|
18.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 134/19 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta’ Mejju 2013
li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda l-influwenza avjarja fi Spanja fl-2009
(notifikata bid-dokument C(2013) 2779)
(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)
(2013/222/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 84 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 94 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (2) (minn hawn ‘il quddiem magħruf bħala ‘ir-Regoli ta’ Applikazzjoni’), l-impenn tan-nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandu jkun preċedut minn deċiżjoni finanzjarja li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u adottati mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li lilhom ġew delegati s-setgħat mill-istituzzjoni. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Bil-ħsieb li tingħata għajnuna biex l-influwenza avjarja tinqered malajr kemm jista’ jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għal nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. L-ewwel u t-tieni inċiż tal-Artikolu 4(3), ta’ dik id-Deċiżjoni jistabbilixxu r-regoli dwar il-perċentwali li trid tiġi applikata għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri. |
|
(3) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (3), jistabbilixxi regoli dwar in-nefqa eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/148/UE tal-5 ta’ Marzu 2010 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fir-Repubblika Ċeka, fil-Ġermanja, fi Spanja, fi Franza, u fl-Italja fl-2009 (4), tat kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza biex tiġi miġġielda l-influwenza avjarja, fost oħrajn, fi Spanja fl-2009. Fis-26 ta’ Marzu 2010 u fit-3 ta’ Mejju 2010 ġiet ippreżentata talba uffiċjali għar-rimborż minn Spanja, kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. |
|
(5) |
Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandu jiġi soġġett għall-kundizzjoni li l-attivitajiet ippjanati kienu implimentati u li l-awtoritajiet ipprovdew it-tagħrif kollu meħtieġ fiż-żmien stipulat. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/798/UE (5) tipprevedi li għandha titħallas l-ewwel somma ta’ EUR 500 000,00 bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni. |
|
(6) |
B’konformità mal-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u mingħajr dewmien, Spanja infurmat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li ġew applikati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-notifika u l-qerda u r-riżultati tagħhom. Skont kif jitlob l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005, it-talba għar-rimborż kienet akkumpanjata b’rapport finanzjarju, dokumenti ta’ prova, rapport epidemjoloġiku dwar kull stabbiliment fejn l-annimali nqatlu jew inqerdu u r-riżultati tal-awditjar rispettiv. |
|
(7) |
L-awditjar skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005 twettaq mis-servizzi tal-Kummissjoni. L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet finali ġew ikkomunikati lil Spanja fl-12 ta’ Settembru 2012. Spanja qablet permezz ta’ e-Mail datata l-9 ta’ Ottubru 2012. |
|
(8) |
Konsegwentement, l-ammont totali tal-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni għan-nefqa eliġibbli mġarrba b’rabta mal-qerda tal-influwenza avjarja fi Spanja fl-2009, issa jista’ jiġi stabbilit. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa marbuta mal-qerda tal-influwenza avjarja fi Spanja fl-2009 hija stabbilita għal EUR 877 910,62.
Artikolu 2
Il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja huwa stabbilit għal EUR 377 910,62.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni li tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 84 tar-Regolament Finanzjarju hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.
(2) ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.