Gazprom sabiex jittrasporta l-gass ta’ provenjenza minn depożiti Russi. Peress li Gazprom ma implimentatx il-programm ta’ trasferiment ta’ gass imsemmi fid-Deċiżjoni inizjali, il-50 % mhux irriżervati tal-kapaċità ta’ dan il-pipeline tal-gass qatt ma ntużaw, b’mod li 50 % biss tal-kapaċità ta’ trasport tal-pipeline tal-gass OPAL intużaw.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20130412">12 ta’ April 2013</DATE>, OGT, OAO Gazprom u Gazprom Eksport LLC talbu formalment lill-BNetzA temenda ċerti dispożizzjonijiet tad-deroga mogħtija fl-2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20160513">13 ta’ Mejju 2016</DATE>, il-BNetzA kkomunikat lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/73, bl-intenzjoni tagħha, wara t-talba ppreżentata minn OGT, OAO Gazprom u Gazprom Eksport, li temenda ċerti dispożizzjonijiet tad-deroga mogħtija fl-2009 dwar il-parti tal-pipeline OPAL operata minn OGT, billi kkonkludiet ma’ din tal-aħħar kuntratt taħt id-dritt pubbliku, li jikkostitwixxi, taħt id-dritt Ġermaniż, deċiżjoni amministrattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Essenzjalment, l-emenda prevista mill-BNetzA kienet tikkonsisti fis-sostituzzjoni tal-limitazzjoni tal-kapaċitajiet li jistgħu jiġu rriżervati minn impriżi dominanti, imposta b’applikazzjoni tad-Deċiżjoni inizjali (ara l-punt 7 iktar ’il fuq), bl-obbligu, għal OGT, li toffri mill-inqas 50 % tal-kapaċità operata minnha, jiġifieri, <FT TYPE="NUMBER">15864532</FT> kWh/h (madwar 12.3 biljun m<HT TYPE="SUP">3</HT> fis-sena) fil-kuntest ta’ rkant, li minnhom <FT TYPE="NUMBER">14064532</FT> kWh/h (madwar 10.98 biljun m<HT TYPE="SUP">3</HT> fis-sena) fil-forma ta’ kapaċitajiet magħluqa dinamikament attribwibbli (feste dynamisch zuordenbare Kapazitäten, DZK) u <FT TYPE="NUMBER">1800000</FT> kWh/h (madwar 1.38 biljun m<HT TYPE="SUP">3</HT> fis-sena) fil-forma ta’ kapaċitajiet magħluqa dinamikament attribwibbli (feste frei zuordenbare Kapazitäten, FZK) fil-punt tal-ħruġ ta’ Brandov. Fil-każ fejn, matul sentejn konsekuttivi, it-talba għal kapaċitajiet FZK kellha taqbeż l-offerta inizjali ta’ <FT TYPE="NUMBER">1800000</FT> kWh/h, OGT kienet marbuta, taħt ċerti kundizzjonijiet, li żżid l-offerta ta’ tali kapaċitajiet sa limitu ta’ <FT TYPE="NUMBER">3600000</FT> kWh/h (madwar 2.8 biljun m<HT TYPE="SUP">3</HT> fis-sena).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20161028">28 ta’ Ottubru 2016</DATE>, il-Kummissjoni adottat, fuq il-bażi tal-Artikolu 36(9) tad-Direttiva 2009/73, id-Deċiżjoni C(2016) 6950 finali, dwar ir-reviżjoni tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni tal-pipeline tal-gass OPAL, mogħtija bis-saħħa tad-Direttiva 2003/55, għar-regoli relatati mal-aċċess minn terzi u għar-regolamentazzjoni tariffarja (iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), li hija indirizzata lill-BNetzA. Il-proċedura prevista fl-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/73 tikkorrispondi ma’ dik tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/55, li kkostitwixxiet il-bażi legali tad-Deċiżjoni inizjali. Id-Deċiżjoni kkontestata ġiet ippubblikata fis-sit internet tal-Kummissjoni fit-<DATE ISO="20170103">3 ta’ Jannar 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fid-Deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni qabel kollox irrilevat, fil-premessi 18 sa 21 tagħha, li, minkejja li l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/73 ma pprevediex dispożizzjoni li tirrigwarda speċifikament il-possibbiltà li tiġi emendata deroga, bħal dik li hija s-suġġett tad-Deċiżjoni inizjali, awtorizzata skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/55, mill-prinċipji ġenerali tad-dritt amministrattiv kien jirriżulta li deċiżjonijiet li kellhom effett fit-tul setgħu jkunu suġġetti għal eżami mill-ġdid. Għalhekk, fid-dawl tal-prinċipju ta’ paralleliżmu tar-rekwiżiti formali u sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, il-Kummissjoni qieset li f’dan il-każ kien xieraq li jiġi eżaminat l-abbozz ta’ emenda tad-deroga inizjali, kif sottomess mill-BNetzA, fid-dawl tal-proċedura prevista fl-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/73 għall-installazzjonijiet ġodda. Fir-rigward tal-kundizzjonijiet sostantivi li kellhom isegwu tali emenda, hija qieset li, fl-assenza ta’ klawżoli speċifiċi ta’ eżami mill-ġdid, il-bidliet magħmula fil-portata ta’ deroga mogħtija preċedentement jew fil-kundizzjonijiet li jirregolaw din id-deroga kellhom ikunu ġġustifikati u li, f’dan ir-rigward, żviluppi fattwali ġodda li seħħew wara d-Deċiżjoni inizjali ta’ eżenzjoni setgħu jikkostitwixxu raġuni valida sabiex isir eżami mill-ġdid tad-Deċiżjoni inizjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-mertu, il-Kummissjoni, permezz tad-Deċiżjoni kkontestata, approvat il-modifiki tas-sistema derogatorja, previsti mill-BNetzA, bla ħsara għal ċerti emendi, jiġifieri, b’mod partikolari:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-offerta inizjali ta’ kapaċitajiet irkantati kellha tirrigwarda <FT TYPE="NUMBER">3200000</FT> kWh/h (madwar 2.48 biljun m<HT TYPE="SUP">3</HT> fis-sena) ta’ kapaċitajiet FZK u <FT TYPE="NUMBER">12664532</FT> kWh/h (madwar 9.83 biljun m<HT TYPE="SUP">3</HT> fis-sena) ta’ kapaċitajiet DZK;</P></ITEM><ITEM><P>żieda fil-volum tal-kapaċitajiet FZK irkantati kellha sseħħ, għas-sena ta’ wara, meta t-talba kienet taqbeż, matul irkant annwali, 90 % tal-kapaċitajiet offruti u kellha ssir permezz ta’ porzjonijiet ta’ <FT TYPE="NUMBER">1600000</FT> kWh/h (madwar 1.24 biljun m<HT TYPE="SUP">3</HT> fis-sena), sa limitu ta’ <FT TYPE="NUMBER">6400000</FT> kWh/h (madwar 4.97 biljun m<HT TYPE="SUP">3</HT> fis-sena);</P></ITEM><ITEM><P>impriża jew grupp ta’ impriżi li għandhom pożizzjoni dominanti fir-Repubblika Ċeka jew li jikkontrollaw iktar minn 50 % tal-gass li jasal fi Greifswald setgħet tipparteċipa fl-irkant ta’ kapaċitajiet FZK biss għall-prezz bażiku, li ma kellux ikun iktar mill-prezz bażiku medju tat-tariffa rregolata fuq in-netwerk ta’ trasport taż-żona Gaspool lejn ir-Repubblika Ċeka għal prodotti paragunabbli fl-istess sena.