2013D0805 — MT — 01.01.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Diċembru 2013

li tawtorizza lir-Repubblika tal-Polonja biex tintroduċi miżuri ta' deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

(2013/805/UE)

(ĠU L 353 28.12.2013, p. 51)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1837 tal-11 ta' Ottubru 2016

  L 280

28

18.10.2016




▼B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Diċembru 2013

li tawtorizza lir-Repubblika tal-Polonja biex tintroduċi miżuri ta' deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

(2013/805/UE)



Artikolu 1

1.  B'deroga mill-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Repubblika tal-Polonja qed tingħata l-awtorizzazzjoni biex tillimita sa 50 % d-dritt għat-tnaqqis tal-VAT imposta fuq ix-xiri, l-akkwist intra-Komunitarju, l-importazzjoni, il-kiri jew il-lokazzjoni ta' vetturi tat-triq motorizzati kif ukoll fuq in-nefqa marbuta magħhom, meta dawn il-vetturi ma jintużawx kompletament għal skopijiet ta' negozju.

2.  Il-limitu ta' 50 % msemmi fil-paragrafu 1 ma japplikax għall-vetturi bil-mutur li jkollhom piż massimu totali li jaqbeż it-3 500 kilogramma jew li jkollhom iktar minn disa’ postijiet, inkluż dak tas-sewwieq.

3.  Il-limitu ta' 50 % msemmi fil-paragrafu 1 ma japplikax għall-VAT imposta fuq kwalunkwe nefqa li hija kompletament relatata man-negozju tal-persuna taxxabbli.

Artikolu 2

B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu (26)(1) tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Repubblika tal-Polonja hija awtorizzata ma tqisx bħala provvista ta' servizzi bi ħlas, l-użu privat minn persuna taxxabbli jew mill-persunal tagħha jew b'mod aktar ġenerali, l-użu għal skopijiet mhux marbuta man-negozju tagħha, ta' vettura li għaliha japplika l-limitu ta' 50 % msemmi fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni.

▼M1

Artikolu 3

1.  Din id-Deċiżjoni tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2019.

2.  Kull talba għall-estensjoni tal-miżuri ta' deroga previsti f'din id-Deċiżjoni għandha ssir lill-Kummissjoni sal-1 ta' April 2019. Tali talba għandu jkollha magħha rapport li jinkludi rieżami tal-limitu tal-perċentwali applikat fuq id-dritt għal tnaqqis tal-VAT abbażi ta' din id-Deċiżjoni.

▼B

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.