|
25.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 89/15 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10600 — EDFI / MUBADALA / EMERGE JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 89/04)
1.
Fis-17 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
EDF International (“EDFI”, Franza), sussidjarja proprjetà kollha kemm hi ta’ Electricité de France SA (“EDF”, Franza), |
|
— |
Abu Dhabi Future Energy Company PJSC - Masdar (“Masdar”, l-Emirati Għarab Magħquda), sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ Mubadala Investment Company PJSC (“Mubadala”, l-Emirati Għarab Magħquda), |
|
— |
Emerge Limited (il-joint venture, “JV” jew “Emerge”, l-Emirati Għarab Magħquda), ikkontrollata bi sħab minn EDFI u Masdar. |
Il-konċentrazzjoni tikkonsisti fit-trasformazzjoni ta’ Emerge, impriża bi sħab eżistenti b’funzjoni mhux sħiħa li hija kkontrollata bi sħab minn EDFI u Masdar, f’impriża bi sħab b’funzjoni sħiħa li twettaq fuq bażi dejjiema l-funzjonijiet kollha ta’ entità ekonomika awtonoma fis-sens tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kuntratt jew ta’ xi mezz ieħor.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
EDF: il-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, il-provvista, u l-kummerċ tal-enerġija fi Franza u internazzjonalment, |
|
— |
Masdar: kumpanija tal-enerġija rinnovabbli u tas-sostenibbiltà li tippromwovi soluzzjonijiet fis-setturi tal-enerġija, tal-ilma, tal-iżvilupp urban u tat-teknoloġiji nodfa fl-Emirati Għarab Magħquda u madwar id-dinja, |
|
— |
Emerge: it-tħaddim tal-effiċjenza enerġetika fil-bini, il-ġenerazzjoni tal-enerġija solari fil-post u proġetti ta’ tidwil fit-toroq pubbliċi fl-Emirati Għarab Magħquda, u fir-Renju tal-Arabja Sawdija. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10600 — EDFI / MUBADALA / EMERGE JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).