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20161128">28 ta’ Novembru 2016</DATE>, il-BNetzA emendat l-eżenzjoni mogħtija permezz tad-deċiżjoni tagħha tal-<DATE ISO="20090225">25 ta’ Frar 2009</DATE> fir-rigward tal-porzjon tal-pipeline tal-gass OPAL operat minn OGT, konformement mad-Deċiżjoni kkontestata, billi kkonkludiet ma’ din tal-aħħar kuntratt irregolat mid-dritt pubbliku, li jikkostitwixxi, taħt id-dritt Ġermaniż, deċiżjoni amministrattiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20161216">16 ta’ Diċembru 2016</DATE>, ir-Repubblika tal-Polonja ressqet din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>B’att separat, ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-istess jum, ir-Repubblika tal-Polonja ressqet talba għal miżuri provviżorji, li ġiet miċħuda b’digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170721">21 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Polonja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑883/16 R</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:542">EU:T:2017:542</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). L-ispejjeż ġew irriżervati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, rispettivament, fid-19 ta’ Jannar, fl-20 u fid-<DATE ISO="20170329">29 ta’ Marzu 2017</DATE>, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja talbet li tintervjeni f’din il-proċedura, insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni, filwaqt li r-Repubblika tal-Latvja u r-Repubblika tal-Litwanja talbu li jintervjenu insostenn tat-talbiet tar-Repubblika tal-Polonja. Peress li l-partijiet prinċipali ma qajmux oġġezzjonijiet, il-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti Ġenerali laqa’ dawn it-talbiet għal intervent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Ir-risposta ġiet ippreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20170303">3 ta’ Marzu 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20170313">13 ta’ Marzu 2017</DATE>, ir-Repubblika tal-Polonja, wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni kkontestata, li seħħet fit-<DATE ISO="20170103">3 ta’ Jannar 2017</DATE>, ippreżentat nota komplementari għar-rikors u qajmet motiv supplimentari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid-<DATE ISO="20170609">9 ta’ Ġunju 2017</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar in-nota tar-Repubblika tal-Polonja tat-<DATE ISO="20170313">13 ta’ Marzu 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Ir-replika u l-kontroreplika ġew ippreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali rispettivament fit-2 ta’ Ġunju u fil-<DATE ISO="20170831">31 ta’ Awwissu 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20171222">22 ta’ Diċembru 2017</DATE>, ir-Repubblika tal-Polonja talbet, konformement mal-Artikolu 28(1) u (5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li l-kawża tintbagħat quddiem l-Awla Manja jew, tal-inqas, quddiem awla sedenti b’ħames Imħallfin. Fis-<DATE ISO="20180216">16 ta’ Frar 2018</DATE>, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li ma tipproponix li l-kawża tintbagħat quddiem l-Awla Manja u ħadet nota tal-fatt li, bis-saħħa tal-Artikolu 28(5) tar-Regoli tal-Proċedura, il-kawża kienet assenjata lill-Ewwel Awla Estiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, il-Qorti Ġenerali stiednet lir-Repubblika tal-Polonja u lill-Kummissjoni jipproduċu ċerti dokumenti u jwieġbu għal ċerti mistoqsijiet bil-miktub. Ir-Repubblika tal-Polonja u l-Kummissjoni osservaw dawn it-talbiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>It-trattazzjoni tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat-<DATE ISO="20181023">23 ta’ Ottubru 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-Deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Latvja titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-Deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Litwanja titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla d-Deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, sostnuta mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>ma tiħux inkunsiderazzjoni, minħabba inammissibbiltà, in-nota tar-Repubblika tal-Polonja tat-<DATE ISO="20170313">13 ta’ Marzu 2017</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tan-nota tar-Repubblika tal-Polonja tat-<DATE ISO="20170313">13 ta’ Marzu 2017</DATE></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja ppreżentat ir-rikors tagħha fis-<DATE ISO="20161216">16 ta’ Diċembru 2016</DATE>, abbażi biss tal-istqarrija għall-istampa dwar id-Deċiżjoni kkontestata, ippubblikata mill-Kummissjoni fil-jum tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni kkontestata, jiġifieri fit-<DATE ISO="20161028">28 ta’ Ottubru 2016</DATE>. Id-Deċiżjoni kkontestata, min-naħa tagħha, ġiet ippubblikata fit-<DATE ISO="20170103">3 ta’ Jannar 2017</DATE> fis-sit internet tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li kien biss wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni kkontestata fis-sit internet tal-Kummissjoni li hija setgħet tieħu konjizzjoni tal-kontenut preċiż tal-imsemmija deċiżjoni. B’hekk, kien wara li eżaminat id-Deċiżjoni kkontestata, kif ippubblikata, li hija ppreżentat, fit-<DATE ISO="20170313">13 ta’ Marzu 2017</DATE>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>suppliment relatat mar-rikors<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>nota komplementari<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), li fiha hija, minn naħa, ippreżentat argumenti supplimentari insostenn tal-ewwel motiv tagħha u, min-naħa l-oħra, qajmet motiv supplimentari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-ammissibbiltà tan-nota komplementari. L-ewwel nett, hija ssostni li, permezz tar-rikors ippreżentat fis-<DATE ISO="20161216">16 ta’ Diċembru 2016</DATE>, ir-Repubblika tal-Polonja eżawriet id-dritt ta’ rikors tagħha bis-saħħa tal-Artikolu 263 TFUE billi bdiet id-dekorrenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors ibbażat fuq id-data li fiha tieħu