Official Journal L 185 , 16/08/1971 P. 0001 - 0004
Finnish special edition: Chapter 6 Volume 1 P. 0107
Danish special edition: Series I Chapter 1971(II) P. 0610
Swedish special edition: Chapter 6 Volume 1 P. 0107
English special edition: Series I Chapter 1971(II) P. 0678
Greek special edition: Chapter 17 Volume 1 P. 0003
Spanish special edition: Chapter 06 Volume 1 P. 0129
Portuguese special edition Chapter 06 Volume 1 P. 0129
Id-Direttiva Tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar it-tneħħija ta’ restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-provvista tas-servizzi dwar kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi lill-kuntratturi li jaġixxu permezz ta’ aġenziji tal-fergħat (C 71/304/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 54(2) u 63(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-programm ġenerali għat-tneħħija ta’ restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ stabbiliment [1], u partikolarment it-Titolu IVB tiegħu, Wara li kkunsidra l-programm ġenerali għat-tneħħija ta’ restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu Pprovduti servizzi [2], u partikolarment it-Titolu VĊ(e)(1) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [3], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [4], Billi dispożizzjonijiet dettaljati biex jintlaħqu l-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi u dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-miżuri transitorji diġà ġew ipprovduti fir-rigward ta’ l-attivitajiet ta’ persuni li jimpjegaw lilhom infushom li jaqgħu fi ħdan il-grupp ewlieni ISIC 40 bid-Direttivi tal-Kunsill Nri 64/427/KEE u 64/429/KEE tas-7 ta’ Lulju 1964 [5]; billi, skond dawn il-proċeduri, awtoritajiet li jagħtu l-kuntratti ma jistgħux jipprattikaw kontra l-persuni naturali jew legali ggvernati mid-dritt privat li lilhom ikun ingħata kuntratt kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità tas-subappaltaturi; billi restrizzjonijiet huma permessi biss proviżorjament fir-rigward ta’ l-għoti ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi għal provvista ta’ servizzi jew permezz ta’ aġenziji jew fergħat; billi, għalhekk, id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi fuq imsemmija għandhom applikazzjoni ġenerali li tirrendi superfluwa r-repetizzjoni tagħhom f’din id-Direttiva; Billi kuntratti tax-xogħol li jaqgħu taħt il-grupp ewlieni ISIC 40 jistgħu jingħataw lil jew ikunu mwettqa minn korpi li jkollhom konċessjonijiet mogħtija mill-Istat, minn awtoritajiet reġjonali jew lokali jew minn persuni legali oħra regolati mid-dritt pubbliku; billi din id-Direttiva għandha għalhekk tinkludi dawk il-kuntratti fl-għan tagħha li jirrappreżentaw numru konsiderevoli ta’ xogħlijiet; billi jekk ma jkunx hekk l-iskop tagħha jkun imnaqqas b’mod sostanzjali; Billi t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika għandu fl-Artikolu 97 dispożizzjoni speċjali dwar il-kostruzzjoni ta’ stallazzjonijiet nukleari ta’ natura xjentifika jew industrijali; billi, skond l-Artikolu 232 tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, dawn il-każijiet għandhom ikunu esklużi mill-iskop ta’ din id-Direttiva; Billi mill-adozzjoni tal-programmi ġenerali, il-Komunità Ekonomika Ewropea fasslet in-nomenklatura tagħha stess ta’ attivitajiet industrijali, msemmija Nomenklatura ta’ l-industriji fil-Komunitajiet Ewropej:(NICE); billi din in-nomenklatura, li għandha referenzi għan-nomenklaturi nazzjonali, hija għalhekk adattata aħjar għall-bżonnijiet ta’ l-Istati Membri milli n-nomenklatura ISIC ("Standard Internazzjonali ta’ Klassifika Industrijali ta’ l-Attivitajiet Ekonomiċi kollha"); billi n-nomenklatura ta’ NICE għandha għalhekk tkun użata, iżda dinm’għandiex ikollha l-effett li tbiddel l-iskeda