|
23.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 447/20 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9686 – Mitsui/ Belchim Crop Protection)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 447/09)
1.
Fil-15 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Mitsui & Co., Ltd (“Mitsui”, il-Ġappun), |
|
— |
Belchim Crop Protection NV (“Belchim”, il-Belġju) |
Mitsui takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Belcheim kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Mitsui: Mitsui hija kumpanija kummerċjali ġenerali Ġappuniża. In-negozju tagħha jkopri diversi industriji u prodotti, b’mod partikolari prodotti agrikoli u kimiċi għall-protezzjoni tal-għelejjel. Mitsui hija attiva fil-protezzjoni tal-għelejjel fiż-ŻEE permezz tas-sussidjarji tagħha Certis, Spiess-Urania u Japan Agro Services. |
|
— |
Belchim: Belchim hija attiva fl-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli għall-protezzjoni tal-għelejjel. Belchim hija attiva fiż-ŻEE taħt isimha stess u ta’ dawk tas-sussidjarji tagħa Orchem, Nordisk Alkali, Protex u Proago. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9686 – Mitsui/ Belchim Crop Protection
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).