konjizzjoni tal-kontenut tad-Deċiżjoni kkontestata u ma setgħetx tibbenefika minn terminu ġdid għall-preżentata ta’ rikors minħabba l-pubblikazzjoni ulterjuri tad-Deċiżjoni kkontestata. It-tieni nett, il-Kummissjoni tfakkar li l-possibbiltà li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>tissupplimenta<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> rikors ma hijiex prevista fir-Regoli tal-Proċedura, peress li motivi ġodda bbażati fuq fatti li sussegwentement jidhru jistgħu jitqajmu fir-replika, skont l-Artikolu 84(2) tar-Regoli tal-Proċedura. It-tielet nett, il-Kummissjoni ssostni li n-nota komplementari, li tinvoka terminu ġdid għall-preżentata ta’ rikors, hija forma ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>rikors supplimentari<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, inammissibbli minħabba <HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT>, peress li, b’mod partikolari, il-preżentata tar-rikors, fis-<DATE ISO="20161216">16 ta’ Diċembru 2016</DATE>, ippermettiet lir-Repubblika tal-Polonja tibbenefika minn protezzjoni ġudizzjarja effettiva, inkluż dik tal-miżuri provviżorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Skont is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, il-kawżi previsti f’dan l-artikolu għandhom jitressqu f’terminu ta’ xahrejn li jiddekorri, skont il-każ, mill-pubblikazzjoni tal-att, mill-komunikazzjoni tiegħu lir-rikorrent jew, fin-nuqqas ta’ dan, mill-ġurnata li fiha r-rikorrent ikun ħa konjizzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, f’dan il-każ, peress li d-Deċiżjoni kkontestata ġiet ippubblikata fit-<DATE ISO="20170103">3 ta’ Jannar 2017</DATE>, kien minn din id-data li beda jiddekorri t-terminu għall-preżentata ta’ rikors. Konformement mal-Artikolu 60 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, dan it-terminu għandu jiżdied darba b’terminu fiss ta’ għaxart ijiem għal raġuni ta’ distanza. Konsegwentement, it-terminu għall-preżentata ta’ rikors f’din il-kawża skada fit-<DATE ISO="20170313">13 ta’ Marzu 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>B’hekk, in-nota komplementari, ippreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20170313">13 ta’ Marzu 2017</DATE>, tressqet fl-aħħar jum tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors, jiġifieri qabel l-iskadenza tat-terminu. Konsegwentement, hemm lok li tiġi ddikjarata ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-argumenti tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ma jistax jintlaqa’ l-argument tal-Kummissjoni li r-Repubblika tal-Polonja eżawriet id-dritt ta’ rikors tagħha billi bdiet id-dekorrenza tat-terminu għall-preżentata tar-rikors fuq il-bażi tad-data li fiha ħadet konjizzjoni tal-kontenut tad-Deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, hija ġurisprudenza stabbilita li t-termini għall-preżentata ta’ rikors huma ta’ ordni pubbliku u ma humiex għad-dispożizzjoni tal-partijiet u tal-qorti, peress li ġew stabbiliti sabiex jiżguraw iċ-ċarezza u ċ-ċertezza tas-sitwazzjonijiet ġuridiċi u sabiex jevitaw kull diskriminazzjoni jew trattament arbitrarju fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970918">18 ta’ Settembru 1997</DATE>,<?PAGE NO="9"?> <NAME.CASE>Mutual Aid Administration Services vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑121/96 u T‑151/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1997:132">EU:T:1997:132</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Minn dan jirriżulta li, fil-każ fejn ir-rikorrent jippreżenta rikors qabel ma t-terminu jkun beda jiddekorri, skont is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, ma jsegwix li t-terminu stabbilit minn dan l-aħħar artikolu, minħabba f’hekk, jinbidel. Konsegwentement, f’dan il-każ, it-terminu għall-preżentata tar-rikors ma bediex jiddekorri fid-data tal-preżentata tar-rikors, iżda, skont is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, fid-data tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni kkontestata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130926">26 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>PPG u SNF vs ECHA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑626/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:595">EU:C:2013:595</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, id-data ta’ pubblikazzjoni ta’ stqarrija għall-istampa eventwali li tikkonstata l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ma tistax, fi kwalunkwe każ, titqies li tibda d-dekorrenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors. B’mod partikolari, minn tali stqarrija għall-istampa li tinkludi biss sunt qasir tad-deċiżjoni inkwistjoni, ma jistax jiġi preżunt li l-qari tagħha jiswa bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>konjizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> tad-Deċiżjoni kkontestata fis-sens tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-argument li jgħid li r-Regoli tal-Proċedura ma jipprevedux il-possibbiltà li tiġi ppreżentata nota komplementari għar-rikors wara l-preżentata tiegħu, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, peress li l-Unjoni Ewropea hija komunità ta’ dritt li fiha l-istituzzjonijiet huma suġġetti għall-istħarriġ tal-konformità tal-atti tagħhom mat-Trattat, il-modalitajiet proċedurali applikabbli għar-rikorsi li l-qorti tal-Unjoni tiġi adita bihom għandhom jiġu interpretati, sa fejn ikun possibbli, b’tali mod li dawn il-modalitajiet ikunu jistgħu jiġu applikati b’mod li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-għan li tiġi ggarantita protezzjoni ġudizzjarja effettiva tad-drittijiet li l-individwi jisiltu mid-dritt tal-Unjoni (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑521/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:422">EU:C:2008:422</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għaldaqstant, is-sempliċi fatt li r-Regoli tal-Proċedura ma jipprevedux espressament il-possibbiltà li tiġi ppreżentata nota komplementari għar-rikors wara li jiġi ppreżentat l-imsemmi rikors ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jeskludi tali possibbiltà, sakemm din in-nota komplementari għar-rikors tkun ġiet ippreżentata qabel l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Bl-istess mod, minkejja li l-Artikolu 84(2) tar-Regoli tal-Proċedura jipprevedi li, fil-preżenza ta’ fatt ġdid li jkun ġie żvelat matul il-proċedura, motivi ġodda jew argumenti għandhom jitqajmu waqt it-tieni skambju ta’ noti, ma jirriżultax minn din id-dispożizzjoni li, fil-każ fejn, bħal f’dan il-każ, qabel l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors u qabel ma tiġi ppreżentata replika, ir-rikorrenti tipproduċi att separat sabiex tippreżenta l-motivi u l-argumenti tagħha dwar id-deċiżjoni kkontestata li tkun ġiet ippubblikata wara l-preżentata tar-rikors tagħha, dan l-att separat ikun inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Kummissjoni kienet f’pożizzjoni li tirrispondi għall-motivi u għall-argumenti mqajma mir-Repubblika tal-Polonja fin-nota komplementari tagħha. Wara stedina tal-Qorti Ġenerali, hija ssottomettiet l-osservazzjonijiet tagħha fuq in-nota komplementari fid-<DATE ISO="20170609">9 ta’ Ġunju 2017</DATE>. F’dawn iċ-ċirkustanzi, li n-nota addizzjonali tiġi ddikjarata ammissibbli ma jippreġudikax il-possibbiltà għall-Kummissjoni li tirrispondi għall-motivi u għall-argumenti tar-rikorrenti f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, in-nota komplementari għar-rikors ippreżentata mir-Repubblika tal-Polonja fit-<DATE ISO="20170313">13 ta’ Marzu 2017</DATE>, għaldaqstant qabel l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors, għandha tiġi ddikjarata ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq il-mertu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja tinvoka sitt motivi, ibbażati, l-ewwel, fuq il-ksur tal-Artikolu 36(1)(a) tad-Direttiva 2009/73, moqri flimkien mal-Artikolu 194(1)(b) TFUE, kif ukoll tal-prinċipju ta’ solidarjetà; it-tieni, fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni kif ukoll fuq il-ksur tal-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2009/73; it-tielet, fuq il-ksur tal-Artikolu 36(1)(b) tad-Direttiva 2009/73;<?PAGE NO="10"?> ir-raba’, fuq il-ksur tal-Artikolu 36(1)(a) u (e) tad-Direttiva 2009/73; il-ħames, fuq il-ksur tal-konvenzjonijiet internazzjonali li tagħhom hija parti l-Unjoni; u, is-sitta, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Qabel kollox għandu jiġi eżaminat l-ewwel motiv.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 36(1)(a) tad-Direttiva 2009/73, moqri flimkien mal-Artikolu 194(1)(b) TFUE, kif ukoll tal-prinċipju ta’ solidarjetà</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-premessi 49 sa 53 tad-Deċiżjoni kkontestata, wara li fakkret li, fid-Deċiżjoni inizjali, hija waslet għall-konklużjoni li l-pipeline OPAL kien ser itejjeb is-sigurtà tal-provvista, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-modifiki tas-sistema operattiva proposti mill-BNetzA setgħux iwasslu għal evalwazzjoni differenti. Hija waslet għall-konklużjoni li dan ma kienx il-każ, b’mod partikolari fid-dawl tal-fatt li l-kapaċità addizzjonali li tista’ effettivament tintuża fuq il-pipeline Nord Stream 1, wara ż-żieda fil-kapaċità effettivament użata tal-pipeline OPAL, ma kinitx suffiċjenti sabiex jiġu ssostitwiti b’mod sħiħ il-kwantitajiet ta’ gass li kienu jgħaddu sa dak iż-żmien permezz tal-pipelines Braterstwo u Yamal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja, sostnuta mir-Repubblika tal-Litwanja, issostni li d-Deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ sigurtà enerġetika kif ukoll il-prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika u għalhekk tmur kontra l-Artikolu 36(1)(a) tad-Direttiva 2009/73, moqri flimkien mal-Artikolu 194(1)(b) TFUE. Fil-fehma tagħha, l-għoti ta’ deroga ġdida dwar il-pipeline OPAL jhedded is-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Unjoni, b’mod partikolari fl-Ewropa Ċentrali. B’mod partikolari, it-tnaqqis tat-trasport tal-gass permezz tal-pipelines Yamal u Braterstwo jista’ jwassal għal tnaqqis fis-sigurtà enerġetika tal-Polonja u jxekkel b’mod kunsiderevoli d-diversifikazzjoni tas-sorsi ta’ provvista tal-gass.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 36(1)(a) tad-Direttiva 2009/73</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja tfakkar li, skont l-Artikolu 36(1)(a) tad-Direttiva 2009/73, deroga leġiżlattiva ma tistax tingħata favur infrastruttura tal-gass ġdida ħlief jekk l-investiment fl-infrastruttura kkonċernata jtejjeb is-sigurtà tal-provvista tal-gass, kriterju li għandu, fil-fehma tagħha, jiġi interpretat b’mod koerenti fid-dawl tar-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20101020">20 ta’ Ottubru 2010</DATE>, dwar miżuri intiżi sabiex jiggarantixxu s-sigurtà tal-provvista ta’ gass naturali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2004/67/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="295" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 295, p. 1</REF.DOC.OJ>), u fid-dawl tal-għan prinċipali tal-politika enerġetika tal-Unjoni, imsemmi fl-Artikolu 194(1) TFUE, jiġifieri, li tiġi ggarantita s-sigurtà enerġetika tal-Unjoni fl-intier tagħha u tal-Istati Membri tagħha individwalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, sostnuta mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, tikkontesta dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 36(1)(a) tad-Direttiva 2009/73, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>[l]-infrastrutturi ewlenin ġodda tal-gass, jiġifieri l-interkonnessjonijiet, jistgħu, fuq talba, jibbenefikaw għal perijodu determinat ta’ deroga mid-dispożizzjonijiet [b’mod partikolari fuq l-aċċess tat-terzi], fil-kundizzjonijiet li ġejjin: a) l-investiment għandu jtejjeb il-kompetizzjoni fil-fornitura tal-gass u jtejjeb is-sigurtà tal-fornitura<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi miċħud l-argument tar-Repubblika tal-Polonja li dan il-kriterju huwa applikabbli f’dan il-każ għar-raġuni li d-Deċiżjoni kkontestata tagħti deroga ġdida għall-aċċess ta’ terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi kkonstatat li, f’dan il-każ, permezz tad-Deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ma approvatx l-introduzzjoni ta’ deroga ġdida, iżda l-emenda ta’ deroga eżistenti. Għandu jitfakkar, f’dan ir-rigward, li, bis-saħħa tad-deċiżjonijiet tal-<DATE ISO="20090225">25 ta’ Frar 2009</DATE> tal-BNetzA, kif emendati bid-deċiżjonijiet tas-<DATE ISO="20090707">7 ta’ Lulju 2009</DATE> (ara l-punti 5 u 8 iktar ’il fuq), il-kapaċitajiet ta’ trasport transkonfinali tal-pipeline OPAL kienu diġà jibbenefikaw minn deroga fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli ta’ aċċess tat-terzi previsti fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/55 u tar-regoli tariffarji previsti mill-Artikolu 25(2) sa (4)<?PAGE NO="11"?