|
29.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 395/193 |
P9_TA(2020)0262
Deċiżjoni li tagħti s-setgħa lil Franza biex tikkonkludi ftehim internazzjonali dwar il-Kanal Ingliż ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti s-setgħa lil Franza biex tinnegozja ftehim li jissupplimenta t-Trattat bilaterali eżistenti tagħha mar-Renju Unit dwar il-bini u t-tħaddim minn konċessjonarji privati ta’ Channel Fixed Link (COM(2020)0622(COR1) – C9-0211/2020 – 2020/0160(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2021/C 395/25)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0622(COR1)), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 2(1) u 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0211/2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2020 (1), |
|
— |
wara li kkonsultaw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni , |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-9 ta' Settembru 2020 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 59, 40 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
P9_TC1-COD(2020)0160
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta’ Ottubru 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti s-setgħa lil Franza biex tinnegozja, tiffirma u tikkonkludi ftehim internazzjonali li jissupplimenta t-Trattat bejn Franza u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar il-Bini u t-Tħaddim minn Konċessjonarji Privati ta’ Channel Fixed Link
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni (UE) 2020/1531.)