mniżżla fil-programmi ġenerali, li jirriferu għan-nomenklatura ISIC; billi l-użu tan-nomenklatura NICE f’din id-Direttiva ma jistax ikollu dan l-effett; Billi ssir referenza ta’ spiss għall-speċifikazzjonijiet tekniċi fil-kuntratti pubbliċi tax-xogħol; billi l-Kunsill, fl-istqarrija tiegħu magħmula waqt l-adozzjoni tal-programmi ġenerali, ipprovda li speċifikazzjonijiet tekniċi m’għandhomx ikollhom fihom xi klawżola diskriminatorja; billi, konsegwentement, jeħtieġ li jkunu inklużi ċerti dettalji fuq dan fid-Direttiva; Billi dispożizzjonijiet applikabbli għall-attivitajiet kollha ta’ persuni li jaħdmu għal rashom u li huma dwar il-moviment u r-residenza ta’ persuni li jgawdu l-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jipprovdu servizzi huma jew ser ikunu s-suġġett ta’ Direttivi separati; billi s-sistema applikabbli lill-impjegati mħallsa li jakkumpanjaw il-persuna li tipprovdi servizzi jew li jaġixxu għan-nom tagħha hija ggvernata b’dispożizzjonijiet ipprovduti bis-saħħa ta’ l-Artikolu 48 u 49 tat-Trattat; ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-ARTIKOLU 1 L-Istati Membri għandhom ineħħu, fir-rigward ta’ persuni naturali u kumpaniji jew impriżi koperti bit-Titolu 1 tal-programmi ġenerali, u li jipprovdu servizzi jew jaġixxu permezz ta’ aġenziji jew fergħat, (minn hawn ’il quddiem msejħa benefiċjarji), ir-restrizzjoni msemmija fit-Titolu III ta’ dawk il-programmi ġenerali li jaffettwaw id-dritt li tidħol fi, l-għoti, twettaq jew tipparteċipa fl-adempjiment ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi għan-nom ta’ l-Istat, jew awtoritajiet reġjonali jew lokali jew persuni legali ggvernati bid-dritt pubbliku. L-ARTIKOLU 2 1. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw għal attivitajiet ta’ persuni li jaħdmu għal rashom li huma koperti bi Grupp Ewlieni 40 fl-Anness I tal-programm ġenerali għat-tneħħija ta’ restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ stabbiliment.. Dawk l-attivitajiet jikkorrespondu għal dawk li jaqgħu taħt Grupp Ewlieni 40 tan- "Nomenklatura ta’ l-Industriji fil-Komunitajiet Ewropej" (NICE); huma mogħtija fl-Anness ta’ din id-Direttiva. 2. Din id-Direttiva m’għandiex tapplika għal: (a) stallazzjonijiet industrijali tal-varjetà mekkanika, elettrika jew li jipproduċu l-enerġija, bl-eċċezzjoni ta’ kull parti ta’ dawk l-istallazzjonijiet li taqa’ taħt il-qasam ta’ l-inġenerija ċivili jew tal-bini; (b) il-kostruzzjoni ta’ stallazzjonijiet nukleari ta’ natura xjentifika jew industrijali; (ċ) xogħol ta’ tħammil, tħaffir ta’ spralli, dreġjar u rimi ta’ skart imwettqa biex jinġabru l-minerali, tal-minjieri u l-industrija tal-barrieri. L-ARTIKOLU 3 1. L-Istati Membri għandhom ineħħu b’mod partikolari r-restrizzjonijiet li ġejjin: (a) dawk li ma jħallux il-benefiċjarji milli jipprovdu servizzi taħt l-istess kondizzjonijiet u bl-istess drittijiet bħal ċittadini ta’ dak il-pajjiż; ir-restrizzjonijiet li għandhom jitneħħew għandhom jinkludu partikolarment dispożizzjonijiet msemmija fil-liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva u dawk il-prattiċi amministrattivi li jimponu jew jippermettu l-applikazzjoni ta’ trattament diskriminatorju, bi preġudizzju għal-benefiċjarji, minn persuni naturali jew legali li jkunu ngħataw kuntratt għat-twettiq jew għat-tmexxija ta’ xogħlijiet jew għat-tmexxija ta’ servizzi pubbliċi permezz ta’ għoti ta’ drittijiet speċjali jew eslussivi, dwar kuntratti li dawk il-persuni jistgħu min-naħa tagħhom jagħtu għat-twettiq ta’ dawk ix-xogħlijiet; (b) dawk li jeżistu minħabba prattiċi amministrattivi li jirriżultaw fi trattament li jkun applikat lill-benefiċjarji li jkun diskriminatorju meta jitqabbel ma’ dak applikat liċ-ċittadini; (ċ) Dawk li jeżistu minħabba dispożizzjonijiet jew prattiċi li, għalkemm applikabbli irrispettivament min-nazzjonalità, xorta waħda jtellfu esklussivament jew prinċipalment l-attivitajiet professjonali jew tan-negozju taċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra; speċifikazzjonijiet tekniċi diskriminatorji, partikolarment, huma fost ir-restrizzjonijiet li għandhom jitneħħew; m’għandhomx, iżda, ikun ikkunsidrati li huma diskriminatorji meta huma ġġustifikati bis-suġġett tal-kuntratt. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw b’mod partikolari li: (a) l-benefiċjarji jistgħu, taħt l-istess kondizzjonijiet ta’ ċittadini, jiksbu biex iwettqu x-xogħlijiet fuq it-territorju tagħhom il-forom diversi ta’ kreditu, għajnuna u sussidju pprovdut għall-għan mill-awtoritajiet pubbliċi; (b) l-benefiċjarji għandhom ikollhom aċċess mingħajr restrizzjoni u f’kull każ taħt l-istess kondizzjonijiet bħal ċittadini, għallfaċilitajiet ta’ provvista li l-Istat huwa f’pożizzjoni li jikkontrolla u li għandhom bżonn għat-twettiq tal-kuntratt tagħhom. L-ARTIKOLU 4 L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien tnax-il xahar min-notifika tagħha u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan. L-ARTIKOLU 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta’ Lulju 1971. Għall-Kunsill Il-President A. Moro [1] ĠU 2, tal-15.1.1962, p. 36/62. [2] ĠU 2, tal-15.1.1962, p. 36/62. [3] ĠU 62, tat-12.4.1965, p. 883/65. [4] ĠU 13, tad-29.1.1965, p. 158/65. [5] ĠU 117, tat-23.7.1964, p. 1863/64 u p. 1880/64. -------------------------------------------------- L-ANNESS LISTA TA’ ATTIVITAJIET TAL-KUMMERĊ PROFESSJONALI kif imsemmija fin-nomenklatura ta’ l-industriji fil-komunitajiet ewropej (NICE) Grupp Ewlieni | | Grupp | 40 | | KOSTRUZZJONI | 400 | | Kostruzzjoni (mhux speċjalizzata); twaqqiegħ | 400.1 | Kostruzzjoni mhux speċjalizzata | 400.2 | Twaqqiegħ | 401 | | Kostruzzjoni ta’ bini (djar jew oħrajn) | 401.1 | Xogħol ta’ bini ġenerali | 401.2 | Tisqif | 401.3 | Bini ta’ ċmieni u fran | 401.4 | Tħallib | 401.5 | Tiżjin ġdid u manutenzjoni ta’ faċċati | 401.6 | Armar | 401.7 | Attivitajiet oħra tal-bini (inkluż xogħol strutturali) | 402 | | Inġinjerija Ċivili: Bini ta’ toroq, pontijiet, ferroviji, eċċ. | 402.1 | Inġinjerija ċivili ġenerali | 402.2 | Tħammil ’il fuq mill-art | 402.3 | Bini ta’ strutturi ta’ l-inġinerija fuq l-art (’il fuq jew taħt l-art) | 402.4 | Bini ta’ kanali ta’ l-ilma ġewwa l-art u strutturi ta’ l-inginerija fuq il-baħar | 402.5 | Bini ta’ awtostradi (inkluz il-bini ta’ ajruport u l-mitjar) | 402.6 | Attivitajiet speċjalisti f’oqsma oħra ta’ l-inġnerija ċivili (inkluż stallazzjoni ta’ sinjali tat-toroq u sinjali u ċimi, stallazzjoni ta’ mains u katusi għall-gass, ilma u idrokarburi, u stallazzjoni ta’ trasmissjoni ta’ l-enerġija elettrika u linji tat-telekomunikazjoni) | 403 | | Xogħol ta’ l-istallazzjoni | 403.1 | Stallazzjoni ġenerali | 403.2 | Servizzi (gass, ilma u stallazzjoni ta’ tagħmir sanitarju) | 403.3 | Stallazzjoni għas-sħana u ventilazzjoni (stallazzjoni tas-central heating, air-conditioning, u impjant tal-ventilazzjoni) | 403.4 | Isolament termiku, tal-ħoss u vibrazzjoni | 403.5 | Stallazzjoni ta’ l-elettriku | 403.6 | Stallazzjoni ta’ aerials, kalamiti tas-sajjetti, telefonijiet, eċċ | 404 | | Tiżjin u irfinitura | 404.1 | Tiżjin ġenerali u irfinitura | 404.2 | Tikħil | 404.3 | Xogħol fl-injam, b’referenza partikolari għall-installazzjoni ta’ fittings ta’ l-injam) inkluż it-tqegħid ta’ pavimenti ta’ l-injam) | 404.4 | Tibjid u glazing, tqegħid tal-wallpaper | 404.5 | Applikazzjoni ta’ uċuħ u għata għall-pavimenti u ħitan (tqegħid ta’ madum, għata ieħor ta’ l-art u finishings adeżivi | 404.6 | Xogħol ta’ rfirnar mixxellanju (inkluż stallazzjoni ta’ fran u fuklari, eċċ) | --------------------------------------------------