> tagħha. Kif ġie espost fil-punti 14 u 16 iktar ’il fuq, is-sistema proposta fit-<DATE ISO="20160513">13 ta’ Mejju 2016</DATE> mill-BNetzA, kif emendata skont id-Deċiżjoni kkontestata, kienet iżżomm, bħala prinċipju, din id-deroga, u emendat il-kundizzjonijiet marbuta magħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat, f’dan il-kuntest, li, hekk kif enfasizzat il-Kummissjoni waqt is-seduta, id-Deċiżjoni kkontestata ma tbiddilx id-Deċiżjoni inizjali. Fil-fatt, skont l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2009/73, hija l-awtorità regolatorja nazzjonali li tiddeċiedi dwar id-deroga msemmija fil-paragrafu 1 tal-imsemmi artikolu. Għalhekk, hija l-BNetzA li ħadet id-deċiżjoni ta’ deroga tal-2009 (ara l-punti 5 u 8 iktar ’il fuq) u li, fl-2016, bidlet il-kundizzjonijiet ta’ din id-deroga, meta kkonkludiet kuntratt irregolat mid-dritt pubbliku ma’ OGT (ara l-punt 18 iktar ’il fuq). Fiż-żewġ każijiet, il-Kummissjoni sempliċement eżerċitat is-setgħa ta’ stħarriġ mogħtija lilha mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2003/55 u sussegwentement mill-Artikolu 36(9) tad-Direttiva 2009/73, billi talbet lill-BNetzA tagħmel tibdil fid-deċiżjonijiet tagħha. Id-Deċiżjoni inizjali u d-Deċiżjoni kkontestata għalhekk kienu jikkostitwixxu żewġ deċiżjonijiet indipendenti li kull waħda minnhom ippronunzjat ruħha dwar miżura prevista mill-awtoritajiet Ġermaniżi, jiġifieri, minn naħa, id-deċiżjonijiet tal-BNetzA tal-<DATE ISO="20090225">25 ta’ Frar 2009</DATE> (ara l-punt 5 iktar ’il fuq) u, min-naħa l-oħra, il-kuntratt taħt id-dritt pubbliku kkomunikat fit-<DATE ISO="20160513">13 ta’ Mejju 2016</DATE> (ara l-punt 13 iktar ’il fuq), li jikkostitwixxu deċiżjoni amministrattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kriterju dwar it-titjib tas-sigurtà tal-provvista, mill-kliem tal-Artikolu 36(1)(a) tad-Direttiva 2009/73 jirriżulta li ma hijiex id-deroga mitluba iżda l-investiment li għandu jissodisfa dan il-kriterju — jiġifieri, f’dan il-każ, il-kostruzzjoni tal-pipeline OPAL. Konsegwentement, kien fil-mument tad-Deċiżjoni inizjali li l-Kummissjoni kellha l-obbligu li tiżgura li l-investiment prospettat kien jissodisfa dan il-kriterju. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni ma kinitx marbuta li teżamina l-imsemmi kriterju fil-kuntest tad-Deċiżjoni kkontestata, li kien sempliċement qed japprova bidla fil-kundizzjonijiet li magħhom kienet marbuta d-deroga. Fil-fatt, peress li ebda investiment ġdid ma kien prospettat f’dan l-istadju u t-tibdil tal-kundizzjonijiet tal-operat, propost mill-BNetzA, ma kienx ser ibiddel il-pipeline tal-gass OPAL bħala infrastruttura, din il-kwistjoni fl-2016 ma setgħetx tirċievi risposta oħra ħlief fl-2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Issa, il-fatt li, fid-Deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni wettqet eżami mhux meħtieġ mil-leġiżlazzjoni applikabbli ma jistax iwassal lill-qorti tal-Unjoni tistħarreġ din id-deċiżjoni, fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat quddiemha, fid-dawl ta’ kriterju mhux previst mil-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel motiv, sa fejn huwa bbażat fuq l-Artikolu 36(1)(a) tad-Direttiva 2009/73, għandu jiġi miċħud bħala ineffettiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 194(1) TFUE</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 194(1) TFUE, ir-Repubblika tal-Polonja, sostnuta mir-Repubblika tal-Litwanja, tenfasizza li l-prinċipju ta’ solidarjetà li jissemma fih huwa wieħed mill-prijoritajiet tal-Unjoni fil-qasam tal-politika enerġetika. Fil-fehma tagħha, dan il-prinċipju jobbliga kemm lill-Istati Membri kif ukoll lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jimplimentaw il-politika enerġetika tal-Unjoni fi spirtu ta’ solidarjetà. B’mod partikolari, il-miżuri tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jikkompromettu s-sigurtà enerġetika ta’ ċerti reġjuni jew ta’ ċerti Stati Membri, inkluża s-sigurtà tal-provvista tal-gass tagħhom, imorru kontra l-prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja tesponi li d-Deċiżjoni kkontestata tippermetti lil Gazprom u lill-entitajiet tal-grupp Gazprom jerġgħu jindirizzaw fis-suq tal-Unjoni volumi supplimentari ta’ gass billi jużaw b’mod sħiħ il-kapaċitajiet tal-pipeline Nord Stream 1. Fid-dawl tal-assenza ta’ tkabbir notevoli fid-domanda ta’ gass naturali fl-Ewropa ċentrali, dan ikollu biss bħala konsegwenza possibbli<?PAGE NO="12"?> influwenza fuq il-kundizzjonijiet ta’ provvista u ta’ użu tas-servizzi ta’ trasport fuq il-pipelines tal-gass kompetituri ta’ OPAL, jiġifieri l-pipelines Braterstwo u Yamal, taħt forma ta’ tnaqqis jew saħansitra ta’ interruzzjoni kompleta tat-trasport tal-gass permezz ta’ dawn iż-żewġ pipelines.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>L-ewwel nett, f’dan ir-rigward, ir-Repubblika tal-Polonja tibża’ li tali limitazzjoni jew interruzzjoni tat-trasport mill-pipeline Braterstwo jkollha l-effett li tirrendi impossibbli ż-żamma tal-provvista fit-territorju tal-Polonja permezz ta’ dan il-pipeline mill-Ukraina, fatt li jwassal għal impossibbiltà li tiġi ggarantita l-kontinwità tal-provvista lill-klijenti fit-territorju tal-Polonja, bil-konsegwenzi li ġejjin, li apparentement ma ġewx eżaminati mill-Kummissjoni:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>impossibbiltà, għall-impriżi responsabbli, li jwettqu l-obbligu tagħhom ta’ garanzija fir-rigward tal-provvista tal-gass lill-klijenti protetti;</P></ITEM><ITEM><P>impossibbiltà ta’ funzjonament tajjeb tas-sistema tal-gass u tal-allokazzjoni tal-possibbiltajiet ta’ użu kummerċjali tal-faċilitajiet ta’ ħażna tal-gass;</P></ITEM><ITEM><P>riskju ta’ żieda kunsiderevoli fl-ispejjeż għall-kisba tal-gass.