|
11.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 416/52 |
ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2039
tad-9 ta’ Diċembru 2020
li jagħti derogi lil ċerti Stati Membri mill-applikazzjoni tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2240 u (UE) 2019/2241
(notifikata bid-dokument C(2020) 8602)
(Huma awtentiċi biss it-testi bil-Kroat, bid-Daniż, bl-Olandiż u bil-Pollakk)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) 2019/1700, id-Danimarka, il-Kroazja, in-Netherlands u l-Polonja ressqu talbiet għal deroga fi żmien 3 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2240 (2) u (UE) 2019/2241 (3). |
|
(2) |
Mill-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni jidher li t-talbiet tad-Danimarka, il-Kroazja, in-Netherlands u l-Polonja huma ġġustifikati mill-ħtieġa għal adattamenti kbar fis-sistemi amministrattivi u tal-istatistika nazzjonali sabiex jikkonformaw mar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2240 u (UE) 2019/2241. |
|
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-derogi mitluba jingħataw lid-Danimarka, lill-Kroazja, lin-Netherlands u lill-Polonja. |
|
(4) |
Il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-derogi mir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2240 u (UE) 2019/2241 kif stabbiliti fl-Anness huma mogħtija lill-Istati Membri elenkati fih.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika tal-Kroazja, lir-Renju tan-Netherlands u lir-Repubblika tal-Polonja.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Paolo GENTILONI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 261 I, 14.10.2019, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2240 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li jispeċifika l-elementi tekniċi tas-sett tad-data, li jistabbilixxi l-formati tekniċi għat-trażmissjoni tal-informazzjoni u li jispeċifika l-arranġamenti dettaljati u l-kontenut tar-rapporti tal-kwalità dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 336, 30.12.2019, p. 59).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2241 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li jiddeskrivi l-varjabbli u t-tul, ir-rekwiżiti tal-kwalità u l-livell ta’ dettall tas-serje taż-żmien għat-trażmissjoni tad-data ta’ kull xahar dwar il-qgħad skont ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 336, 30.12.2019, p. 125).
ANNESS
Derogi mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2240
|
Dispożizzjoni kkonċernata |
Stat Membru |
Perjodu ta’ deroga mogħti |
Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga |
||||
|
Artikolu 3 (Deskrizzjoni tal-varjabbli) u l-Anness I |
Il-Kroazja |
Sena waħda (2021) |
Trażmissjoni tal-varjabbli INCGROSS (Il-paga grossa fix-xahar mill-impjieg ewlieni) u INCGROSS_F (Il-bandiera fuq il-paga grossa fix-xahar mill-impjieg ewlieni) bħala ammont nett minflok ammont gross |
||||
|
Artikolu 3 (Deskrizzjoni tal-varjabbli) u l-Anness I |
Il-Kroazja |
Sena waħda (2021) |
Trażmissjoni tal-varjabbli HATFIELD (Qasam tal-ogħla livell ta’ edukazzjoni mitmum b’suċċess) f’konformità mal-ISCED-F 2013, kodiċi b’2 ċifri minflok kodiċi b’3 ċifri. |
||||
|
Artikolu 6(2) (Karatteristiċi dettaljati tal-kampjun) |
In-Netherlands |
Sena waħda (2021) |
Distribuzzjoni uniformi tal-kampjun:
|
||||
|
Artikolu 9(2) (Standards komuni għall-editjar, l-imputazzjoni, il-ponderazzjoni u l-istima) |
Il-Polonja |
sentejn (2021-2022) |
Trażmissjoni tal-varjabbli INCGROSS (Paga grossa fix-xahar mill-impjieg ewlieni) mingħajr imputazzjoni statistika għan-nuqqas ta’ tweġib tal-partita. It-trażmissjoni tad-data kkoreġuta b’imputazzjoni għas-snin 2021 u 2022 se ssir flimkien mat-trażmissjoni tad-data għall-2023, jiġifieri f’Marzu 2025. |
Derogi mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2241
|
Dispożizzjoni kkonċernata |
Stat Membru |
Perjodu ta’ deroga mogħti |
Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga |
|
Artikolu 4(1)(a) (Skadenzi għat-trażmissjoni) |
Id-Danimarka |
3 snin (2021-2023) |
Id-data ta’ kull xahar dwar il-qgħad għax-xahar ta’ Novembru għandha tiġi trażmessa sal-4 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara. |
|
Artikolu 6(1) (Sorsi u metodi) |
Il-Kroazja |
Sena waħda (2021) |
Id-deskrizzjoni tas-sorsi u l-metodi użati għall-kumpilazzjoni tal-inputs dwar il-qgħad ta’ kull xahar għandha tiġi trażmessa sal-31 ta’ Diċembru 2021. |