Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta’ l-4 ta’ Ottubru 2007 – É.R. et vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni
(Kawża C‑100/07 P)
“Appell – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità – ‘Enċefalopatija sponġiformi bovina’ – Nuqqas ta’ miżuri adegwati meħuda mill-Kunsill u mill-Kummissjoni sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda – Appell manifestament infondat”
1. Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet (It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 288 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 46) (Ara l-punt 27)
2. Appell – Aggravji – Aggravju kontra kunsiderazzjoni tas-sentenza li mhijiex neċessarja sabiex ikun iġġustifikat id-dispożittiv tas-sentenza – Aggravju irrilevanti (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 58) (Ara l-punt 40)
Suġġett
| Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2006, É.R. | et | vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T-138/03), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala parzjalment inammissibbli u, għall-bqija, bħala infondat, ir-rikors tar-rikorrenti li għandu bħala suġġett talba għal kumpens taħt l-Artikoli 235 KE u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 288 KE għad-danni li sofrew minħabba l-kontaminazzjoni u l-mewt sussegwenti ta’ membri tal-familji tagħhom li sofrew minn varjanti ġdida tal-marda Creutzfeld-Jakob, li hija marbuta mad-dehra u t-tixrid fl-Ewropa ta’ l-enċefalopatija sponġiformi bovina, li għaliha huma responsabbli l-Kunsill u l-Kummissjoni – Kundizzjonijiet li fihom tirriżulta r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunitajiet. |
Dispożittiv
|
|
L-appell huwa miċħud. |
|
|
É. R., O. O., J. R., A. R., B. P. R., T. D., J. D., D. D., V. D., D. E., É. E., C. R., H. R., M. S. R., I. R., B. R., M. R., u C. S. huma kkundannati għall-ispejjeż. |