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>It-tieni nett, fid-dawl tat-tmiem fl-2020 tal-kuntratt ta’ trasport ta’ gass permezz tal-pipeline Yamal lejn l-Ewropa tal-Punent, segwit mit-tmiem fl-2022 tal-kuntratt ta’ provvista ta’ gass lejn il-Polonja permezz ta’ dan l-istess pipeline, ir-Repubblika tal-Polonja tibża’ li jkun hemm riskju ta’ tnaqqis jew anki ta’ interruzzjoni kompleta tal-provvista ta’ gass permezz tal-pipeline Yamal, li jkollha effetti negattivi fuq:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>id-disponibbiltà tal-kapaċitajiet ta’ importazzjoni lejn il-Polonja mill-Ġermanja u mir-Repubblika Ċeka;</P></ITEM><ITEM><P>il-livell tat-tariffi ta’ trasport minn dawn iż-żewġ pajjiżi;</P></ITEM><ITEM><P>id-diversifikazzjoni tas-sorsi ta’ provvista tal-gass fil-Polonja u fl-Istati Membri l-oħra tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dawn l-argumenti. B’mod partikolari, hija ssostni li s-solidarjetà enerġetika hija kunċett politiku li jinsab fil-komunikazzjonijiet u fid-dokumenti tagħha, filwaqt li d-Deċiżjoni kkontestata kellha tissodisfa l-kriterji legali stabbiliti fl-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2009/73. Fil-fehma tagħha, essenzjalment, il-prinċipju ta’ solidarjetà bejn Stati Membri, stabbilit fl-Artikolu 194(1) TFUE, minn naħa, huwa indirizzat lil-leġiżlatur u mhux lill-amministrazzjoni li tapplika l-leġiżlazzjoni u, min-naħa l-oħra, jikkonċerna biss is-sitwazzjonijiet ta’ kriżi ta’ provvista jew ta’ funzjonament tas-suq intern tal-gass, filwaqt li d-Direttiva 2009/73 tistabbilixxi l-prinċipji dwar il-funzjonament normali ta’ dan is-suq. Fi kwalunkwe każ, il-kriterju ta’ titjib fis-sigurtà tal-provvista, stabbilit fl-Artikolu 36(1) tal-imsemmija direttiva, li hija eżaminat fid-Deċiżjoni kkontestata, jista’ jitqies li jieħu inkunsiderazzjoni l-kunċett ta’ solidarjetà enerġetika. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tosserva li l-pipeline Nord Stream 1 huwa proġett irrikonoxxut ta’ interess komuni li jikkostitwixxi t-twettiq ta’ proġett prijoritarju ta’ interess komuni Ewropew previst mid-Deċiżjoni 1364/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20060906">6 ta’ Settembru 2006</DATE>, li tistabbilixxi linji gwida dwar in-netwerks trans‑Ewropej u li tħassar id-Deċiżjoni 96/391/KE u d-Deċiżjoni 1229/2003/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="262" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 262, p. 1</REF.DOC.OJ>), u li l-fatt li d-Deċiżjoni kkontestata tista’ tippermetti li jiżdied l-użu ta’ tali infrastruttura huwa konformi mal-interessi komuni u Ewropej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkontesta li l-bidla fis-sistema operattiva tal-pipeline OPAL, approvata mid-Deċiżjoni kkontestata, tista’ tippreġudika s-sigurtà tal-provvista ta’ gass naturali tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant b’mod ġenerali jew b’mod partikolari tal-Polonja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-portata tal-prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>L-Artikolu 194(1) TFUE jgħid hekk:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Fil-kuntest ta’ l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u b’ kont meħud tal-ħtieġa ta’ preservazzjoni u titjib ta’ l-ambjent, il-politika ta’ l-Unjoni fil-qasam ta’ l-enerġija għandha timmira li, fi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri:</P><P>tassigura l-funzjonament tas-suq tal-enerġija;</P><P>tassigura s-sigurtà tal-provvista ta’ l-energija fl-Unjoni;</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>tippromwovi l-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar fl-użu ta’ l-enerġija kif ukoll l-iżvilupp ta’ forom ta’ enerġija ġodda u rinnovabbli; u</TXT></NP></ITEM></LIST><P>tippromwovi l-interkonnessjoni ta’ netwerks ta’ l-enerġija.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni, li ġiet introdotta mit-Trattat ta’ Lisbona, daħħlet fit-Trattat FUE bażi legali espressa għall-politika tal-Unjoni fil-qasam enerġetiku li qabel kienet tistrieħ, b’mod partikolari, fuq dak li kien l-Artikolu 95 KE, relatat mat-twettiq tas-suq intern (li sar l-Artikolu 114 TFUE).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>L-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>[i]spirtu ta’ solidarjetà<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> msemmi fl-Artikolu 194(1) TFUE huwa l-espressjoni speċifika, f’dan il-qasam, tal-prinċipju ġenerali ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri, imsemmi, b’mod partikolari, fl-Artikolu 2 TUE, fl-Artikolu 3(3) TUE u fl-Artikolu 24(2) u (3) TUE, kif ukoll fl-Artikolu 122(1) TFUE u fl-Artikolu 222 TFUE. Dan il-prinċipju huwa l-fundament tas-sistema kollha tal-Unjoni, konformement mal-impenn stipulat fl-Artikolu 4(3) TUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19690910">10 ta’ Settembru 1969</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>6/69 u 11/69</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1969:68">EU:C:1969:68</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kontenut tiegħu, għandu jiġi enfasizzat li l-prinċipju ta’ solidarjetà jinkludi drittijiet u obbligi kemm għall-Unjoni kif ukoll għall-Istati Membri. Minn naħa, l-Unjoni hija marbuta b’obbligu ta’ solidarjetà fir-rigward tal-Istati Membri u, min-naħa l-oħra, l-Istati Membri huma marbuta b’obbligu ta’ solidarjetà bejniethom u fir-rigward tal-interess komuni tal-Unjoni u tal-politiki mwettqa minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-politika fil-qasam enerġetiku, din timplika, b’mod partikolari, obbligi ta’ assistenza reċiproka fil-każ fejn, wara pereżempju katastrofi naturali jew atti ta’ terroriżmu, Stat Membru jkun jinsab f’sitwazzjoni kritika jew fi stat ta’ emerġenza, fir-rigward tal-provvista tiegħu tal-gass. Madankollu, kontra dak li ssostni l-Kummissjoni, il-prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika ma jistax jiġi llimitat għal sitwazzjonijiet straordinarji bħal dawn, li jaqgħu esklużivament taħt il-kompetenza tal-leġiżlatur tal-Unjoni — kompetenza implimentata, fid-dritt derivat, bl-adozzjoni tar-Regolament Nru 994/2010 (issostitwit bir-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20171025">25 ta’ Ottubru 2017</DATE>, dwar miżuri intiżi sabiex jiggarantixxu s-sigurtà tal-provvista ta’ gass naturali u li jħassar ir-Regolament Nru 994/2010 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="280" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 280, p. 1</REF.DOC.OJ>)).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, il-prinċipju ta’ solidarjetà jinvolvi wkoll obbligu ġenerali, min-naħa tal-Unjoni u tal-Istati Membri, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-interessi tal-partijiet l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod iktar partikolari, tal-politika tal-Unjoni fil-qasam enerġetiku, dan jimplika li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu kollu tagħhom, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħhom taħt din il-politika, li jevitaw li jieħdu miżuri li jistgħu jaffettwaw l-interessi tal-Unjoni u<?PAGE NO="14"?> tal-Istati Membri l-oħra, fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista, tal-vijabbiltà ekonomika u politika tagħha u tad-diversifikazzjoni tas-sorsi ta’ provvista jew tal-provvista, u dan sabiex jassumu l-interdipendenza u s-solidarjetà tagħhom fil-fatt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2009/73, dawn il-kunsiderazzjonijiet jimmanifestaw ruħhom, b’mod partikolari, fil-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass naturali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>funzjonament effettiv tas-sistema regolata li l-infrastruttura hija mqabbda magħha<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, stabbiliti fl-inċiż (e) tal-imsemmija dispożizzjoni, mingħajr madankollu ma huma limitati għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hekk kif fakkar il-leġiżlatur tal-Unjoni fil-premessa 4 tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20130417">17 ta’ April 2013</DATE>, dwar il-linji gwida għall-infrastrutturi tal-enerġija trans-Ewropej, u li tħassar id-Deċiżjoni 1364/2006/KE u li temenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="115" PAGE.FIRST="39" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 115, p. 39</REF.DOC.OJ>), il-Kunsill Ewropew tal-<DATE ISO="20110204">4 ta’ Frar 2011</DATE> enfasizza l-ħtieġa li jiġu mmodernizzati u żviluppati l-infrastrutturi tal-enerġija tal-Ewropa u li jiġu konnessi n-netwerks lil hinn mill-fruntieri, sabiex jirrendi effettiva s-solidarjetà bejn l-Istati Membri, li jiġu pprovduti mezzi ta’ provvista jew ta’ tranżitu u sorsi enerġetiċi rinnovabbli u li jiġu żviluppati sorsi enerġetiċi li jiġġeddu flimkien mas-sorsi enerġetiċi tradizzjonali. Saret enfasi li ebda Stat Membru ma għandu jibqa’ iżolat min-netwerks Ewropej tal-gass u tal-elettriku wara l-2015, jew li jara s-sigurtà enerġetika tiegħu tiġi pperikolata minħabba nuqqas ta’ konnessjonijiet xierqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi miċħud l-argument, imressaq mill-Kummissjoni waqt is-seduta, li, essenzjalment, billi ammetta li l-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2009/73 jimplimenta l-prinċipju ta’ solidarjetà stabbilit fl-Artikolu 194(1) TFUE, il-Kummissjoni debitament ħadet inkunsiderazzjoni dan il-prinċipju bis-sempliċi fatt li eżaminat il-kriterji previsti fl-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2009/73.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>B’dan, l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika ma jfissirx li l-politika tal-Unjoni fil-qasam enerġetiku ma għandha fl-ebda każ ikollha effetti negattivi għall-interessi partikolari ta’ Stat Membru fil-qasam enerġetiku. Madankollu, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-imsemmija politika, l-interessi kemm tal-Unjoni kif ukoll tad-diversi Stati Membri u jibbilanċjaw dawn l-interessi fil-każ ta’ kunflitti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din il-portata tal-prinċipju ta’ solidarjetà, hija l-Kummissjoni, fil-kuntest tad-Deċiżjoni kkontestata, li għandha tevalwa jekk il-bidla fis-sistema operattiva tal-pipeline OPAL, proposta mill-awtorità regolatorja Ġermaniża, setgħetx taffettwa l-interessi fil-qasam enerġetiku ta’ Stati Membri oħra u, fl-affermattiv, li dawn l-interessi jiġu bbilanċjati mal-interess li l-imsemmija bidla tfisser għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u, jekk ikun il-każ, l-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kwistjoni jekk id-Deċiżjoni kkontestata tiksirx il-prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-eżami msemmi fil-punt 78 iktar ’il fuq huwa nieqes fid-Deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, mhux biss il-prinċipju ta’ solidarjetà ma huwiex imsemmi fid-Deċiżjoni kkontestata, iżda din ma turix li l-Kummissjoni, fil-fatt, wettqet eżami ta’ dan il-prinċipju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Huwa minnu li, fil-punt 4.2 tad-Deċiżjoni kkontestata (premessi 48 sa 53), il-Kummissjoni għamlet osservazzjonijiet dwar il-kriterju ta’ titjib fis-sigurtà tal-provvista. B’hekk, wara riferiment għall-eżami ta’ dan il-kriterju mwettaq fil-kuntest tad-Deċiżjoni inizjali, fejn hija kienet ikkonkludiet li dan il-kriterju kien issodisfatt, hija kkonstatat li l-proposta li ġiet ippreżentata lilha mill-BNetzA ma kinitx tbiddel din il-konklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Madankollu, l-ewwel nett, għandu jiġi osservat li kemm l-eżami li jinsab fid-Deċiżjoni inizjali kif ukoll l-eżami komplementari fid-Deċiżjoni kkontestata jikkonċernaw biss l-effett tat-tħaddim u taż-żieda tal-kapaċità effettivament użata tal-pipeline OPAL fuq is-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni b’mod<?PAGE NO="15"?> ġenerali. B’hekk, il-Kummissjoni esponiet b’mod partikolari, fil-punt 4.2 tad-Deċiżjoni kkontestata, minn naħa, li d-disponibbiltà ta’ kapaċitajiet addizzjonali ta’ trasport mal-fruntiera Ġermano-Ċeka kienet ta’ benefiċċju għar-reġjuni kollha aċċessibbli minn dan il-post minn infrastrutturi eżistenti jew futuri u, min-naħa l-oħra, li l-kapaċità supplimentari ma kinitx tippermetti s-sostituzzjoni sħiħa ta’ mezzi oħra ta’ tranżitu. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni, b’mod partikolari, ma wettqitx eżami tal-effetti tal-bidla fis-sistema operattiva tal-pipeline OPAL fuq is-sigurtà tal-provvista tal-Polonja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi rrilevat li l-aspetti iktar wiesgħa tal-prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika ma humiex indirizzati fid-Deċiżjoni kkontestata. B’mod partikolari, ma jidhirx li l-Kummissjoni eżaminat x’setgħu jkunu l-konsegwenzi, fi żmien medju, b’mod partikolari għall-politika fil-qasam enerġetiku tar-Repubblika tal-Polonja, tat-trasferiment lejn it-triq ta’ tranżitu Nord Stream 1/OPAL ta’ parti mill-volumi ta’ gass naturali ttrasportati mill-pipelines Yamal u Braterstwo, u lanqas li hija bbilanċjat dawn l-effetti maż-żieda fis-sigurtà ta’ provvista fuq livell tal-Unjoni, ikkonstatata minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li d-Deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tal-prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika, kif ifformulat fl-Artikolu 194(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-ewwel motiv imqajjem mir-Repubblika tal-Polonja għandu jintlaqa’ sa fejn huwa bbażat fuq il-ksur ta’ dan il-prinċipju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Jirriżulta minn dak li ntqal li r-rikors għandu jintlaqa’ u li d-Deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-motivi l-oħrajn</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Peress li d-Deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata abbażi tal-ewwel motiv, ma hemmx iktar lok li l-Qorti Ġenerali tagħti deċiżjoni dwar il-motivi l-oħra mqajma mir-Repubblika tal-Polonja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress illi l-Kummissjoni tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata għall-ispejjeż skont it-talbiet tar-Repubblika tal-Polonja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, l-Istati Membri li jintervjenu f’kawża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. Konsegwentement, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="16"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla Estiża)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6950 finali, tat-<DATE ISO="20161028">28 ta’ Ottubru 2016</DATE>, dwar ir-reviżjoni tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni tal-pipeline tal-gass OPAL, mogħtija mid-Direttiva 2003/55/KE, għar-regoli relatati mal-aċċess minn terzi u mar-regolamentazzjoni tariffarja, hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-Repubblika tal-Polonja.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-Repubblika tal-Latvja u r-Repubblika tal-Litwanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Pelikánová</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Valančius</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Nihoul</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Svenningsen</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Öberg</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fl-<DATE ISO="20190910">10 ta’ Settembru 2019</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE><?PAGE NO="17"?><TOC><TITLE><TI><P>Werrej</P></TI></TITLE><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>I.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Il-kuntest ġuridiku</ITEM.CONT><ITEM.REF>2</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>II.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Il-fatti li wasslu għall-kawża</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>III.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>6</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>IV.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Id-dritt</ITEM.CONT><ITEM.REF>8</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>A.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ammissibbiltà tan-nota tar-Repubblika tal-Polonja tat-<DATE ISO="20170313">13 ta’ Marzu 2017</DATE></ITEM.CONT><ITEM.REF>8</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>B.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-mertu</ITEM.CONT><ITEM.REF>9</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>1.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 36(1)(a) tad-Direttiva 2009/73, moqri flimkien mal-Artikolu 194(1)(b) TFUE, kif ukoll tal-prinċipju ta’ solidarjetà</ITEM.CONT><ITEM.REF>10</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>a)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 36(1)(a) tad-Direttiva 2009/73</ITEM.CONT><ITEM.REF>10</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>b)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 194(1) TFUE</ITEM.CONT><ITEM.REF>11</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>1)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-portata tal-prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika</ITEM.CONT><ITEM.REF>13</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>2)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-kwistjoni jekk id-Deċiżjoni kkontestata tiksirx il-prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika</ITEM.CONT><ITEM.REF>14</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>2.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-motivi l-oħrajn</ITEM.CONT><ITEM.REF>15</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>V.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ispejjeż</ITEM.CONT><ITEM.REF>15</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC></JUDGMENT>